Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994L0031

Id-Direttiva tal-Kunsill 94/3KE tas-27 ta’ Ġunju 1994 li temenda d-Direttiva 91/689/KEE fuq l-iskart perikoluż

ĠU L 168, 2.7.1994, p. 28–28 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 11/12/2010; Impliċitament imħassar minn 32008L0098

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1994/31/oj

31994L0031



Official Journal L 168 , 02/07/1994 P. 0028 - 0028
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 13 P. 0200
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 13 P. 0200


Id-Direttiva tal-Kunsill 94/3KE

tas-27 ta’ Ġunju 1994

li temenda d-Direttiva 91/689/KEE fuq l-iskart perikoluż

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b’mod partikolari l-Artikolu 130s(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Waqt li aġixxa b’mod konformi mal-proċedura stabilita fl-Artikolu 189 ’tat-Trattat,

Billi saret ħaġa ċara, permezz tal-ħidma tal-kumitat li hemm ipprovdut fl-Artikolu 18 tad- Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE [3] li ma kienx possibbli, fil-limiti taż-żmien iffissat bid-Direttiva 91/689/KEE [4], li titniżżel lista li torbot ta’ skart perikoluż, iżda billi t-tħaddim tad-Direttiva 91/689/KEE jiddependi mill-istabbiliment ta’ lista simili mill-Kummissjoni;

Billi huwa meħtieġ li jkun assigurat it-tħaddim tad-Direttiva 91/689/KEE fl-iqsar żmien possibbli;

Billi lista tal-Komunità ta’ skart perikoluż għad trid tkun stabilita b’mod konformi ma’ l l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 91/689/KEE;

Billi t-t]assir tad-Direttiva tal-Kunsill 78/319/KEE ta’ l-20 ta’ Marzu 1978 fuq skart tossiku u perikoluż [5] għandu għalhekk jiġi pospost,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 91/689/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1. Dan li ġej għandu jkun sostitwit għall-Artikolu 10(1):

"L-Artikolu 10

1. L-Istati Membri g]andhom ida]]lu fis-se]] il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex iħarsu din id-Direttiva sas-27 ta’ {unju 1995. Huma għandhom jinformaw lill-Kummissjioni minnufih dwar dan."

2. Dan li ġej għandu jkun sostitwit għall-Artikolu 11:

"l-Anness 11

Id-Direttiva 78/319/KEE għandha titħassar b’effett mis-27 ta’ Ġunju 1995."

Artikolu 2

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fis-27 ta’ Ġunju 1994.

Għall-Kunsill

Il-President

C. Simitis

[1] ĠU C 271, tas-7.10.1993, p. 16.

[2] ĠU C 34, tat-2.2.1994, p. 7.

[3] ĠU L 194, tal-25.7.1975, p. 39. Direttiva emendata l-aħħar bid-Direttiva 91/156/KEE ({ĠU L 78, tas-26.3.1991, p. 32.)

[4] ĠU L 377, tal-31.12.1991, p. 20.

[5] ĠU L 84, 31.3.1978, p. 43. Direttiva emendata l-aħħar bid-Direttiva 91/692/KEE (ĠU L 377, tal-31.12.1991, p. 48).

--------------------------------------------------

Top