This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008L0075
Commission Directive 2008/75/EC of 24 July 2008 amending Directive 98/8/EC of the European Parliament and of the Council to include carbon dioxide as an active substance in Annex I thereto (Text with EEA relevance)
Direttiva tal-Kummissjoni 2008/75/KE ta’ l- 24 ta’ Lulju 2008 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi d-dijossidu tal-karbonju bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha Test b’relevanza għaż-ŻEE
Direttiva tal-Kummissjoni 2008/75/KE ta’ l- 24 ta’ Lulju 2008 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi d-dijossidu tal-karbonju bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 197, 25.7.2008, pp. 54–56
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2013; Imħassar b' 32012R0528
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 31998L0008 | Tlestija | anness 1 | 16/08/2008 |
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Repealed by | 32012R0528 |
|
25.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 197/54 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/75/KE
ta’ l-24 ta’ Lulju 2008
li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi d-dijossidu tal-karbonju bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98/8/KE tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 16(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 ta’ l-4 ta’ Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid ta’ prodotti bijoċidali fis-suq (2) jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu evalwati bil-għan li jkunu possibbilment inklużi fl-Anness I, IA jew IB tad-Direttiva 98/8/KE. Din il-lista tinkludi d-dijossidu tal-karbonju. |
|
(2) |
Skond ir-Regolament (KE) Nru 1451/2007, id-dijossidu tal-karbonju ġie evalwat skond l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 98/8/KE għall-użu fil-prodott tat-tip 14, rodentiċidi, kif iddefinit fl-Anness V tad-Direttiva 98/8/KE. |
|
(3) |
Franza nħatret bħala l-Istat Membru Referent u ressqet ir-rapport ta’ l-awtorità kompetenti, flimkien ma’ rakkomandazzjoni, lill-Kummissjoni fil-15 ta’ Mejju 2006 skond l-Artikolu 14(4) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007. |
|
(4) |
Ir-rapport ta’ l-awtorità kompetenti ġie analizzat mill-Istati Membri u l-Kummissjoni. Skond l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, is-sejbiet tar-reviżjoni ġew inkorporati, fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidi tal-21 ta’ Ġunju 2007, fir-rapport ta’ valutazzjoni, bi proposta li tinkludi d-dijossidu tal-karbonju fl-Anness IA għad-Direttiva 98/8/KE biex jiġi utilizzat biss f'ċilindri tal-gass lesti għall-użu li jaħdmu flimkien ma’ tagħmir għall-qbid. |
|
(5) |
Normalment sustanza attiva mniżżla fl-Anness IA għandha tkun imniżżla fl-Anness I. L-inklużjoni fl-Anness I għandha tkopri dak l-użu li għalih il-prodotti huma mistennija li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE, iżda mhux dawk il-prodotti ta’ riskju baxx. Huwa l-każ ta’ ċerti prodotti bijoċidi użati bħala rodentiċidi u li jkollhom id-dijossidu tal-karbonju. Huwa għalhekk xieraq li d-dijossidu tal-karbonju jiġi inkluż fl-Anness I tal-prodott tat-tip 14, sabiex ikun żgurat li fl-Istati Membri kollha l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti bijoċidi użati bħala rodentiċidi u li fihom id-dijossidu tal-karbonju jistgħu jingħataw, jiġu mmodifikati jew ikkanċellati skond l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 98/8/KE. |
|
(6) |
Ir-rapport ta’ valutazzjoni ġie għalhekk immodifikat u vvalutat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidi fid-29 ta’ Novembru 2007. |
|
(7) |
L-eżami tad-dijossidu tal-karbonju ma kixef l-ebda kwistjoni jew tħassib mhux solvuti li għandhom jiġu ttrattati mill-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji għas-Saħħa u l-Ambjent. |
|
(8) |
