Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Il-EUR-Lex jagħtik aċċess għal-leġiżlazzjoni tal-UE, għall-każistika u għal dokumenti legali oħra li ġejjin l-aktar mill-istituzzjonijiet tal-UE, iżda wkoll mill-Istati Membri tal-UE, l-istituzzjonijiet tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA), eċċ., inklużi:
Il-EUR-Lex jippubblika l-verżjoni awtentika ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-UE.
Barra minn hekk, jipprovdi:
Mill-bidu tat-tmien terminu parlamentari (il-25 ta’ Mejju 2014), il-mistoqsijiet parlamentari mhux se jiġu ppubblikati aktar f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew fil-EUR-Lex. Issa dawn huma ppubblikati fuq is-sit web tal-Parlament Ewropew .
Ħarsa ġenerali fid-dettall tat-tipi ta’ dokumenti disponibbli fuq il-EUR-Lex
Il-EUR-Lex jiġi aġġornat kuljum bil-pubblikazzjoni tal-Ġurnal Uffiċjali, dokumenti individwali ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali, dokumenti jew proċeduri oħra, każistika u informazzjoni legali u biblijografika (metadata).
Il-verżjoni elettronika awtentika tal-Ġurnal Uffiċjali hija ppubblikata f’PDF, flimkien mal-firma elettronika tagħha. Il-verżjoni HTML hija disponibbli wkoll għal skopijiet ta’ informazzjoni, iżda mhijiex awtentika.
Kull dokument ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali jiġi pproċessat għall-pubblikazzjoni fil-EUR-Lex. Fil-jum tal-pubblikazzjoni, it-titlu u r-referenzi tal-pubblikazzjoni biss huma disponibbli mal-att individwali. L-informazzjoni legali u biblijografika sħiħa tiġi ppubblikata fi żmien jumejn ta’ xogħol. Dan jispjega għaliex hemm żmien qasir bejn id-disponibbiltà tal-Ġurnal Uffiċjali nnifsu u l-kapaċità sussegwenti li jinstabu atti individwali.
Il-frekwenza tal-aġġornamenti ta' dokumenti oħrajn tvarja minħabba li jiġu minn sorsi istituzzjonali differenti. Pereżempju, il-miżuri nazzjonali ta’ traspożizzjoni jiġu aġġornati darba fil-ġimgħa.