This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R0268
Commission Regulation (EU) 2019/268 of 15 February 2019 amending Regulations (EU) No 200/2010, (EU) No 517/2011, (EU) No 200/2012 and (EU) No 1190/2012 as regards certain methods for Salmonella testing and sampling in poultry (Text with EEA relevance.)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/268 tal-15 ta' Frar 2019 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 200/2010, (UE) Nru 517/2011, (UE) Nru 200/2012 u (UE) Nru 1190/2012 fir-rigward ta' ċerti metodi ta' ttestjar u teħid tal-kampjuni għas-Salmonella fit-tjur (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/268 tal-15 ta' Frar 2019 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 200/2010, (UE) Nru 517/2011, (UE) Nru 200/2012 u (UE) Nru 1190/2012 fir-rigward ta' ċerti metodi ta' ttestjar u teħid tal-kampjuni għas-Salmonella fit-tjur (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
C/2019/1016
ĠU L 46, 18.2.2019, pp. 11–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
18.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 46/11 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/268
tal-15 ta' Frar 2019
li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 200/2010, (UE) Nru 517/2011, (UE) Nru 200/2012 u (UE) Nru 1190/2012 fir-rigward ta' ċerti metodi ta' ttestjar u teħid tal-kampjuni għas-Salmonella fit-tjur
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-salmonella u aġenti żoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel (1) u, b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(1), u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 13 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-għan tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 huwa li jiżgura li jittieħdu miżuri għall-individwazzjoni u l-kontroll tas-Salmonella u aġenti żoonotiċi oħra fl-istadji rilevanti kollha tal-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni, partikolarment fil-livell ta' produzzjoni primarja, biex titnaqqas il-prevalenza tagħhom u r-riskju tagħhom għas-saħħa pubblika. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 jistipula, b'mod partikolari, li jridu jiġu stabbiliti miri tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-prevalenza taż-żoonożi u aġenti żoonotiċi elenkati fl-Anness I tiegħu fil-popolazzjonijiet tal-annimali elenkati fih. Dan jistabbilixxi wkoll ċerti rekwiżiti għal dawk il-miri. |
|
(3) |
Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 200/2010 (2), (UE) Nru 517/2011 (3), (UE) Nru 200/2012 (4) u (UE) Nru 1190/2012 (5) jistipulaw ir-rekwiżiti għat-teħid tal-kampjuni u l-ittestjar li huma neċessarji biex jiġi żgurat monitoraġġ armonizzat fil-ksib tal-miri tal-Unjoni għas-Salmonella fil-popolazzjonijiet tat-tjur stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2160/2003. |
|
(4) |
Dan l-aħħar, il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni u l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni rrivedew għadd ta' metodi ta' referenza u protokoll biex jivverifikaw il-konformità mar-Regolamenti (UE) Nru 200/2010, (UE) Nru 517/2011, (UE) Nru 200/2012 u (UE) Nru 1190/2012 u għalhekk dawn ir-regolamenti hemm bżonn li jiġu aġġornati skont dan. L-aġġornament jenħtieġ jikkonċerna b'mod partikolari r-rekwiżiti għall-użu ta' metodi alternattivi fid-dawl tal-protokoll ta' referenza ta' standard rivedut EN ISO 16140-2 (validazzjoni ta' metodi alternattivi) u l-metodu ġdid ta' referenza għall-individwazzjoni tas-Salmonella (EN ISO 6579-1). |
|
(5) |
Metodi alternattivi vvalidati b'mod xieraq skont il-metodi ta' referenza jridu jitqiesu bħala ekwivalenti għall-metodi ta' referenza. Bħalissa, l-użu tal-metodi alternattivi huwa limitat għall-operaturi tan-negozji tal-ikel skont il-punt 3.4 tal-Annessi tar-Regolamenti (UE) Nru 200/2010, (UE) Nru 517/2011, (UE) Nru 200/2012 u (UE) Nru 1190/2012. Madankollu, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ ukoll li jkollhom il-possibbiltà li jużaw metodi alternattivi, peress li ma hemm l-ebda raġuni biex jiġi limitat l-użu tal-metodi alternattivi vvalidati b'mod xieraq għall-operaturi tan-negozji tal-ikel biss. |
|
(6) |
It-teħid tal-kampjuni rappreżentattiv għall-kontroll tas-Salmonella f'qatgħat tat-tiġieġ li jbidu u tiġieġ għat-tnissil tal-Gallus gallus mhux dejjem prattiku fil-każ ta' barrakki arrikiti li għandhom gaġeġ u fil-każ ta' barrakki b'ħafna saffi mingħajr gaġeġ b'ċinga tad-demel bejn kull saff, li huma dejjem aktar użati biex jinżammu dawn it-tjur. Għalhekk huwa xieraq li tiġi permessa proċedura alternattiva tat-teħid tal-kampjuni, li tipprovdi soluzzjoni prattika għat-teħid tal-kampjuni minn dawn il-qatgħat filwaqt li tinżamm is-sensittività mill-inqas ekwivalenti għall-proċeduri tat-teħid tal-kampjuni ta' issa. |
|
(7) |
Huwa xieraq li tiġi stabbilita dispożizzjoni tranżitorja li tagħti biżżejjed żmien lill-operaturi tan-negozji tal-ikel biex jadattaw jew jirrevedu l-istandards il-ġodda tas-CEN/ISO. Id-dispożizzjoni tranżitorja tippermetti wkoll lill-operaturi tan-negozji tal-ikel li jnaqqsu l-piż għall-validazzjoni ta' metodi alternattivi skont il-verżjoni l-ġdida EN ISO 16140-2 dwar il-laboratorji u dwar il-manifatturi tal-kit tat-test, peress li xi ċertifikati preċedenti, ibbażati fuq l-istandard ISO 16140:2003, jistgħu jkunu għadhom validi sa tmiem is-sena 2021. |
|
(8) |
