Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0017

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-ekwivalenza ta’ l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa fil-pajjiżi terzi fuq l-uċuh tar-raba li jipproduċu ż-żerriegħa u dwar l-ekwivalenza taż-żerriegħa prodotta fil-pajjiżi terziTest b’rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 8, 14/01/2003, p. 10–17 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 23/06/2022

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/17(1)/oj

32003D0017



Official Journal L 008 , 14/01/2003 P. 0010 - 0017


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-16 ta’ Diċembru 2002

dwar l-ekwivalenza ta’ l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa fil-pajjiżi terzi fuq l-uċuh tar-raba li jipproduċu ż-żerriegħa u dwar l-ekwivalenza taż-żerriegħa prodotta fil-pajjiżi terzi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2003/17/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-bejgħ fis-suq taż-żerriegħa tal-pjanti tal-għalf aħdar [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 46/72/KE (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 16 (1) tagħha,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-bejgħ fis-suq taż-żerriegħa tal-pjanti taċ-ċereali [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 16 (1) tagħha,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2002/54/KEE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-bejgħ fis-suq taż-żerriegħa tal-pitravi [3], u b’mod partikolari l-Artikolu 23(1) tagħha,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-bejgħ fis-suq tal-pjanti taż-żerriegħa taż-żejt u tal-fibri [4], u b’mod partokilari l-Artikolu 20(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) Ir-regoli dwar il-kontroll uffiċjali taż-żerriegħa fl-Arġentina, l-Awstralja, il-Bulgarija, il-Kanada, iċ-Ċile, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Kroazja, l-Ungerija, l-Iżrael, il-Latvija, il-Marokk, in-New Zealand, il-Polonja, is-Slovenja, is-Slovakkja, it-Turkija, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, l-Urugwaj, il-Jugoslavja u l-Afrika ta’ Isfel jipprovdu għal spezzjon uffiċjali fuq il-post li jrid jitwettaq matul il-perjodu taż-żmien tal-produzzjoni taż-żerriegħa.

(2) Dawn ir-regoli jipprovdu fil-prinċipju illi ż-żerriegħa tista’ tiġi ċċertifikata uffiċjalment u li l-pakkeġġi jistgħu jiġu magħluqa uffiċjalment skond l-Isemi ta’ l-OECD għaċ-Ċertifikazzjoni tal-Varjetali taż-Żerriegħa li tkun qiegħda timxi fil-Kummerċ Internazzjonali. Ir-regoli jipprovdu wkoll għat-teħid tal-kampjuni u t-testijiet taż-żerriegħa skond il-metodi ta’ l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Testijiet taż-Żerriegħa (AITŻ), jew fejn approprjat, skond ir-regoli ta’ l-Assoċjazzjoni ta’ l-Analisti Uffiċjali taż-Żerriegħa (AAUŻ).

(3) Eżami ta’ dawn ir-regoli u tal-manjiera li fiha jiġu applikati fil-pajjiżi terzi msemmija hawn fuq wera illi l-ispezzjon fuq il-post ta’ l-uċuh tar-raba li jipproduċu ż-żerriegħa jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fid-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE, 2002/54/KE u 2002/57/KE. Id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw iż-żerriegħa maħsuda u kkontrollata f’dawn il-pajjiżi joffru l-istess assigurazzjonijiet rigward il-karatteristiċi taż-żerriegħa u l-arranġamenti għall-eżami tagħha, għalbiex jiżguraw l-identifikazzjoni taż-żerriegħa, sabiex tingħata l-marka u għall-kontroll bħad-dispożizzjonijiet li japplikaw għaż-żerriegħa maħsuda u kkontrollata fil-Komunità, sakemm jiġu sodisfatti iktar kondizzjonijiet għall-uċuh tar-raba li jipproduċu ż-żerriegħa u ż-żerriegħa prodotta, b’mod partikolari rigward il-pakkeġġjar u l-għoti tal-marka.

