Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Tfittxija avvanzata

Għajnuna

It-tfittxija avvanzata hija utli ħafna meta tkun trid tagħmel tfittxija bbażata fuq kriterji speċifiċi.

Il-link għall-paġna tat-tfittxija avvanzata huwa disponibbli fin-naħa ta’ fuq ta’ kull paġna tal-EUR-Lex, eżatt taħt it-tfittxija rapida.


Ritratt tal-iskrin li jurik fejn tista’ tagħżel l-opzjoni: Tfittxija avvanzata

Il-formola tat-tfittxija avvanzata toffri varjetà ta’ kriterji li trid tagħżel qabel ma tibda t-tfittxija tiegħek.

Biex tillimita t-tfittxija tiegħek għal tipi speċifiċi ta’ dokumenti bħal trattati, atti legali jew dokumenti preparatorji, ikklikkja l-kaxxa Ġabra u agħżel kategorija.


Ritratt tal-iskrin li jurik fejn tista’ tagħżel il-ġabra u tagħżel kategorija

Il-formola tat-tfittxija tadatta għall-kategorija magħżula billi turi kriterji speċifiċi tat-tfittxija. Meta tagħfas il-buttuna tat-tfittxija, is-sistema tfittex biss dokumenti li jappartjenu għall-kategorija magħżula tal-atti.

Biex tagħmel tfittxija f’diversi kategoriji tal-atti kklikkja Agħżel ġabriet multipli u agħmel l-għażla tiegħek.


Ritratt tal-iskrin li jurik fejn tista’ tagħżel il-ġabriet multipli

Fin-naħa ta’ fuq tal-paġna, tista’ tillimita t-tfittxija tiegħek billi tittikkja waħda mill-kaxxi tal-għażla. L-opzjonijiet disponibbli jiddependu mill-ġabra magħżula.


Ritratt tal-iskrin li jurik fejn tista’ tittikkja waħda mill-kaxxi tal-għażla

It-taqsimiet li ġejjin jagħtu dettalji dwar il-kriterji tat-tfittxija li tista’ tuża meta tagħżel il-ġabra Id-dokumenti kollha, li tidher b’mod awtomatiku fil-formola tat-tfittxija avvanzata.

Tfittxija tat-test

Il-kaxxa Tfittxija tat-test tagħti ħafna possibbiltajiet fir-rigward tal-kliem ewlieni għat-tfittxija.


Ritratt tal-iskrin li jurik il-kaxxa tat-tfittxija tat-test

Fl-ewwel entrata, ittajpja kelma, numru jew sekwenza ta’ kliem u/jew numri. B’mod awtomatiku, jiġu ittikkjati ż-żewġ kaxxi tal-għażla “fit-titlu” u “fit-test”. Dan ifisser li s-sistema tfittex il-kliem ewlieni tiegħek kemm fit-titli kif ukoll fit-testi tad-dokumenti. Jekk tixtieq tfittex biss fit-titli, mela kklikkja fuq “fit-test” biex ma tibqax ittikkjata. U jekk tixtieq tfittex biss fit-testi tad-dokumenti u mhux fit-titoli tagħhom, mela kklikkja fuq “fit-titlu” biex ma tibqax ittikkjata.

Jekk ikun meħtieġ, fil-EUR-Lex tista’ timla t-tieni entrata u torbotha mal-ewwel waħda permezz tal-operaturi ta’ tfittxija “AND”, “OR” u “NOT”.

Pereżempju, nistgħu nfittxu dokumenti li jkollhom “ambjent” fit-titolu tagħhom u “trasport” fit-test tagħhom.


Ritratt tal-iskrin li jurik kif tista’ tfittex skont termini speċifiċi fit-titlu u fit-test

Jew, nistgħu nfittxu dokumenti li jkollhom “ambjent” fit-titolu tagħhom, iżda mhux “trasport”.


Ritratt tal-iskrin li jurik kif tista’ tfittex skont terminu speċifiku fit-titlu u kif teskludi terminu speċifiku fit-test

Referenza tad-dokument

Fil-kaxxa Referenza tad-dokument tista’ tillimita t-tfittxija għal data, numru speċifiku tad-dokument u/jew tipi speċifiċi ta’ dokumenti.


Ritratt tal-iskrin li jurik kif tista’ tfittex skont sena, numru ta’ dokument jew tip ta’ dokument

It-tipi ta’ dokumenti disponibbli fil-kaxxa jiddependu mill-ġabra magħżula li tinsab fin-naħa ta’ fuq tal-formola tat-tfittxija. Jekk tkun teħtieġ aktar opzjonijiet, ikklikkja l-buttuna tal-plus.

Awtur

Il-kriterji tat-tfittxija tal-kaxxa Awtur huma utli meta tkun tixtieq tillimita t-tfittxija tiegħek għal dokumenti magħmula minn istituzzjoni, korp, entità, pajjiż speċifiku, eċċ.

Jekk ma ssibx l-awtur li tkun qed tfittex fil-menù li jinżel tal-Awtur, ikklikkja l-buttuna tal-plus fil-kaxxa Oħrajn għal aktar opzjonijiet.


