EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R2221

2221/2004/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2221/2004 tat- 22 ta' Diċembru 2004 li jistabbilixxi l-allokazzjoni ta' liċenzji tal-esportazzjoni għall-ġobon li għandu jiġi esportat għall-Istati Uniti tal-Amerika fl-2005 skont ċerti kwoti tal-GATT

ĠU L 375, 23.12.2004, p. 9–11 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 306M, 15.11.2008, p. 66–68 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/12/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/2221/oj

15.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

66


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2221/2004

tat-22 ta' Diċembru 2004

li jistabbilixxi l-allokazzjoni ta' liċenzji tal-esportazzjoni għall-ġobon li għandu jiġi esportat għall-Istati Uniti tal-Amerika fl-2005 skont ċerti kwoti tal-GATT

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 30 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1847/2004 (2) jiftaħ il-proċedura għall-allokazzjoni tal-liċenzji tal-esportazzjoni għall-ġobon lill-Istati Uniti tal-Amerika fl-2005 li jaqgħu taħt ċerti kwoti tal-GATT.

(2)

L-Artikolu 20(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 174/1999 tas-26 ta' Jannar 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 dwar liċenzji ta’ esportazzjoni u rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fil-każ ta’ ħalib u prodotti tal-ħalib (3), jistabbilixxi l-kriterji li għandhom jiġu applikati għall-allokazzjoni ta' liċenzji proviżorji fejn l-applikazzjoni għal dawk il-liċenzji huma ppreżentati skont il-kwantità tal-prodotti f'eċċess ta' waħda mill-kwoti relevanti għas-sena fil-kwistjoni. Wara t-tkabbir tal-Komunità fl-1 ta' Mejju 2004, l-Artikolu 20(3) tar-Regolament (KE) Nru 174/1999 jipprovdi wkoll miżuri tranżizzjonali skont dawk il-kriterji għas-sena 2005.

(3)

Id-domanda għal-liċenzji ta' esportazzjoni għal ċerti kwoti u gruppi ta' prodotti wriet żieda sinifikanti u teċċedi, kultant bil-wisq, il-kwantitajiet disponibbli. Dan jista' jwassal għal tnaqqis sostanzjali fil-kwantitajiet allokati għal kull applikant, b'hekk tonqos l-effiċjenza u effikaċja tal-iskema. Barra minn hekk, jekk il-kwantitajiet allokati lil kull operatur ikunu żgħar ħafna, l-esperjenza wrietna li jkun hemm riskju ta' xi operatur li ma jkunx kapaċi, f'ċirkustanzi bħal dawn, li jissodisfa l-obbligu ta' esportazzjoni b'konsegwenza ta' nuqqas ta' sigurtà.

(4)

Sabiex nittrattaw dik il-problema, ikun xieraq li tiġi applikata taħlita tat-tliet kriterji msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 20(3) tar-Regolament (KE) Nru 174/1999, waqt li jitqiesu l-miżuri tranżizzjonali disponibbli. Skont il-punti (a) u (b) ta' dak is-subparagrafu, il-liċenzji għandhom jiġu allokati bi preferenza għal applikanti li kienu diġa jaħdmu fl-Istati Uniti tal-Amerika, li l-importaturi nnominati tagħhom ikunu sussidjarji u li kienu esportaw kwantità ta' prodotti kkonċernati għal dik id-destinazzjoni fil-passat. Barra minn hekk, tnaqqis koeffiċjenti għandu japplika skont punt (c) ta' dak is-subparagrafu.

(5)

F'każ ta' gruppi ta' prodotti u ta' kwoti li għalihom l-applikazzjonijiet ippreżentati huma għal kwantitajiet inqas minn dawk disponibbli, ikun xieraq, skont l-Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 174/1999, li l-kwantitajiet li jifdal jiġu offruti biex jiġu allokati lill-applikanti proporzjonalment għall-kwantitajiet li jkunu applikaw għalihom. L-allokazzjoni ta' kwantitajiet żejda bħal dawn issir bil-kundizzjoni li l-operatur interessat jagħmel talba u jippreżenta garanzija.

(6)

Fid-dawl tal-iskadenza ffissata għall-implimentazzjoni ta' din il-proċedura, kif imniżżla fir-Regolament (KE) Nru 1847/2004, dan ir-Regolament għandu japplika mill-aktar fis possibli.

(7)

[Il-miżuri mniżżlin fir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Ħalib u Prodotti tal-Ħalib]

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji proviżjonali ta' esportazzjoni ippreżentati skont ir-Regolament (KE) Nru 1847/2004 rigward il-gruppi ta' prodotti u ta' kwoti identifikati minn Tokjo-16, -16, -17, -18-20 u l-Urugwaj-21, Tokjo-25 u l-Urugwaj-25 fil-kolonna 3 tal-Anness ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu aċċettati, suġġetti għall-applikazzjoni tal-koeffiċjenti tal-allokazzjoni mniżżla fil-kolonna 5 ta' dak l-Anness, meta jkunu ppreżentati minn:

l-applikanti li juru li esportaw għall-Istati Uniti tal-Amerika tal-prodotti in kwistjoni matul għall-anqas sena mit-tliet snin preċedenti u li l-importaturi nnominati tiegħu huma sussidjarji, jew

applikanti li l-importaturi nnominati tagħhom jitqiesu bħala sussidjarji skont punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 20(3) tar-Regolament (KE) Nru 174/1999.