(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 95.61/KE tad-29 ta’ Novembru 1995 dwar l-ekwivalenza ta’ l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa fil-pajjiżi terzi dwar l-uċuh tar-raba li jipproduċu ż-żerriegħa u dwar l-ekwivalenza taż-żerriegħa prodotta fil-pajjiżi terzi [5] tipprovdi illi għal perjodu limitat taż-żmien l-ispezzjonijiet imwettqa f’ċerti pajjiżi terzi rigward l-uċuh tar-raba li jipproduċu ż-żerriegħa ta’ ċerti speċji huma kkunsidrati bħala ekwivalenti għall-ispezzjonijiet fuq il-post imwewttqa skond il-leġislazzjoni Komunitarja u li ż-żerriegħa ta’ ċerti speċji prodotti f’dawn il-pajjiżi hija kkunsidrata bħala ekwivalenti għaż-żeriegħa prodotta skond il-leġislazzjoni Komunitarja.

(5) Billi d-Deċiżjoni 95/514/KE trid tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2002, għandha tiġi adottata deċiżjoni ġdida u l-iskop tagħha jiġi mwessa’ b’mod partikolari billi jinkludi l-Estonja, il-Latvija u l-Jugoslavja.

(6) Jidher illi huwa mixtieq li l-perjodu taż-żmien li għalih l-ekwivalenza tkun ikkonoxxuta jiġi limitat għal ħames snin.

(7) Huwa approprjat li din id-Deċiżjoni tinkludi regoli speċifiċi li jirrigwardaw il-għoti mill-ġdid tat-tikketti u l-irbit mill-ġdid fir-regoli Komunitarji ta’ inkorporazzjoni simili għal dawk ipprovvduti bid-Deċiżjoni 86/110/KEE [6], li ma tapplikax iktar.

(8) Il-leġislazzjoni eżistenti diġà tipprovdi obbligu rigward iż-żerriegħa, inkluża ż-żerriegħa li għadha mhix iċċertifikata finalment, mibjugħa fis-suq fil-Komunità li jindika jekk iż-żerriegħa ġietx ittrattata kimikamwent jew jekk il-varjetà ġietx immodifikata ġenetikament. Huwa approprjat li jiġu pprovvduti regoli ddettaljati dwar l-indikazzjonijiet eżatti li jridu jingħataw fuq it-tikketta taż-żerriegħa ċċertifikata importata skond din id-Deċiżjoni. Huwa approprjat illi dawn ir-regoli jirriflettu lil dawk ipprovvduti bid-Deċiżjoni 95/514/KE. Ikun approprjat fil-ġejjieni li jiġu aġġornqati l-annessi mad-Deċiżjoni preżenti sabiex jiġi żgurat illi ż-żerriegħa importata tkun bla ħsara għall-ħtiġiet ekwivalenti għal kull regola ġdida li tista’ tiddaħħal, b’mod speċjali għaż-żerriegħa li tkun għadha mhux iċċertifikata finalment.

(9) Ċerti emendi għall-Annessi ma’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri sabiex jiġu eżerċitati l-poteri ta’ implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni [7],

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-ispezzjonijiet fuq il-post li jirrigwardaw l-uċuh tar-raba li jipproduċu ż-żerriegħa ta’ l-ispeċji speċifikati fl-Anness I imwettqa f’ċerti pajjiżi terzi elenkati f’dan l-Anness, bl-esklużjoni taż-żerriegħa ta’ ġenerazjonijiet minn qabel iż-żerriegħa bażika, għandhom jiġu kkunsidrati ekwivalenti għall-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa skond id-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE, 2002/54/KE u 2002/57/KE sakemm:

(a) jitwettqu uffiċjalment mill-awtoritajiet elenkati fl-Anness I, jew taħt is-sorveljanza uffiċjali ta’ dawn l-awtoritajiet;

(b) jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt A ta’ l-Anness II.

Artikolu 2

Iż-żerriegħa ta’ l-ispeċji speċifikati fl-Anness I, prodotti fil-pajjiżi terzi elenkati f’dan l-Anness, u ċċertifikata uffiċjalment mill-awtoritajiet elenkati f’dan l-Anness, bl-esklużjoni taż-żerriegħa ta’ ġenerazjonijiet minn qabel iż-żerriegħa bażika, li jikkonformaw mad-Direttivi 2002/54/KE u 2002/57/KE, jekk jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt B ta’ l-Anness II.

