This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0463
Commission Implementing Decision of 14 July 2014 on authorising the placing on the market of oil from the micro-algae Schizochytrium sp. as a novel food ingredient under Regulation (EC) No 258/97 of the European Parliament and of the Council and repealing Decisions 2003/427/EC and 2009/778/EC (notified under document C(2014) 4670)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Lulju 2014 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' żejt mill-mikroalga Schizochytrium sp. bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet 2003/427/KE u 2009/778/KE (notifikata bid-dokument C(2014) 4670)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Lulju 2014 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' żejt mill-mikroalga Schizochytrium sp. bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet 2003/427/KE u 2009/778/KE (notifikata bid-dokument C(2014) 4670)
ĠU L 209, 16/07/2014, p. 55–58
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
16.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 209/55 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-14 ta' Lulju 2014
li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' żejt mill-mikroalga Schizochytrium sp. bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet 2003/427/KE u 2009/778/KE
(notifikata bid-dokument C(2014) 4670)
(Il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika)
(2014/463/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-ispeċifikazzjoni taż-żejt mill-mikroalga Schizochytrium sp. ġiet stabbilita u t-tqegħid tiegħu fis-suq ġie awtorizzat f'bosta ikel f'ċertu livelli massimi tal-użu bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/427/KE (2). L-ewwel estensjoni tal-użi taż-żejt mill-mikroalga Schizochytrium sp. ingħatat bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/778/KE (3). |
(2) |
Fis-16 ta' Jannar 2013, lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit, il-kumpanija DSM Nutritional Products talbithom estensjoni tal-użi taż-żejt mill-mikroalga Schizochytrium sp. bħala ingredjent ġdid tal-ikel. B'kuntratt datat it-30 ta' Ġunju 2012, il-kumpanija DSM Nutritional Products akkwistat lill-kumpanija Martek Biosciences li kienet id-destinatarju tad-deċiżjonijiet preċedenti. |
(3) |
Fid-29 ta' April 2013 il-korp kompetenti tal-valutazzjoni tal-ikel tar-Renju Unit ħareġ rapport ta' valutazzjoni inizjali. Dak ir-rapport jikkonkludi li l-estensjoni tal-użi ta' dan iż-żejt tal-alga tissodisfa tissodisfa l-kriterji tal-ikel ġdid stabbilit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97. |
(4) |
Fid-9 ta' Lulju 2013, il-Kummissjoni għaddiet ir-rapport ta' valutazzjoni inizjali lill-Istati Membri l-oħra. |
(5) |
Matul il-perjodu ta' 60 jum stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97, tqajmu xi oġġezzjonijiet motivati. L-oġġezzjonijiet kellhom x'jaqsmu l-aktar mal-livelli għolja ta' konsum tal-aċidu dokosaeżaneojku (DHA). B'konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97, trid issir Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tqis l-oġġezzjonijiet li saru. Għaldaqstant l-applikant biddel it-talba dwar l-ammont massimu ta' DHA fis-supplimenti tal-ikel. B'din il-bidla u spjegazzjonijiet oħra li ta l-applikant, ittaffa dan it-tħassib, u l-Istati Membri u l-Kummissjoni ġew issodisfati. |
(6) |
Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) tistabbilixxi rekwiżiti dwar is-supplimenti tal-ikel. Ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jistabbilixxi rekwiżiti dwar iż-żieda ta' vitamini u minerali u ta' ċerti sustanzi oħra mal-ikel. Id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) tistabbilixxi rekwiżiti dwar l-oġġetti tal-ikel għal użu ta' nutriment partikolari Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/8/KE (7) tistabbilixxi rekwiżiti dwar ikel maħsub sabiex jintuża f'dieti ta' restrizzjoni tal-enerġija għat-tnaqqis fil-piż. L-użu taż-żejt mill-mikroalga Schizochytrium sp. għandu jkun awtorizzat mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta' dawk il-leġiżlazzjonijiet. |
(7) |
Minħabba ċ-ċarezza legali, id-Deċiżjonijiet 2003/427/KE u 2009/778/KE għandhom jitħassru u jinbidlu b'din id-Deċiżjoni. |
(8) |
In-notifiki dwar it-tqegħid fis-suq ta' ingredjent sostanzjalment ekwivalenti għaż-żejt tal-alga kif jawtorizzaw id-Deċiżjonijiet 2003/427/KE u 2009/778/KE, li tressqu lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 258/97, jibqgħu validi. |
(9) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Iż-żejt mill-mikroalga Schizochytrium sp. kif jispeċifika l-Anness I, jista' jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni bħala ingredjent ġdid tal-ikel għall-użi definiti u fil-livelli massimi stabbiliti fl-Anness II mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/46/KE, ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006, id-Direttiva 2009/39/KE u d-Direttiva 96/8/KE.
