Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dehra ta’ kuljum tal-Ġurnal Uffiċjali

Għajnuna

Kemm is-serje L kif ukoll is-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali għandhom paġna ddedikata msejħa “dehra ta’ kuljum” li tagħti ħarsa ġenerali lejn il-Ġurnali Uffiċjali ppubblikati f’jum partikolari.

Hemm diversi modi kif taċċessa dawn il-paġni.

Fil-paġna ewlenija, fil-kaxxa tal-Ġurnal Uffiċjali, ikklikkja l-links “Serje ĠU L” jew “Serje ĠU C”.

ritratt tal-iskrin tal-links għas-“Serje ĠU L” u s-“Serje ĠU C” fil-kaxxa tal-Ġurnal Uffiċjali

Fil-paġna “Aċċess għall-Ġurnal Uffiċjali”, ikklikkja waħda mil-links “Uri l-atti”.

ritratt tal-iskrin ta’ “Uri l-atti” fil-paġna “Aċċess għall-Ġurnal Uffiċjali”.

Fil-paġni li ġejjin, uża l-menù fuq in-naħa tax-xellug: “Aċċess għall-Ġurnal Uffiċjali”, “Dehra ta’ kuljum tas-serje L tal-Ġurnal Uffiċjali”, “Dehra ta’ kuljum tas-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali”, “Ibbrawżja l-Ġurnal Uffiċjali”, “Edizzjonijiet stampati li jorbtu legalment” u “Edizzjonijiet speċjali”.

ritratt tal-iskrin tal-menù fuq in-naħa tax-xellug b’enfasi fuq il-links tad-dehra ta’ kuljum tas-serje L u s-serje C

Il-paġna “dehra ta’ kuljum” tagħti aċċess għall-Ġurnali Uffiċjali f’data speċifika.

Tista’ tissortja l-Ġurnali Uffiċjali f’ordni axxendenti jew dixxendenti billi tuża kriterji differenti:

  • skont l-istruttura tal-ĠU, li hija d-dehra prestabbilita u tirrifletti l-istruttura u t-tqassim tal-werrej tal-edizzjonijiet ta’ qabel tal-Ġurnal Uffiċjali;
  • skont in-numru tal-ĠU;
  • skont id-data tal-pubblikazzjoni.
ritratt tal-iskrin b’enfasi fuq il-qasam “issortja skont” fil-paġna “dehra ta’ kuljum”

Biex tara Ġurnal Uffiċjali, ikklikkja t-titlu tiegħu.

Biex tara d-dehra ta’ kuljum għal data oħra, ikklikkja l-ikona ħdejn id-data u mbagħad ikklikkja d-data tal-għażla tiegħek.

ritratt tal-iskrin b’enfasi fuq l-ikona tal-kalendarju fil-paġna “dehra ta’ kuljum”