Artikolu 3

1. Meta żerriegħa ekwivalenti tiġi "mogħtija t-tikketta mill-ġdid u marbuta mill-ġdid" fil-Komunità, fit-tifsira ta’ l-Iskemi ta’ l-OECD għaċ-Ċertifikazzjoni tal-Varjetali taż-Żerriegħa, għandhom japplikaw b’analoġija d-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE, 2002/54/KE u 2002/57/KE li jirrigwardaw l-għeluq mill-ġdid tal-pakkeġġi prodotti fil-Komunità.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika mingħajr preġudizzju għal dawn il-ħidmiet.

2. Meta jkunu meħtieġa fil-Komunità l-għoti mill-ġdid tat-tikketti u l-irbit mill-ġdid taż-żerriegħa ekwivalenti, għandom jintużaw it-tikketti KE biss:

(a) jekk iż-żerriegħa prodotta fl-Istati Membri u ż-żerriegħa ta’ l-istess varjetà u kategorija prodotta fil-pajjiżi terzi jiġu mħallta flimkien sabiex tittejjeb il-kapaċità tal-ġerminazzjoni, sakemm:

- it-taħlita tkun omoġenja, u

- it-tikketta ssemmi kull pajjiż tal-produzzjoni; jew

(b) għall-pakkeġġi żgħar KE fit-tifsira tad-Direttivi 66/401/KEE jew 2002/54/KE.

Artikolu 4

L-emendi għall-Annessi għandhom jiġu adottati, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li jirrigwardaw il-kolonna 1 ta’ l-Anness I, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 5.

Artikolu 5

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat Permanenti taż-Żerriegħa u l-Materjal tal-Propagazzjoni għall-Biedja, l-Ortikultura u l-Forestrija.

2. Meta tintgħamel referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli minn 4 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal xahar.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli tiegħu ta’ Proċedura.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2003 sal-31 ta’ Diċembru 2007.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-16 ta’ Diċembru 2002.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Fischer Boel

[1] ĠU C 125, tal-11.7.1966, p. 2298/66. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2001/64/KE (ĠU L 234, ta’ l-1.9.2001, p. 60).

[2] ĠU C 125, tal-11.7.1966, p. 1309/66. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2001/64/KE

[3] ĠU L 193, tal-20.7.2002, p. 12.

[4] ĠU L 193, tal-20.7.2002, p. 74. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2002/68/KE (ĠU L 195, ta’ l-24.7.2002, p. 32).

[5] ĠU L 296, tad-19.12.1996, p. 34. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2002/276/KE (ĠU L 96, tat-13.4.2002, p. 28).

[6] ĠU L 93, tat-8.4.1986, p. 23.

[7] ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Il-pajjiżi, l-awtoritajiet u l-ispeċji

Il-Pajjiż | L-Awtorità | L-Ispeċji riferiti fid-Direttivi li ġejjin |

1 | 2 | 3 |

L-Argentina: | Is-Secretaría de Agricultura, Alimentación, Buenos Aires Ganadería, Pesca y | 66/401/KEE, 66/402/KEE, 2002/57/KE |

L-Awstralja | L-AFFA Grains Section, Canberra | 66/401/KEE, 66/402/KEE, 2002/57/KE |

Il-Bulgarija | L-Aġenzija Eżekuttiva għat-testijiet tal-varjetajiet, l-ispezzjon fuq il-post u l-kontroll taż-żerriegħa, Sofia | 2002/54/KE 66/401/KEE, 66/402/KEE, 2002/57/KE |

Il-Kanada | Il-Canadian Food Inspection Agency, Ottawa | 66/401/KEE, 66/402/KEE, 2002/57/KE |

Iċ-Ċile | Is-Servicio Agricola y Ganadero, Santiago | 2002/54/KE, 66/401/KEE, 66/402/KEE, 2002/57/KE |

Ir-Repubblika Ċeka | L-Istitut Ċentrali tas-Sorveljanza u t-Testijiet fil-Biedja, Praga | 2002/54/KE, 66/401/KEE, 66/402/KEE, 2002/57/KE |

L-Estonja | L-Ispettorat Estonjan ta' Harjuma tal-Produzzjoni tal-Pjanti, Saku | 66/401/KEE, 66/402/KEE, għajr iż-Zea mays is-Sorgu spp. 2002/57/KE |