L-evalwazzjoni fuq il-livell Komunitarju twettqet għal użu speċifiku wieħed. Barra minn hekk, bi qbil ma’ l-Artikolu 8(5) tad-Direttiva, xi informazzjoni ma ntbagħtitx u għalhekk ma ġietx evalwata. Huwa għalhekk xieraq li l-Istati Membri jevalwaw dawk ir-riskji lill-kompartimenti u l-popolazzjonijiet li ma ġewx rappreżentattivament indirizzati fil-valutazzjoni tar-riskju fuq livell Komunitarju u, meta jingħataw l-awtorizzazzjonijiet għall-prodott, jiżguraw li jittieħdu miżuri xierqa jew jiġu imposti kundizzjonijiet speċifiċi sabiex jittaffew ir-riskji identifikati għal livelli aċċettabbli. |
|
(9) |
Huwa importanti li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jkunu applikati simultanjament fl-Istati Membri kollha sabiex jiżguraw trattament ugwali tal-prodotti bijoċidi fis-suq li fihom is-sustanza attiva dijossidu tal-karbonju u wkoll biex jiffaċilitaw l-operat kif suppost tas-suq ġenerali tal-prodotti bijoċidi. |
|
(10) |
Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I sabiex jippermetti lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati jippreparaw ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda involuti u jiżgura li l-applikanti li ppreparaw id-dokumentazzjoni jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mill-perjodu ta’ għaxar snin ta’ protezzjoni tad-dejta, li skond l-Artikolu 12(1)(c)(ii) tad-Direttiva 98/8/KE jibda mid-data ta’ l-inklużjoni. |
|
(11) |
Wara l-inklużjoni, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu raġonevoli biex jimplimentaw l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 98/8/KE u partikolarment biex jagħtu, jimmodifikaw jew jikkanċellaw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidi fil-prodotti tat-tip 14 li fihom id-dijossidu tal-karbonju biex jiżguraw li dawn jikkonformaw mad-Direttiva 98/8/KE. |
|
(12) |
Id-Direttiva 98/8/KE għalhekk għandha tiġi emendata kif jixraq. |
|
(13) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Marzu 2009, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Novembru 2009.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 24 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kummissjoni
Stavros DIMAS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2008/31/KE (ĠU L 81, 20.3.2008, p. 57).
ANNESS
L-entrata “Nru 7” li ġejja għandha tiddaħħal fl-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE:
|
Nru: |
Isem Komuni |
Isem IUPAC Numri ta’ identifikazzjoni |
Purezza minima tas-sustanza attiva fil-prodott bijoċidi kif jitqieħed fis-suq |
Data ta’ l-inklużjoni |
Skadenza sa meta għandha tiġi ddeterminata l-konformità ma’ l-Artikolu 16(3) (ħlief għall-prodotti li fihom iktar minn sustanza attiva waħda li għalihom l-iskadenza sa meta għandhom jikkonformaw ma’ l-Artikolu 16(3) għandha tkun dik stipolata fl-aħħar deċiżjoni minn dawk dwar l-inklużjoni marbuta mas-sustanzi attivi tagħhom) |
Skadenza ta’ l-inklużjoni |
Tip ta’ prodott |
Dispożizzjonijiet speċifiċi (*1) |
|
“7 |
dijossidu tal-karbonju |
dijossidu tal-karbonju Nru tal-KE: 204-696-9 Nru tal-CAS: 124-38-9 |
990 ml/l |
l-1 ta’ Novembru 2009 |
il-31 ta’ Ottubru 2011 |
il-31 ta’ Ottubru 2019 |
14 |
Meta l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' prodott tkun qed tiġi evalwata, skond l-Artikolu 5 u l-Anness VI, l-Istati Membri għandhom jevalwaw, meta rilevanti għall-prodott partikolari, dawk ix-xenarji ta’ użu u/jew esponiment u/jew popolazzjonijiet li għalihom ma ġewx indirizzati fil-valutazzjoni fuq livell Komunitarju u li jistgħu jiġu esposti għall-prodott. Meta tingħata l-awtorizzazzjoni għal prodott, l-Istati Membri għandhom jevalwaw ir-riskji u sussegwentament jiżguraw li jittieħdu miżuri xierqa jew jiġu imposti kundizzjonijet speċifiċi għat-taffija tar-riskji identifikati. L-awtorizzazzjoni għal prodott tista’ biss tingħata meta l-applikazzjoni turi li r-riskji jistgħu jitnaqqsu għal livelli aċċettabbli.” |
(*1) Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji komuni ta’ l-Anness VI, il-kontenut u l-konklużjonijiet tar-rapporti ta’ evalwazzjoni huma disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/comm/environment/biocides/index.htm