Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Tista’ terġa’ tuża d-data tal-EUR-Lex, bla ma tħallas, skont il-kundizzjonijiet tad-drittijiet tal-awtur.
Hemm modi differenti kif tista' tfittex għal kontenut u kif tista’ tisiltu biex terġa’ tużah.
Jekk int utent reġistrat, tista’ tfittex fil-bażijiet tad-data tal-EUR-Lex direttament billi tuża s-servizzi tal-web. L-għażliet tat-tfittxija huma simili għal dawk li hemm fit-"tiftixa esperta". Huma jipprovdu d-data f'furmat XML. Aktar dwar kif tuża s-servizzi tal-web.
Permezz tad-data dump, bħalissa tista’ tniżżel b’mod massiv l-atti legali kollha (CELEX settur 3) fis-seħħ għal kull lingwa.
Biex taċċessa d-data dump, se jkollok bżonn kont tal-EU Login .
datadump.publications.europa.euFuq data.europa.eu, il-portal uffiċjali għad-data Ewropea, tista’ tniżżel lista ta’ Ġurnali Uffiċjali (serje L u C) ippubblikati skont is-sena (mill-2004 ’l quddiem) u skont il-lingwa. Il-lista tista’ titniżżel fil-format csv u fiha link għal kull Ġurnal Uffiċjali fil-format XML Formex.
data.europa.euBiex tipproċessa d-data b'mod aktar sofistikat, tista' titlob:
L-informazzjoni murija fil-EUR-Lex tinkiseb mir-repożitorju komuni għall-metadata u l-kontenut (“Cellar”). Is-Cellar huwa bbażat fuq teknoloġiji semantiċi, qafas ta’ diversi standards.
Id-data fis-Cellar mhix limitata għal dokumenti u informazzjoni legali li jintwerew fil-EUR-Lex, iżda tinkludi wkoll pubblikazzjonijiet oħra tal-UE (kotba, fuljetti, eċċ.). Id-data maħżuna fis-Cellar tista’ tiġi aċċessata direttament permezz tal-SPARQL endpoint u r-RESTful API.
Permezz tal-SPARQL endpoint tista’ tfittex il-metadata kollha disponibbli fis-Cellar, inklużi r-relazzjonijiet kollha bejn l-entitajiet differenti. Bir-RESTful API tista’ ssib settijiet speċifiċi ta’ metadata (spiss imsejħa avviżi) kif ukoll tniżżel il-files tal-kontenut tad-dokument. Dawn iż-żewġ għażliet huma disponibbli f’diversi formati (PDF, HTML, Formex, eċċ.).
Tista’ tiskopri aktar u taċċessa l-aktar manwal tal-utent reċenti, li jinkludi informazzjoni dwar Cellar u l-API Restful tiegħu, fis-sit web ta’ Cellar . Tista’ tistaqsi dwar il-metadata fis-Cellar permezz tal-endpoint SPARQL .
L-istruttura tad-data fis-Cellar hija definita fil-Mudell tad-Data Komuni (Common Data Model - CDM), li huwa bbażat fuq teknoloġiji semantiċi bħall-Iskema RDF u OWL. Tista’ ssib verżjonijiet kurrenti u tal-passat tas-CDM fis-sit web tal-Vokobularji tal-UE .
Flimkien mad-definizzjoni tal-ontoloġija, is-sit web tal-Vokabularji tal-UE fih ukoll definizzjonijiet għal vokabularji kkontrollati, tassonomiji u t-teżawri użati mis-Cellar.
B’mod partikolari, is-sit web tal-Vokabularji tal-UE jipprovdi d-diversi tabelli tal-awtoritajiet użati fil-valuri tal-metadata biex jirreferu għal entitajiet jew kunċetti speċifiċi bħal korp korporattiv, trattat, pajjiż jew lingwa.
Id-dokumenti disponibbli fis-Cellar u fil-EUR-Lex huma pprovduti f’diversi formati standard, skont id-disponibbiltà tagħhom: PDF, HTML, XHTML, eċċ.
Porzjon sinifikanti tad-dokumenti disponibbli f’Cellar u f’EUR-Lex, b’mod partikolari dawk ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali, huma wkoll disponibbli f’format XML speċifiku imsejjaħ Formex. Tista’ ssib iktar informazzjoni dwar dan il-format fis-sit web tal-Formex .
Il-EUR-Lex joffri għadd ta’ metodi għall-estrazzjoni tal-kontenut tad-dokumenti disponibbli fis-sit web f’formati strutturati li jinqraw mill-magni. Aktar tagħrif dwar dawn il-metodi jinstab fid-dokument Irkupru f’formati li jinqraw mill-magni.
F’każ ta’ volumi kbar ta’ data, uża wieħed mis-servizzi tat-tniżżil tad-data fuq skala kbira Aċċess dirett għal CELLAR API jew għad-Data Dump
Dan jippreżenta l-għarfien tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet fil-qasam tal-ikkatalogar tal-atti legali tal-UE ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali u fil-EUR-Lex. Dan jiddeskrivi t-tifsira u l-użu ta’ elementi ta’ metadata attribwiti lil dawk l-atti.