Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Tista’ żżomm ruħek infurmat(a) dwar aġġornamenti ġodda fuq il-EUR-Lex b’rabta ma’ dokumenti, proċeduri, jew tfittxijiet billi toħloq allerti RSS.
Biex tagħmel dan trid tkun utent irreġistrat u tkun dħalt fis-sistema.
Jekk għadek m’intix utent irreġistrat, ikklikkja fuq EUR-Lex tiegħi fir-rokna ta’ fuq tal-lemin ta’ kwalunkwe paġna tal-EUR-Lex, u mbagħad fuq Irreġistra. Se tittieħed lejn il-paġna tal-EU Login , fejn tkun tista’ toħloq il-kont tiegħek.
Biex tidħol fis-sistema, ikklikkja fuq EUR-Lex tiegħi fir-rokna ta’ fuq tal-lemin ta’ kwalunkwe paġna tal-EUR-Lex u mbagħad ikklikkja fuq Illoggja. Daħħal il-kredenzjali tiegħek.

Bil-ħolqien ta’ allerti RSS fuq il-EUR-Lex tista’ żżomm ruħek infurmat(a) dwar aġġornamenti ġodda b’rabta ma’ dokumenti tal-UE bħal-leġiżlazzjoni, il-ftehimiet internazzjonali, id-dokumenti preparatorji, jew il-każistika.

Jekk għadek ma dħaltx fis-sistema, is-sistema se titolbok tagħmel dan.
B’mod awtomatiku, jiġu selezzjonati l-ewwel erba’ għażliet.
Kull darba li l-EUR-Lex jippubblika dokument ġdid relatat mat-allert tiegħek, dan jiżdied mal-RSS feed relatat.
Is-sistema tgħodd kull allert li toħloq (allerti RSS u allerti bl-email) bħala tfittxija waħda ssejvjata u żżidha mal-għadd totali ta’ tfittxijiet issejvjati fl-ispazju personali tiegħek. Jista’ jkollok sa 50 tfittxija ssejvjata.
Tista’ tuża wkoll allerti RSS predefiniti għal għadd ta’ kategoriji predefiniti ta’ dokumenti (eż. il-leġiżlazzjoni kollha tal-Parlament u tal-Kunsill, il-proposti tal-Kummissjoni u d-dokumenti relatati), u l-edizzjonijiet tal-Ġurnal Uffiċjali.
Tista’ toħloq allerti RSS biex iżżomm ruħek’ infurmat(a) dwar kwalunkwe aġġornament ġdid fil-EUR-Lex b’rabta ma’ proċedura speċifika tat-tfassil tal-liġijiet.

Jekk għadek ma dħaltx fis-sistema, is-sistema se titolbok tagħmel dan.
Kull darba li l-EUR-Lex jippubblika dokument ġdid relatat mat-allert tiegħek, dan jiżdied mal-RSS feed relatat.
Is-sistema tgħodd kull allert li toħloq (allerti RSS u allerti bl-email) bħala tfittxija waħda ssejvjata u żżidha mal-għadd totali ta’ tfittxijiet issejvjati fl-ispazju personali tiegħek. Jista’ jkollok sa 50 tfittxija ssejvjata.
Tista’ toħloq allerti RSS relatati mat-tfittxijiet.
Dan huwa partikolarment utli jekk trid li tiġi infurmat(a) dwar aġġornamenti ġodda li jikkonċernaw suġġett speċifiku, tip speċifiku ta’ dokument, istituzzjoni speċifika jew korp speċifiku, eċċ.
Kull darba li l-EUR-Lex jippubblika dokument li jkun jaqbel mal-kriterji tat-tfittxija tiegħek, dan jiżdied mal-RSS feed relatat.
Tista’ tfittex b’modi differenti fuq il-EUR-Lex, skont il-ħtiġijiet tiegħek.
Bit-tfittxija avvanzata tista’ tibni rikjesti ta’ tfittxija preċiżi bbażati fuq firxa wiesgħa ta’ kriterji, bħal temi mit-teżawru EuroVoc (eż. “protezzjoni ambjentali”), tipi ta’ dokumenti, awturi, u tipi ta’ dati.

Biex issir taf aktar dwar kif toħloq allerti RSS minn tfittxijiet, agħti daqqa t’għajn lejn iż-żewġ eżempji dettaljati li ġejjin, ibbażati fuq każijiet konkreti ta’ utenti.
Kif toħloq allert RSS dwar dokumenti relatati ma’ miżuri restrittivi applikati mill-Unjoni Ewropea 
Kif toħloq allert RSS dwar dokumenti relatati mal-influwenza tat-tjur 
Is-sistema tgħodd kull allert li toħloq (allerti RSS u allerti bl-email) bħala tfittxija waħda ssejvjata u żżidha mal-għadd totali ta’ tfittxijiet issejvjati fl-ispazju personali tiegħek. Jista’ jkollok sa 50 tfittxija ssejvjata.
Tista’ toħloq allerti RSS relatati mat-tfittxijiet issejvjati tiegħek.

It-tfittxijiet kollha marbutin ma’ allert RSS huma mmarkati b’ikona speċifika .