Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999R2799

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2799/1999 tas-17 ta’ Diċembru 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament (KE) Nru 1255/1999 rigward il-konċessjoni ta’ għajnuna għall-ħalib xkumat u t-trab tal-ħalib xkumat intiż għall-għalf ta’ l-annimali u l-bejgħ ta’ dan it-trab tal-ħalib xkumat

    ĠU L 340, 31/12/1999, p. 3–27 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/11/2014: This act has been changed. Current consolidated version: 01/01/2007

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1999/2799/oj

    31999R2799

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2799/1999 tas-17 ta’ Diċembru 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament (KE) Nru 1255/1999 rigward il-konċessjoni ta’ għajnuna għall-ħalib xkumat u t-trab tal-ħalib xkumat intiż għall-għalf ta’ l-annimali u l-bejgħ ta’ dan it-trab tal-ħalib xkumat

    Official Journal L 340 , 31/12/1999 P. 0003 - 0027
    CS.ES Chapter 3 Volume 28 P. 110 - 134
    ET.ES Chapter 3 Volume 28 P. 110 - 134
    HU.ES Chapter 3 Volume 28 P. 110 - 134
    LT.ES Chapter 3 Volume 28 P. 110 - 134
    LV.ES Chapter 3 Volume 28 P. 110 - 134
    MT.ES Chapter 3 Volume 28 P. 110 - 134
    PL.ES Chapter 3 Volume 28 P. 110 - 134
    SK.ES Chapter 3 Volume 28 P. 110 - 134
    SL.ES Chapter 3 Volume 28 P. 110 - 134


    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2799/1999

    tas-17 ta’ Diċembru 1999

    li jistabbilixxi regoli dettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament (KE) Nru 1255/1999 rigward il-konċessjoni ta’ għajnuna għall-ħalib xkumat u t-trab tal-ħalib xkumat intiż għall-għalf ta’ l-annimali u l-bejgħ ta’ dan it-trab tal-ħalib xkumat

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib [1], u partikolarment l-Artikoli 10 u 15 tiegħu,

    Billi:

    (1) Ir-Regolament (KE) Nru 1255/1999 jieħu post ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 [2], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1587/96 [3], u, fost oħrajn, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 986/68 tal-15 ta’ Lulju 1968 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-għoti ta’ għajnuna għall-ħalib xkumat u għat-trab tal-ħalib xkumat sabiex jintuża bħala għalf [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1802/95 [5]. Sabiex jitqiesu l-arranġamenti l-ġodda u l-esperjenza ta’ l-imgħoddi, għandu jiġi emendat u, fejn meħtieġ, issimplifikat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1725/79 tas-26 ta’ Lulju 1979 dwar ir-regoli għall-għoti ta’ għajnuna għall-ħalib xkumat ipproċessat f’tipi ta’ għalf kompost u għat-trab tal-ħalib xkumat intiż bħala għalf għall-għoġġiela [6], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 83/96 [7]. Fl-istess waqt li jiġi emendat dan ir-Regolament, fl-interess taċ-ċarezza, għandu wkoll jiġi mfassal mill-ġdid sabiex jinkorpora r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3398/91 tal-20 ta’ Novembru 1991 dwar il-bejgħ fuq stedina għall-offerti tat-trab tal-ħalib xkumat għall-manifattura ta’ tipi ta’ għalf kompost u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 569/88 [8], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 124/1999 [9], u l-(KEE) Nru 1634/85 tas-17 ta’ Ġunju 1985 li jiffissa l-ammont ta’ l-għajnuna għall-ħalib xkumat u għat-trab tal-ħalib xkumat intiżi sabiex jintużaw bħala għalf [10], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1802/95;

    (2) il-mira aħħarija tal-miżura ta’ l-għajnuna li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 hija li tgħin li jinkisbu l-aħjar riżultati mill-proteini tal-ħalib. Huwa għalhekk xieraq li l-ħlas ta’ l-għajnuna jiġi marbut mal-kontenut tal-proteina tal-ħalib fil-ħalib xkumat jew fit-trab tal-ħalib xkumat li jkunu użati;