Ritratt tal-iskrin li jurik kif tista’ tfittex skont l-awtur

Fittex skont id-data

Fil-kaxxa Fittex skont id-data, tista’ tagħżel waħda mid-dati li jikkaratterizzaw id-dokument(i) li tkun qed tfittex. Pereżempju, id-data meta d-dokument ikun ġie adottat jew ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali, jew id-data meta d-dokument se jidħol fis-seħħ. Jekk ma tkunx trid tagħżel tip speċifiku ta’ data, agħżel Id-dati kollha.

Tista’ tindika wkoll data speċifika (jum/xahar/sena; xahar/sena jew sena biss) jew firxa ta’ dati.


Ritratt tal-iskrin li jurik kif tista’ tfittex skont id-data

Ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali

Il-kriterji tat-tfittxija tal-kaxxa Ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali jħalluk tillimita t-tfittxija tiegħek għad-dokumenti ppubblikati f’xi edizzjonijiet tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Tista’ tirrestrinġi t-tfittxija tiegħek għal sena speċifika, serje speċifika tal-ĠU jew edizzjoni speċifika tal-Ġurnal Uffiċjali jekk tkun taf in-numru tiegħu. Tista’ wkoll tagħmel tfittxija bbażata fuq in-numru tal-paġna ta’ Ġurnal Uffiċjali li jkun jibda bih dokument.

Fil-EUR-Lex tista’ wkoll tagħmel tfittxijiet li jkunu limitati għal edizzjoni speċjali tal-Ġurnal Uffiċjali.


Ritratt tal-iskrin li jurik kif tista’ tfittex dokumenti ppubblikati fi wħud mill-edizzjonijiet tal-Ġurnal Uffiċjali

Tema

Uża l-kaxxa Tema biex tagħmel tfittxijiet dwar suġġett speċifiku.

Is-suġġetti disponibbli fil-formola tat-tfittxija avvanzata huma s-suġġetti tat-teżawru EuroVoc. Dawn jinqasmu f’21 dominju u 127 subdominju.

Biex tagħżel suġġett, ikklikkja l-buttuna tal-plus fil-kaxxa teżawru EuroVoc.


Ritratt tal-iskrin li jurik il-buttuna tal-plus fit-teżawru EuroVoc

Imbagħad, agħżel suġġett wieħed jew aktar. Fl-eżempju ta’ hawn taħt, it-tfittxija ttellagħlek dokumenti relatati mas-suġġetti “ambjent ġeofiżiku” u “fawna selvaġġa”.


Ritratt tal-iskrin li jurik kif tista’ tagħżel suġġett wieħed jew aktar fit-teżawru

Biex tiżgura li r-riżultati tat-tfittxija tiegħek ikunu jinkludu d-dokumenti li jappartjenu għas-subsuġġetti relatati mas-suġġetti li tkun għażilt, ittikkja l-kaxxa Inkludi s-sublivelli ta’ termini stretti magħżula.


Ritratt tal-iskrin li jurik kif tista’ tagħżel is-sublivelli

Dokumenti relatati ma’ proċedura leġiżlattiva

Fil-kaxxa Dokumenti relatati ma’ proċedura leġiżlattiva, tista’ tibni tfittxija li tillimita t-tfittxija għal dokumenti relatati ma’ tip speċifiku ta’ proċedura (pereżempju proċedura leġiżlattiva ordinarja jew proċedura mhux leġiżlattiva) u, jekk tkun tixtieq, għal sena preċiża.

Tista’ wkoll tillimita t-tfittxija għad-dokumenti relatati ma’ proċedura speċifika billi tittajpja n-numru tagħha (pereżempju 2005/0042/COD) fl-entrata tan-Numru.


Ritratt tal-iskrin li jurik fejn tista’ tagħżel it-tip ta’ proċedura leġiżlattiva

Uri biss id-dokumenti disponibbli fi

Fil-kaxxa Uri biss id-dokumenti disponibbli fi tista’ tillimita t-tfittxija għal dokumenti ppubblikati b’lingwa waħda jew b’diversi lingwi.

Pereżempju, jekk tagħżel “Spanjol”, is-sistema tfittex id-dokumenti kollha li jkunu ġew ippubblikati bl-Ispanjol.


Ritratt tal-iskrin li jurik fejn tista’ tagħżel il-lingwa

Jekk tkun qed tuża l-EUR-Lex b’lingwa differenti minn dik li tkun għażilt fil-kaxxa Uri biss id-dokumenti disponibbli fi, it-tfittxija tiegħek ittellagħlek dokumenti li jkunu ġew ippubblikati fil-lingwa magħżula, iżda tarahom fil-lingwa tal-interface tiegħek.

Fl-eżempju ta’ hawn fuq, għażilna “Spanjol” filwaqt li l-interfaċċa tal-utent tinsab bl-Ingliż. Is-sistema ttella’ dokumenti li jkunu ġew ippubblikati bl-Ispanjol iżda fil-lista tar-riżultati turihom bl-Ingliż.

Skont il-ġabra li tkun għażilt fin-naħa ta’ fuq tal-formola tat-tfittxija avvanzata, jista’ jkun hemm ftit opzjonijiet ta’ tfittxija disponibbli oħra. Jekk ikollok xi dubji dwar kif tużahom, jekk jogħġbok mur fuq l-ikona bil-punt interrogattiv għal spjegazzjonijiet qosra.


Ritratt tal-iskrin li jurik fejn tista’ tmur għall-ispjegazzjonijiet