L-applikazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu aċċettati, suġġetti għall-applikazzjoni tal-koeffiċjenti tal-allokazzjoni mniżżla fil-kolonna 6 tal-Anness, meta jiġu ppreżentati minn:

applikanti oħra li mhux imsemmijin fl-ewwel subparagrafu, li juru li esportaw għall-Istati Uniti tal-Amerika il-prodotti in kwistjoni matul kull sena mit-tliet snin preċedenti, jew

applikanti li dwarhom ma jkunx hemm bżonn ġabra storika ta' eżekuzzjoni, skont punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 20(3) tar-Regolament (KE) l-importaturi nnominati jitqiesu bħala sussidjarji skont punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 20(3) tar-Regolament (KE) Nru 174/1999.

L-applikazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu mwarrba meta jiġu ppreżentati minn applikanti oħra li mhux imsemmijin fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi.

2.   Jekk il-kwantità allokata li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafu 1 tkun anqas minn 2 tunnellati, l-applikanti jistgħu jirtiraw l-applikazzjoni tagħhom. F'każijiet bħal dawn, għandhom jinnotifikaw l-awtoritajiet kompetenti fi żmien 5 ijiem tax-xogħol mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament fejn fil-każ isir rilaxx immedjat tal-garanzija.

L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-Kummissjoni fi żmien 8 ijiem tax-xogħol mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, bil-kwantità li għaliha jkunu ġew irtirati l-applikazzjonijiet u li għaliha jkun sar rilaxx tal-garanzija.

Artikolu 2

L-applikazzjonijiet għall-liċenzji proviżjonali ta' esportazzjoni ppreżentati skont ir-Regolament (KE) Nru. 1847/2004 skont il-grupp tal-prodott u l-kwoti identifikati permezz ta' Tokjo-22 u l-Urugwaj-22 fil-kolonna 3 tal-Anness ta' dan ir-Regolament, għandhom jintlaqgħu għall-kwantitajiet rikjesti.

Fuq applikazzjoni oħra min-negozjant fi żmien 10 t'ijiem tax-xogħol mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u suġġett għall-preżentazzjoni tas-sigurtà applikabbli, liċenzji proviżjonali ta' esportazzjoni jistgħu jinħarġu għall-kwantitajiet oħra suġġetti għall-applikazzjoni tal-koeffiċjent ta’ allokazzjoni mniżżel fil-kolonna 7 tal-Anness.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-istess ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 22 ta' Diċembru 2004.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26 6 1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 186/2004 (ĠU L 29, 3.2. 2004, p. 6)

(2)  ĠU L 322, 23 10 2004, p. 19.

(3)  ĠU L 20, 27 1 1999, p. 8. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1846/2004 (ĠU L 322, 23.10. 2004, p. 16)


ANNESS

Identifikazzjoni tal-grupp skont in-Noti Addizzjonali f'Kapitolu 4 tal-Iskeda tat-Tariffi Armonizzati tal-Istati Uniti tal-Amerika

Identifikazzjoni tal-grupp u l-kwota

Kwantità disponibbli għall-2005 (t)

Koeffiċjent ta‘ allokazzjoni li hemm provdut dwarhu fl-Artikolu 1(1)

Koeffiċjent ta‘ allokazzjoni li hemm provdut dwarhu fl-Artikolu 2(1)

Nota Nru

Grupp

L-ewwel subparagrafu

It-tieni subparagrafu

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

16

Mhux speċifikament ipprovdut dwarhu (NSPF)

Tokjo-16

908,877

0,1328738

0,0442913

L-Urugwaj-16

3 446,000

0,1194816

0,0398272

17

Tat-tursin (Blue Mould)

L-Urugwaj-16

350,000

0,1534639

0,0511546

18

Ċeddar

L-Urugwaj-18

1 050,000

0,8344371

0,2781457

20

Edam/Gouda

L-Urugwaj-20

1 100,000

0,1843369

0,0614456

21

Tat-tip Taljan

L-Urugwaj-21

2 025,000

0,1447704

0,0482568

22

Ġobon Żvizzeru jew Emmenthaler mingħajr il-formazzjoni tal-għajn

Tokjo-22

393,006

 

 

1,1930821

L-Urugwaj-22

380,000

 

 

1,2500000

25

Ġobon Żvizzeru jew Emmenthaler bil-formazzjoni tal-għajn

Tokjo-25

4 003,172

0,3713669

0,1237890

 

L-Urugwaj-25

2 420,000

0,3198238

0,1066079


Top