Il-Kroazja | L-Istitut Statali taż-Żerriegħa u n-Nebbieta, Osijek | 2002/54/KE, 66/401/KEE, 66/402/KEE, 2002/57/KE |

L-Ungerija | L-Istitut Nazzjonali għall-Kontroll tal-Kwalità, | 2002/54/KE, 66/401/KEE, 66/402/KEE, 2002/57/KE |

L-Iżrael | Il-Ministeru tal-Biedja, Bet-Dagan. | 66/401/KEE, 66/402/KEE, 2002/57/KE |

Il-Latvija | Il-Ministeru ta' l-Agrikoltura, Riga. | 66/401/KEE, 66/402/KEE |

Il-Marokk | Is-Service de Controle des Semences et des Plants, Rabat | 66/401/KEE, 66/402/KEE, 2002/57/KE |

In-New Zealand | Il-Ministeru ta' l-Agrikoltura u s-Sajd, Wellington | 2002/54/KE, 66/401/KEE, 66/402/KEE, 2002/57/KE |

Il-Polonja | L-Ispettorat Ġenerali tas-Servizz ta' l-Ispezzjon taż-Żerriegħa Ispezzjontaż-Żerriegħa Varsavja, | 2002/54/KE, 66/401/KEE, 66/402/KEE, għajr għaż-Zea mays 2002/57/KE |

Ir-Rumanija | Il-Ministeru ta' l-Agrikultura, L-Ikel u s-Sajd, Bucharest | 2002/54/KE, 66/401/KEE, 66/402/KEE, 2002/57/KE |

Is-Slovenja | Il-Ministeru ta' l-Agrikoltura, il-Forestrija u l-Ikel, Lubljana | 66/401/KEE, 66/402/KEE, 2002/57/KE |

Is-Slovakja) | L-Istitut Ċentrali tal-Kontroll u t-Testijiet fil-Biedja, Bratislava | 2002/54/KE, 66/401/KEE, 66/402/KEE, 2002/57/KE |

It-Turkija | Il-Ministeru ta' l-Agrikoltura u l-Affarijiet Rurali, Ankara | 2002/54/KE, 66/401/KEE, 66/402/KEE, 2002/57/KE |

L-Istati Uniti ta' l-Amerka | L-USDA, Beltsville, Maryland | 2002/54/KE, 66/401/KEE, 66/402/KEE, 2002/57/KE |

L-Urugwaj | Il-Ministeriode Ganadería, Agricultura y Pesca, Montevideo | 66/402/KEE, 66/402/KEE, 2002/57/KE |

Il-Jugoslavja | Il-Ministeru Federali tal-Kummerċ Ekonomiku u Intern, Belgrad | 2002/54/KE, 66/401/KEE, 66/402/KEE, 2002/57/KE |

L-Afrika ta' Isfel | In-National Department of Agriculture, Pretoria | 66/401/KEE 66/402/KEE, għajr għas-Sorgu spp. 2002/57/KE |

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

A. Il-Kondizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa fil-pajjiżi terzi fuq l-uċuh tar-raba li jipproduċu ż-żerriegħa

1. L-ispezzjonijiet fuq il-post għandhom jitwettqu skond ir-regoli nazzjonali sabiex jiġu applikati l-Iskemi ta’ l-OECD għaċ-Ċertifikazzjoni tal-Varjetali taż-Żerriegħa li jimxu fil-Kummerċ Internazzjonali kif ġej:

- iż-żerriegħa tal-pitravi għaz-zokkor u tal-pitravi għall-għalf aħdar, fil-każ tal-Beta vulgaris riferita fid-Direttiva 2002/54/KE,

- iż-żerriegħa tal-ħaxix u tal-legumi, fil-każ ta’ l-ispeċji riferitri fid-Direttiva 66/401/KEE,

- iż-żerrtiegħa tal-kruċiferi u żerriegħa oħra ta’ l-ispeċji taż-żejt u l-fibri, fil-każ ta’ l-ispeċji riferiti fid-Direttivi 66/401/KEE u 2002/57/KE,

- iż-żerriegħa taċ-ċereali, fil-każ ta’ l-ispeċji riferiti fid-Direttiva 66/402/KEE, għajr għaż-Zea mays u s-Sorgu spp.,

- iż-żerriegħa tal-qamħ ir-rum u s-sorgu, fil-każ taż-Zea mays u s-Sorgu spp. riferiti fid-Direttiva 66/402/KEE.