Għaldaqstant, ir-Regolamenti (UE) Nru 200/2010, (UE) Nru 517/2011, (UE) Nru 200/2012 u (UE) Nru 1190/2012 jenħtieġ li jiġu emendati skont dan. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi tar-Regolament (UE) Nru 200/2010
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 200/2010 huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Emendi tar-Regolament (UE) Nru 517/2011
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 517/2011 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Emendi tar-Regolament (UE) Nru 200/2012
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 200/2012 huwa emendat skont l-Anness III ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Emendi tar-Regolament (UE) Nru 1190/2012
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1190/2012 huwa emendat skont l-Anness IV ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Dispożizzjoni tranżitorja
Sal-31 ta' Diċembru 2021, l-operaturi tan-negozji tal-ikel jistgħu japplikaw il-metodi msemmija fil-punti 3.2 u 3.4 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 200/2010, fil-punti 3.2 u 3.4 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 517/2011, fil-punti 3.2 u 3.4 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 200/2012 u fil-punti 3.2 u 3.4 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1190/2012 applikabbli qabel ma ġew emendati bl-Artikoli 1 sa 4 ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Frar 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 200/2010 tal-10 ta' Marzu 2010 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mira tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-prevalenza tas-serotipi ta' Salmonella f'qatgħat ta' adulti għat-tgħammir ta' Gallus gallus (ĠU L 61, 11.3.2010, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 517/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament u tal-Kunsill dwar mira tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-prevalenza ta' ċerti serotipi tas-Salmonella fit-tiġieġ għall-bajd tat-tip Gallus gallus u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2160/2003 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 200/2010 (ĠU L 138, 26.5.2011, p. 45).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 200/2012 tat-8 ta' Marzu 2012 li jikkonċerna mira tal-Unjoni għat-tnaqqis tas-Salmonella enteritidis u s-Salmonella typhimurium f'qatgħat tal-brojlers, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 71, 9.3.2012, p. 31).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1190/2012 tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar mira tal-Unjoni għat-tnaqqis tas-Salmonella Enteritidis u s-Salmonella Typhimurium f'qatgħat tad-dundjani, kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 340, 13.12.2012, p. 29).
ANNESS I
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 200/2010 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fil-punt 2.2.2.1, jiżdiedu l-punti (d) u (e) li ġejjin:
|
|
(2) |
Fil-punt 3.1, jiżdied il-punt 3.1.5 li ġej
|
|
(3) |
Fil-punt 3.2, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: “L-individwazzjoni tas-Salmonella spp. għandha titwettaq skont l-EN ISO 6579-1.” |
|
(4) |
Il-punt 3.4. huwa sostitwit b'dan li ġej: “3.4. Metodi alternattivi Jistgħu jintużaw metodi alternattivi minflok il-metodi għall-individwazzjoni u għall-klassifikazzjoni fuq il-bażi tas-serotipi previsti fil-punti 3.1, 3.2 u 3.3 ta' dan l-Anness, jekk ivvalidati skont l-EN ISO 16140-2 (għal metodi alternattivi ta' individwazzjoni).” |
ANNESS II
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 517/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Il-punt 2.2.1. huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
|
(2) |
Fil-punt 3.1, jiżdied il-punt 3.1.1. li ġej:
|
|
(3) |
Fil-punt 3.2, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: “L-identifikazzjoni tas-Salmonella spp. għandha titwettaq skont l-EN ISO 6579-1.” |
|
(4) |
Il-punt 3.4. huwa sostitwit b'dan li ġej: “3.4. Metodi alternattivi Jistgħu jintużaw metodi alternattivi minflok il-metodi għall-identifikazzjoni u għas-serotipar previsti fil-punti 3.1, 3.2 u 3.3 ta' dan l-Anness, jekk ivvalidati skont l-EN ISO 16140-2 (għal metodi alternattivi ta' identifikazzjoni).” |
ANNESS III
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 200/2012 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Il-punt 3.2. huwa sostitwit b'dan li ġej: “3.2. Il-metodu tal-individwazzjoni L-individwazzjoni tas-Salmonella spp. għandha titwettaq skont l-EN ISO 6579-1.” |
|
(2) |
Il-punt 3.4. huwa sostitwit b'dan li ġej: “3.4. Metodi alternattivi Jistgħu jintużaw metodi alternattivi minflok il-metodi għall-identifikazzjoni u għas-serotipar previsti fil-punti 3.1, 3.2 u 3.3 ta' dan l-Anness, jekk ivvalidati skont l-EN ISO 16140-2 (għal metodi alternattivi ta' identifikazzjoni).” |
ANNESS IV
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 1190/2012 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Il-punt 3.2. huwa sostitwit b'dan li ġej: “3.2. Il-metodu tal-individwazzjoni L-individwazzjoni tas-Salmonella spp. għandha titwettaq skont l-EN ISO 6579-1.” |
|
(2) |
Il-punt 3.4. huwa sostitwit b'dan li ġej: “3.4. Metodi alternattivi Jistgħu jintużaw metodi alternattivi minflok il-metodi għall-identifikazzjoni u għas-serotipar previsti fil-punti 3.1, 3.2 u 3.3 ta' dan l-Anness, jekk ivvalidati skont l-EN ISO 16140-2 (għal metodi alternattivi ta' identifikazzjoni).” |