    (3) huwa meħtieġ li jkun assigurat li l-ħalib xkumat u t-trab tal-ħalib xkumat li għalihom tingħata għajnuna jiġu fil-fatt użati bħala għalf. Għal dan il-għan, l-għajnuna għandha tingħata biss għall-ħalib xkumat u għat-trab tal-ħalib xkumat ipproċessati f’għalf kompost jew denaturizzati b’mod konformi ma’ ċerti ħtiġiet. Huwa wkoll meħtieġ li l-għajnuna li tkun qiegħda titħallas ma tingħatax aktar minn darba għall-istess prodott;

    (4) ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1043/97 [11] jidderoga minn xi wħud mid-disposizzjonijiet tal-monitoraġġ fir-Regolament (KEE) Nru 1725/79. Il-verifiki li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament għandhom iqisu din id-deroga u r-Regolament (KE) Nru 1043/97 għandu jiġi mħassar;

    (5) l-għajnuna għandha tingħata biss jekk it-tipi ta’ l-għalf kompost jilħqu ċerti livelli minimi stabbiliti rigward il-kompożizzjoni kif is-soltu osservati fl-industrija u jekk ikunu laħqu l-istadju finali tal-manifattura industrijali. Għall-għanijiet ta’ l-ispezzjoni, il-prodotti għandhom jiġu ppakkjati f’manjiera li tgħinhom biex ikunu identifikati. L-Istati Memnbri għandhom jingħataw il-permess li jispeċifikaw kif għandhom ikunu sodisfatti l-ħtiġiet imsemmija hawn fuq;

    (6) mhux meħtieġ ippakkjar speċjali għat-tipi ta’ għalf kompost li jkollu x-t-dqiq ta’ Lucerne (’alfalfa’) miżjud miegħu. Barra minn hekk, din il-ħtieġa ma tkunx xierqa fil-każi tat-trasport bit-tankijiet jew bil-kontenituri kif prattikati minn ċerti utenti. Dan il-metodu ta’ trasport għandu għalhekk ikun bla ħsara għall-arranġamenti ta’ spezzjoniijiet speċjali u l-għajnuna għandha titħallas biss wara l-ispezzjoni;

    (7) l-użu aħħari tal-ħalib xkumat u t-trab tal-ħalib xkumat bi prezzijiet baxxi ħafna jista’ jiġi mmonitorjat biss jekk l-impriżi li jgawdu mill-għajnuna joffru garanziji xierqa. L-impriżi ta’ l-ipproċessar għandhom ikunu approvati mill-aġenzija kompetenti ta’ l-Istat Membru interessat u għandhom jkollhom sistema ta’ kontabilità addattata għall-ħtiġiet ta’ l-arranġamenti ta’ l-għajnuna;

    (8) fir-rigward tal-metodi ta’ referenza li japplikaw għall-analiżi li hemm provvediment dwarhom f’din l-iskema ta’ għajnuna, għandu jsir riferiment għal-lista ppubblikata kull sena skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2721/95 ta’ l-24 ta’ Novembru 1995 li jistabbilixxi regoli sabiex jiġu applikati metodi ta’ referenza u ta’ rutina għall-analiżi u l-evalwazzjoni tal-kwalità tal-ħalib u tal-prodotti mill-ħalib skond l-organizzazzjoni komuni tas-suq [12]. B’dankollu, ġaladarba ma ġew preskritti l-ebda metodi ta’ referenza biex jistabbilixxu l-kwantità ta’ trab tal-ħalib xkumat fit-tipi ta’ l-għalf kompost, il-preżenza tat-trab tax-xorrox tat-tames fit-trab tal-ħalib xkumat jew il-kwalità tal-lamtu fit-trab tal-ħalib xkumat, il-metodi xierqa għandhom ikunu stabbiliti f’dan ir-Regolament;