2. Iż-żerriegħa mhux iċċertifikata finalment għandha tiġi ppakkjata f’pakkeġġi magħluqa uffiċjalment li jġorru tikketta speċjali pprovvduta għal dan il-għan mill-OECD.

3. Iż-żerriegħa mhux iċċertifikata finalment għandha tkun akkumpanjata, mingħajr preġudizzju għaċ-ċertifikat ipprovvdut mill-iskemi ta’ l-OECD, b’ċertifikat uffiċjali li jagħti t-tagħrif li ġej:

- in-numru tar-referenza taż-żerriegħa wżata għaż-żrigħ tal-għalqa, u l-isem ta’ l-Istat Membru jew tal-pajjiż terz li jkunu ċċertifikaw din iż-żerriegħa,

- iż-żona kkultivata,

- il-kwantità taż-żerriegħa,

- l-attestat illi kienu ġew imwettqa l-kondizzjnjiet li riedu jiġu sodisfatti mill-uċuh tar-raba’ li minnhom ġiet iż-żerriegħa.

B. Il-kondizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu maż-żerriegħa prodotta fil-pajjiżi terzi

1. Iż-żerriegħa għandha tkun iċċertifikata finalment u l-pakkeġġi tagħha magħluqa uffiċjalment skond ir-regoli nazzjonali sabiex jiġu applikati l-Iskemi ta’ l-OECD għaċ-Ċertifikazzjoni tal-Varjetali taż-Żerriegħa li jimxu fil-Kummerċ Internazzjonali kif ġej; il-lottijiet taż-żerriegħa għandhom ikunu akkumpanjati miċ-ċertifikati meħtieġa taħt dawn l-iskewmi ta’ l-OECD:

- iż-żerriegħa tal-pitravi għaz-zokkor u tal-pitravi għall-għalf aħdar, fil-każ tal-Beta vulgaris riferita fid-Direttiva 2002/54/KE,

- iż-żerriegħa tal-ħaxix u tal-legumi, fil-każ ta’ l-ispeċji riferiti fid-Direttiva 66/401/KEE,

- iż-żerriegħa tal-kruċiferi u żerriegħa oħra ta’ l-ispeċji taż-żejt u l-fibri, fil-każ ta’ l-ispeċji riferiti fid-Direttivi 66/401/KEE u 2002/57/KE,

- iż-żerriegħa taċ-ċereali, fil-każ ta’ l-ispeċji riferiti fid-Direttiva 66/402/KEE, għajr għaż-Zea mays u s-Sorgu spp.,

- iż-żerriegħa tal-qamħ ir-rum u s-sorgu, fil-każ taż-Zea mays u s-Sorgu spp. riferiti fid-Direttiva 66/402/KEE.

Barra minn dan, iż-żerriegħa għandha trissodisfa l-kondizzjonijiet tar-regoli Komunitarji għajr dawk li għandhom x’jaqsmu ma’ l-identità tal-varjetal u s-safa tal-varjetal.

2. Iż-żerriegħa għandha tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin.

2.1. Il-kondizzjonijiet li ż-żerriegħa għandha tissodisfa skond it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 huma stabbiliti fid-Direttivi li ġejjin:

- l-Anness II mad-Direttiva 66/401/KEE,

- l-Anness II mad-Direttiva 66/402/KEE,

- l-Anness I (B) mad-Direttiva tal-Kunsill 2002/54/KE,

- l-Anness II mad-Direttiva 2002/57/KE.

2.2. Għall-għan ta’ l-eżami għalbiex jiġi ċċekkjat jekk ġewx sodisfatti l-kondizzjonijiet imsemmija hawn fuq, għandhom jittieħdu kampjuni b’mod uffiċjali skond ir-regoli ta’ l-AITŻ, u l-piż tagħhom għandu jikkonforma mal-piż stabbilit skond dawn il-metodi, filwaqt li jitqiesu dawk speċifikati fid-Direttivi li ġejjin:

- il-kolonni 3 u 4 ta’ l-Anness III mad-Direttiva 66/401/KEE,

- il-kolonni 3 u 4 fl-Anness III mad-Direttiva 66/402/KEE,

- it-tieni vers fl-Anness II mad-Direttiva 2002/54/KE,

- il-kolonni 3 u 4 fl-Anness III mad-Direttiva 2002/57/KEE.

