EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0271

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2004 tas-16 ta' Frar 2004 li jawtorizza t-trasferimenti bejn il-limiti kwantitattivi tal-prodotti tessili u tal-ħwejjeġ li joriġinaw fil-Makaw

ĠU L 46, 17.2.2004, p. 28–29 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/271/oj

32004R0271



Official Journal L 046 , 17/02/2004 P. 0028 - 0029


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2004

tas-16 ta' Frar 2004

li jawtorizza t-trasferimenti bejn il-limiti kwantitattivi tal-prodotti tessili u tal-ħwejjeġ li joriġinaw fil-Makaw

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3030/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tessili minn pajjiżi terzi [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1) L-Artikolu 7 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Makaw dwar il-kummerċ fil-prodotti tessili [2], inizjalat fid-19 ta' Lulju 1986 u approvat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/497/KEE, kif l-aħħar emendata bi Ftehim fil-għamla ta' Skambju ta' l-Ittri, inizjalat fit-22 ta' Diċembru 1994 u approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/131/KE [3], jipprovdi li jistgħu jiġi miftiehma trasferimenti bejn il-kategoriji u s-snin tal-kwoti.

(2) Fis-26 ta' Ġunju 2003 u fl-14 ta' Jannar 2004, il-Makaw issottometta żewġ talbiet għat-trasferimenti bejn is-snin tal-kwoti.

(3) It-trasferimenti mitluba mill-Makaw jidħlu fil-limiti tad-dispożizzjonijiet dwar il-flessibbiltà riferiti fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 3030/93 kif iddikjarati fil-kolonna 9 ta' l-Anness VIII ta' miegħu.

(4) Huwa għalhekk approprjat li jiġu konċessi dawn it-talbiet.

(5) Huwa mixtieq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubbikazzjoni tiegħu għalbiex jippermetti lll-operaturi li jibbenefikaw minnu malajr kemm jista' jkun.

(6) Il-miżuri pprovvduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tessuti stabbilit bl-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 3030/93,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Huma awtorizzati t-trasferimenti bejn il-limiti kantitattivi għall-oġġetti tessili li joriġinaw fil-Makaw iffissati bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Makaw dwar il-kummeċ fil-prodotti tessili għas-sena tal-kwota 2003 skond l-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Done at Brussels, 16 February 2004.

Għall-Kummissjoni

Pascal Lamy

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 275, tat-8.11.1993, p. 1; Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 138/2003 (ĠU L 23, tat-28.1.2003, p. 1).

[2] ĠU L 287, tas-9.10.1987, p. 47.

[3] ĠU L 94, tas-26.4.1995, p. 1

--------------------------------------------------

L-ANNESS

743 IL-MAKAW | L-Aġġustament għas-sena 2003: it-tħollija għas-sena ta' wara mis-sena 2002 u l-użu avvanzat mis-sena 2004 |

dIl-Grupp | Il-Kategorija | L-Unità | Il-Limiti (2003) | Il-Livell tax-xogħol wara l-aġġustamenti ta' qabel | Il-Kwantità | % | il-Flessibbilità | Il-Livell tax-Xogħol |

| | | | | 736700 | 5,0 | It-Trasferiment mis-sena 2002 | 16502080 |

IB | 4 | biċċiet | 14734000 | 15765380 | 589360 | 4,0 | It-Trasferiment mis-sena 2004 | 17091440 |

IB | 7 | biċċiet | 5783000 | 6187810 | 289150 | 5,0 | It-Trasferiment mis-sena 2002 | 6476960 |

IB | 8 | biċċiet | 8100000 | 5289176 | 405000 | 5,0 | It-Trasferiment mis-sena 2002 | 5694176 |

IIB | 13 | biċċiet | 9092000 | 9728440 | 454600 | 5,0 | It-Trasferiment mis-sena 2002 | 10183040 |

| | | | | 30700 | 5,0 | It-Trasferiment mis-sena 2002 | 693820 |

IIB | 15 | biċċiet | 614000 | 663120 | 24560 | 4,0 | It-Trasferiment mis-sena 2004 | 718380 |

IIB | 16 | biċċiet | 493000 | 502860 | 24650 | 5,0 | It-Trasferiment mis-sena 2002 | 527510 |

IIB | 26 | biċċiet | 1281000 | 1370670 | 64050 | 5,0 | It-Trasferiment mis-sena 2002 | 1434720 |

IIB | 31 | biċċiet | 10210000 | 10924700 | 510500 | 5,0 | It-Trasferiment mis-sena 2002 | 11435200 |

IIB | 78 | biċċiet | 2037000 | 2077740 | 101850 | 5,0 | It-Trasferiment mi-sena 2002 | 2179590 |

IIB | 83 | biċċiet | 489000 | 523230 | 24450 | 5,0 | It-Trasferiment mis-sena 2002 | 547680 |

--------------------------------------------------

Top