Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
L-ECLI huwa identifikatur uniformi li jippermettilek tidentifika deċiżjonijiet ġudizzjarji aktar faċilment. Hu jagħmilha wkoll aktar faċli biex wieħed jaċċessa, ifittex, jidentifika, jikkwota u jillinkja l-każistika tal-UE u dik nazzjonali.
L-identifikatur jikkonsisti f'5 partijiet, fl-ordni li ġejja, b’kull wieħed separat b'żewġ punti:
Eżempji (Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea):
|
ECLI |
Dokument |
|---|---|
|
ECLI:EU:C:1998:27 |
Is-27 deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-1998 |
|
ECLI:EU:C:2010:80 |
It-80 deċiżjoni tat-Tribunal tas-Servizz Ċivili fl-2010 |
|
ECLI:EU:C:2012:426 |
L-426 deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-2012. |
Il-5 parti tal-ECLI tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija numru sekwenzjali, mibdi mill-ġdid kull sena u speċifiku għal kull qorti (il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti Ġenerali, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku). Mhuwiex in-numru CELEX.
L-ECLI ġie introdott aktar wara l-Konklużjonijiet tal-Kunsill 2011/C 127/01.
Il-magna tat-tiftix tal-ECLI fuq il-portal Ewropew tal-e-ġustizzja tħallik tfittex deċiżjonijiet/sentenzi legali b’ECLI.