This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R0188
Commission Regulation (EC) No 188/2007 of 23 February 2007 concerning the authorisation of a new use of Saccharomyces cerevisiae (Biosaf SC 47) as a feed additive (Text with EEA relevance )
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 188/2007 tat- 23 ta’ Frar 2007 rigward l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid għas- Saccharomyces cerevisiae (Biosaf SC 47) bħala addittiv fl-għalf Test b’rilevanza għaż-ŻEE.
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 188/2007 tat- 23 ta’ Frar 2007 rigward l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid għas- Saccharomyces cerevisiae (Biosaf SC 47) bħala addittiv fl-għalf Test b’rilevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 57, 24.2.2007, p. 3–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
ĠU L 56M, 29.2.2008, p. 84–86
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 22/06/2019; Imħassar b' 32019R0899
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 32009R0897 | Emenda | anness | 19/10/2009 | |
Modified by | 32012R1018 | Emenda | anness | 27/11/2012 | |
Repealed by | 32019R0899 | 23/06/2019 |
29.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
84 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 188/2007
tat-23 ta’ Frar 2007
rigward l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid għas-Saccharomyces cerevisiae (Biosaf SC 47) bħala addittiv fl-għalf
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-additivi għall-użu fl-għalf ta’ l-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf ta’ l-annimali u għall-bażi u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni. |
(2) |
B’konformità ma’ l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa taħt l-Artikolu 7(3) ta’ dan ir-Regolament. |
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid tal-preparazzjoni Saccharomyces cerevisiae (NCYC Sc 47) (Biosaf SC 47) bħala addittiv fl-għalf għall-mogħoż u nagħaġ li jipproduċu l-ħalib, biex jiġu kklassifikati fil-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi”. |
(4) |
Il-metodu ta’ analiżi inkluż fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni skond l-Artikolu 7(3)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 għandu x’jaqsam mad-determinazzjoni tas-sustanza attiva ta’ l-addittiv fl-għalf. Għalhekk il-metodu ta’ analiżi msemmi fl-Anness ta’ dan ir-Regolament m’għandux jinftiehem bħala l-metodu ta’ analiżi Komunitarju fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex jiżguraw il-verifika tal-konformità mal-liġi ta’ l-għalf u ta’ ikel, mas-saħħa ta’ l-annimali u mar-regoli tal-benessri ta’ l-annimali (2). |
(5) |
L-użu tal-preparazzjoni Saccharomyces cerevisiae (NCYC Sc 47) ġie awtorizzat għat-tismin ta’ l-ifrat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 316/2003 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ addittivi fl-għalf għall-annimali u l-awtorizzazzjoni temporanja ta’ użu ġdid ta’ addittiv diġà awtorizzat għall-użu fl-għalf (3), għall-ħnienes (li nfatmu) mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2148/2004 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti u proviżorja ta’ ċerti addittivi fl-għalf u l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid ta’ addittiv diġà awtorizzat fl-għalf tal-bhejjem (4), għall-qżieqeż nisa mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1288/2004 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ ċerti addittivi u l-awtorizzazzjoni proviżorja ta’ użu ġdid ta’ addittiv diġà awtorizzat fl-ikel ta’ l-annimali (5), għat-tismin tal-fniek mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 600/2005 li jikkonċerna awtorizzazzjoni ġdida għal għaxar snin ta’ coccidiostat bħala addittiv fl-oġġetti ta’ l-għalf, l-awtorizzazzjoni proviżorja ta’ addittiv u l-awtorizzazzjoni permanenti ta’ ċerti addittivi fl-oġġetti ta’ l-għalf (6), għall-baqar li jipproduċu l-ħalib mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1811/2005 (7) dwar l-awtorizzazzjonijiet proviżorji u permanenti ta' ċerti addittivi fl-għalf u l-awtorizzazzjoni provviżorja għal użu ġdid ta’ addittiv li diġà huwa awtorizzat fl-għalf u għat-tismin tal-ħrief mir-Regolament Nru 1447/2006 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid ta’ Saccharomyces cerevisiae (Biosaf SC 47) bħala addittiv fl-għalf (8). |
(6) |
Data ġdida ġiet ippreżentata bħala sostenn ta’ l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-mogħoż u n-nagħaġ li jipproduċu l-ħalib. L-Awtorità Ewropea tas-Sikurezza fl-Ikel (‘l-Awtorità’) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tat-12 ta’ Lulju 2006 li l-preparazzjoni ta’ Saccharomyces cerevisiae (NCYC Sc 47) ma tħallix effett negattiv fuq is-saħħa ta’ l-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent (9). Ikkonkludiet ukoll li l-preparazzjoni ta’ Saccharomyces cerevisiae (NCYC Sc 47) ma tippreżenta l-ebda riskju ieħor għal din il-kategorija ta’ l-annimal supplimentari li, skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, teskludi l-awtorizzazzjoni. Skond din l-opinjoni, l-użu ta’ dik il-preparazzjoni tista’ ttejjeb b’mod sinifikanti l-produzzjoni tal-ħalib fil-mogħoż u n-nagħaġ li jipproduċu l-ħalib. L-Awtorità ma tikkunsidrax li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Din l-opinjoni tivverifika wkoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi ta’ l-addittivi fl-għalf, f’għalf ippreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Il-valutazzjoni ta’ din il-preparazzjoni turi li l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew issodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabilizzanti għall-bacteria li tinsab fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni ta’ l-annimali suġġetta għall-kondizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Frar 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).
(2) ĠU L 165, 30.4.2004. Rettifikata ppubblikata fil-ĠU L 191, 28.5.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
(3) ĠU L 46, 20.2.2003, p. 15.
(4) ĠU L 370, 17.12.2004, p. 24. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1980/2005 (ĠU L 318, 6.12.2005, p. 3).
(5) ĠU L 243, 15.7.2004, p. 10. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1812/2005 (ĠU L 291, 5.11.2005, p. 18).
(6) ĠU L 99, 19.4.2005, p. 5. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1812/2006 (ĠU L 291, 5.11.2005, p. 12).
(7) ĠU L 291, 5.11.2005, p. 12.
(8) ĠU L 271, 30.9.2006, p. 28.
(9) Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Addittivi u l-Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf ta' l-Annimali dwar is-sigurtà u l-effiċjenza tal-prodott “Bopsaf SC 47”, preparazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae bħala addittiv fl-ikel għall-annimali żgħar li jixtarru li jipproduċu l-ħalib. Adottata fit-12 ta' Lulju 2006, Il-Ġurnal ta' l-EFSA (2006) 379, p. 1.
ANNESS
Numru ta’ identifikazzjoni ta’ l-addittiv |
Isem id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni |
Addittiv (Isem kummerċjali) |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija ta’ l-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem tal-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||
CFU/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||
Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana. |
|||||||||||||||||||
4b1702 |
Société Industrielle Lesaffre |
Saccharomyces cerevisiae NCYC Sc 47 (Biosaf Sc 47) |
|
Mogħoż u nagħaġ li jipproduċu l-ħalib |
— |
7 × 108 |
7,5 × 109 |
Fl-istruzzjonijiet għall-użu ta’ l-addittiv u t-taħlita preliminari, indika t-temperatura tal-ħżin, kemm jista’ jdum il-ħżin, u l-istabbiltà għall-pelleting. Dożi rakommandati:
|
[għandha timtela mis-servizz responsabbli għall-pubblikazzjoni] Daħħal id-data preċiża li hi) 10 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament' |
(1) Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz elettroniku li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Komunità: www.irmm.jrc.be/html/crlfaa/