2.3. L-eżami għandu jitwettaq bħmod uffiċjali fuq ir-regoli stabbiliti skond ir-regoli ta’ l-AITŻ.

2.4. Bħala deroga mill-punti 2.2 u 2.3, it-teħid tal-kampjuni taż-żerriegħa u t-testijiet taż-żerriegħa jistgħu jitwettqu skond "L-esperiment derogatorju dwar it-teħid tal-kampjuni taż-żerriegħa u l-analiżi taż-żerriegħa" iddikjarat fl-Anness V(A) mad-Deċiżjoni adottata mill-Kunsill ta’ l-OECD fit-28 ta’ Settembru 2000 dwar l-Iskemi ta’ l-OECD għaċ-Ċertifikazzjoni tal-Varjetali taż-Żerriegħa li jimxu fil-Kummerċ Internazzjonali.

3. Iż-żerriegħa għandha tissodisfa l-kondizzjonijiet addizzjonali li ġejjin rigward il-għoti tal-marka lill-pakkeġġi.

3.1. Għandu jingħata t-tagħrif uffiċjali li ġej:

- dikjarazzjoni illi ż-żerriegħa tissodisfa l-kondizzjonijiet tar-regoli Komunitarji għajr dawk li għandhom x’jaqsmu ma’ l-identità tal-varjetal u s-safa tal-varjetal: "ir-regoli u l-istandards tal-KE",

- dikjarazzjoni illi ttieħdu kampjuni taż-żerriegħa u ġiet ittestjata skond il-metodi korrenti internazzjonali: "Ikkampjonata u analizzata skond ir-regoli ta’ l-AITŻ għaċ-ċertifikati minn lewn il-larinġa jew ħodor minn…, (l-isem u l-inizjali ta’ l-istazzjon tat-testijiet taż-żerriegħa)",

- id-data uffiċjali tal-għeluq,

- meta l-lottijiet kienu "mogħtija t-tikketta mill-ġdid u marbuta mill-ġdid" fit-tifsira ta’ l-iskemi ta’ l-OECD, kif ukoll dikjarazzjoni illi din il-ħidma saret, id-data l-iktar riċenti tal-għeluq mill-ġdid u l-Awtoritajiet responsabbli minn dawn.

- il-pajjiż tal-produzzjoni,

- il-piż nett jew gross iddikjarat, jew in-numru ddkjarat taż-żerriegħa pura jew, fil-każ taż-żerriegħa tal-pitravi, l-għenieqed, u

- meta jiġi indikat il-piż u jintużaw il-pestiċidi gerbub, is-sustanzi li jagħmlu l-gerbub jew additivi oħra solidi, in-natura ta’ l-additiv kif ukoll il-proporzjon bejn wieħed u ieħor bejn il-piż taż-żerriegħa pura u l-piż totali.

Dan it-tagħrif jista’ jingħata jew fuq it-tikketta ta’ l-OECD jew fuq tikketta uffiċjali miżjuda li għandha tagħti l-isem tas-servizz u tal-pajjiż. Kull tikketta tal-fornitur għandha titfassal f’manjiera hekk illi ma tistax tiġi mħawda tat-tikketta uffiċjali miżjuda.

3.2. Fil-każ taż-żerriegħa ta’ varjetà li tkun ġiet immodifikata ġenetikament, kull tikketta jew dokument, uffiċjali jew xorta oħra, li jitwaħħlu mal-lott taż-żerriegħa jew jakkumpanjawha, għandhom jindikaw biċ-ċar illi l-varjietà ġiet immodifikata ġenetikament u għandhom jipprovdu kull tagħrif ieħor li jista’ jiġi stabbilit fil-proċedura ta’ l-awtorizzazzjoni meħtieġa skond il-liġijiet Komunitarji.