Artikolu 2
Id-deżinjazzjoni taż-żejt mill-mikroalga Schizochytrium sp. awtorizzata b'din id-Deċiżjoni dwar it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel li fihom dan l-ingredjent, għandha tkun “żejt mill-mikroalga Schizochytrium sp.”.
Artikolu 3
Għalhekk jitħassru d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2003/427/KE u 2009/778/KE.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil DSM Nutritional Products, 6480 Dobbin Road, Columbia, MD 21045, l-Istati Uniti.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Lulju 2014.
Għall-Kummissjoni
Tonio BORG
Membru tal-Kummissjoni
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/427/KE tal-5 ta' Ġunju 2003 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' żejt mogħni bid-DHA (l-aċidu dokosaeżaneojku) mill-mikroalga Schizochytrium sp. bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 144, 12.6.2003, p. 13).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/778/KE tat-22 ta' Ottubru 2009 dwar l-estensjoni tal-użu taż-żejt tal-alga mill-mikroalga Schizochytrium sp. bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 278, 23.10.2009, p. 56).
(4) Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta' vitamini u minerali u ta' ċerti sustanzi oħra mal-ikel (ĠU L 404, 30.12.2006, p. 26).
(6) Id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-oġġetti tal-ikel għal użu ta' nutriment partikolari (ĠU L 124, 20.5.2009, p. 21).
(7) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/8/KE tas-26 ta' Frar 1996 dwar ikel maħsub sabiex jintuża f'dieti ta' restrizzjoni tal-enerġija għat-tnaqqis fil-piż (ĠU L 55, tas-6.3.1996, p. 22).
ANNESS I
SPEĊIFIKAZZJONI TA' ŻEJT MILL-MIKROALGA SCHIZOCHYTRIUM SP.
Test |
Speċifikazzjoni |
Il-valur aċiduż |
Mhux iktar minn 0,5 mg KOH/g |
Il-valur perossidu (PV) |
Mhux iktar minn 5,0meq/kg żejt |
L-umdità u l-volatili |
Mhux aktar minn 0,05 % |
Sustanzi li ma jistgħux jinbidlu f'sapun |
Mhux aktar minn 4,5 % |
Aċidi grassi trans |
Mhux aktar minn 1,0 % |
Kontenut ta' DHA |
Mhux anqas minn 32,0 % |
ANNESS II
UŻI AWTORIZZATI TA' ŻEJT MILL-MIKROALGA SCHIZOCHYTRIUM SP.
Kategorija tal-ikel |
Livell massimu tal-użu tad-DHA |
Prodotti magħmula mill-ħalib għajr xarbiet magħmula mill-ħalib |
200 mg/100 g jew għall-prodotti tal-ġobon 600 mg/100 g |
Analogi magħmula mill-ħalib għajr xarbiet |
200 mg/100 g, jew 600 mg/100 g għal prodotti tal-ġobon |
Xaħam li jiddellek u ħwawar |
600 mg/100 g |
Ċereali tal-kolazzjon |
500 mg/100 g |
Supplimenti tal-ikel |
250 mg DHA kuljum kif jirrakkomanda l-manifattur għal popolazzjoni normali 450 mg DHA kuljum kif jirrakkomanda l-manifattur għal nisa tqal u li jreddgħu |
Ikel maħsub għall-użu f'dieti ristretti mill-enerġija għal tnaqqis fil-piż kif jissemma fid-Direttiva 96/8/KE |
250 mg għal kull sostitut tal-ikel |
Ikel għal użi nutrizzjonali partikolari kif tiddefinixxi d-Direttiva 2009/39/KE ħlief il-formula tal-ikel tat-tfal żgħar u ta' prosegwiment |
200 mg/100 g |
Ikel tad-dieta għal skopijiet mediċi speċjali |
Skont ir-rekwiżiti nutrizzjonali partikolari tal-persuni li għalihom il-prodotti huma maħsuba |
Prodotti tal-forn, (ħobż u panini), gallettini ħelwin |
200 mg/100 g |
Biċċiet taċ-ċereali |
500 mg/100 g |
Xaħam għat-tisjir |
360 mg/100 g |
Xarbiet mhux alkoħoliċi (inklużi analogu tal-ħalib u xarbiet abbażi tal-ħalib) |
80 mg/100 ml |