3.3. Avviż uffiċjali mqiegħed ġewwa l-pakkeġġ għandu jagħti mill-inqas in-numru tar-referenza tal-lott, l-ispeċje u l-varjetà; b’żieda ma’ dan, fil-każ taż-żerriegħa tal-pitravi, għandu jiġi ddikjarat, meta approprjat, jekk iż-żerriegħa hix ta’ ġermolju wieħed jew żerriegħa tal-preċiżjoni.

Dan l-avviż mhux meħtieġ jekk it-tagħrif minimu jkun stampat mingħajr ma jista’ jitħassar fuq il-pakkeġġ jew jekk jintużaw tikketta adeżiva jew tikketta ta’ materjal li ma jitqattax.

3.4. Kull trattament kimiku taż-żerriegħa u tas-sustanza attiva għandhom jiġu nnotati jew fuq it-tikketta uffiċjali jew fuq tikketta speċjali kif ukoll fuq il-kontenitur jew ġo fih.

3.5. It-tagħrif kollu meħtieġ għat-tikketti uffiċjali, għall-avviżi uffiċjali u għall-pakkeġġi għandu jingħata f’mill-inqas wieħed mill-ilsna uffiċjali tal-Komunità.

4. Il-lottijiet taż-żerriegħa għandhom ikunu akkumpanjati b’ċertifikat minn lewn il-larinġa jew aħdar ta’ l-AITŻ li jagħti t-tagħrif li għandu x’jaqsam mal-kondizzjonijiet fil-paragrafu 2.

5. Fil-każ taż-żerriegħa bażika tal-verjetajiet li huma miżmuma esklussivament fil-Komunità, iż-żerriegħa tal-ġenerazzjonjiet ta’ qabel għandha tkun ġiet prodotta fil-Komunità.

Fil-każ taż-żerriegħa bażika tal-varjetajiet l-oħra, iż-żerriegħa tal-ġenerazzjonijiet ta’ qabel għandha tkun ġiet prodotti taħt ir-responsabbiltà tal-persuni responsabbli mit-tagħmir taż-żamma, riferit fil-katalgu komuni tal-varjetajiet ta’ l-ispeċji tal-pjanti jew ġewwa l-Komunità jew fil-pajjiż terz fejn tkun ġiet konċessa, skond id-Direttiva 97/788KE [1], l-ekwivalenza tal-kontrolli fuq il-prattiċi taż-żamma tal-varjetajiet imwettqa fil-pajjiżi terzi.

6. Għaż-żerriegħa ċċertifikata tal-ġenerazzjonijiet kollha, iż-żerriegħa ta’ ġenerazzjonijiet ta’ qabel għandha tkun ġiet prodotta u kkontrollata u ċċertifikata uffiċjalment:

- jew ġewwa l-Komunità, jew

- f’pajjiż terz li jkun ġie konċess l-ekwivalenza skond din id-Deċiżjoni sabiex jipproduċi ż-żerriegħa bażika ta’ l-ispeċje interessata, sakemm din tkun ġiet prodotta minn żerriegħa prodotta skond il-paragrafu 5.

7. Fil-każ tal-Kanada u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, bħala deroga minn:

- il-punti 2 u 3,

- it-tieni inċiż tal-punt 3.1 (1), u

- il-punt 4,

it-teħid tal-kampjuni, it-testijiet u l-ħruġ taċ-ċertifikati ta’ l-analiżi taż-żerriegħa jistgħu jitwettqu minn laboratorji kkonoxxuti uffiċjalment li jittestjaw iż-żerriegħa skond ir-regoli ta’ l-AAUŻ. F’dan il-każ:

- għandha tingħata d-dikjarazzjoni li ġejja skond il-paragrafu 3.1: "Ikkampjunata u analizzata skond ir-regoli ta’ l-AAUŻ minn …" (l-isem u l-inizjali tal-laboratorju tat-testijiet taż-żerriegħa kkonoxxut uffiċjalment), u

- iċ-ċertrifikati meħtieġa skond il-paragrafu 4 għandhom jinħarġu minn laboratorju tat-testijiet taż-żerriegħa kkonoxxut uffiċjalment taħt ir-responsabbiltà ta’ l-Awtoritajiet elenkati fl-Anness I.

[1] ĠU L 322, tal-25.11.1997, p. 39. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2002/580/KE (ĠU L 184, tat-13.7.2002, p. 26).

--------------------------------------------------

Top