    (9) għandha tiġi organizzata stedina permanenti għall-offerti għall-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat mill-ħażniet pubbliċi, sabiex ikun assigurat li l-aċċess ikun egwali għax-xerrejja potenzjali kollha, sabiex jintlaħaq prezz li jirrifletti l-kondizzjonijiet tas-suq u sabiex jiġi vverifikat l-użu aħħari attwali tat-trab tal-ħalib xkumat intiż għall-użu fil-manifattura ta’ tipi ta’ għalf kompost. Il-prezzijiet offruti jistgħu jvarjaw konsiderevolment skond, partikolarment, l-għomor tat-trab offrut għall-bejgħ u l-post fejn ikun jinsab. Għandu għalhekk ikun possibbli li jiġu ffissati prezzijiet minimi differenzjati;

    (10) dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi limitu taż-żmien għad-dħul fil-ħażna għall-iskop tal-bejgħ. Għandu għalhekk jiġi mħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3536/91 tat-2 ta’ Diċembru 1991 li jistabilixxi l-iktar żmien tard għad-dħul tat-trab tal-ħalib xkumat fil-ħażna li jkun mibjugħ permezz tar-Regolament (KEE) Nru 3398/91 [13], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2508/1999 [14];

    (11) l-arranġamenti stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1105/68 tas-27 ta’ Lulju 1968 dwar regoli dettaljati għall-konċessjoni ta’ l-għajnuna għall-ħalib xkumat sabiex jintuża bħala għalf [15], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1802/95, instabu diffiċli li jiġu implimentati u l-verifiki fuq il-benefiċjarji huma problematiċi. Barra min hekk, il-kwantitajiet ta’ ħalib xkumat li jibbenefikaw minn din il-miżura naqsu bil-qawwi dawn l-aħħar snin, hekk li l-iskema issa għandha impatt marġinali fuq il-bilanċ fis-suq tal-prodotti mill-ħalib. B’żieda ma’ dan, is-suq fil-ħalib xkumat irid jissokta jiġi appoġġjat bl-għajnuna konċessa meta l-ħalib xkumat jiġi inkorporat f’tipi ta’ għalf kompost. Għandha għalhekk tiġi abolita l-miżura ta’ l-għajnuna fir-Regolament (KEE) Nru 1105/68 u r-Regolament imsemmi għandu jiġi mħassar;

    (12) il-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Ħalib u tal-Prodotti mill-Ħalib ma tax l-opinjoni tiegħu fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-president tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    KAPITOLU I

    DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

    Artikolu 1

    Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 rigward:

    (a) il-konċessjoni ta’ l-għajnuna għall-ħalib xkumat, it-trab tal-ħalib xkumat, ix-xorrox u t-trab tax-xorrox intiżi sabiex jintużaw bħala għalf għall-annimali permezz ta’ l-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament;

    (b) il-bejgħ tat-trab tal-ħalib xkumat intiż sabiex jintuża bħala għalf għall-annimali permezz ta’ l-Artikolu 7(4) ta’ dak ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament:

    (a) "Ħalib" ifisser il-prodott mill-ħalib ta’ baqra waħda jew aktar, li miegħu ma jkun ġie miżjud xejn u li l-aktar ikun ġie biss parzjalment xkumat;

    (b) "Ħalib xkumat" ifisser ħalib b’kontenut ta’ xaħam ta’ mhux aktar minn 1 % u kontenut ta’ proteina ta’ mhux anqas minn 31,4 % ta’ l-estratt xott mhux xaħmi;

    (ċ) "Trab tal-ħalib xkumat" ifisser il-prodott miksub bit-tneħħija ta’ l-ilma mill-ħalib, b’kontenut massimu ta’ xaħam ta’ 11 %, kontenut massimu niedi ta’ 5 % u kontenut ta’ proteina ta’ mhux anqas minn 31,4 % ta’ l-estratt niexef mhux xaħmi;

    (d) "Xorrox" ifisser il-prodott li jifdal fil-manifattura tal-butir miksub wara t-tħabbid tal-krema u s-separazzjoni tax-xaħam solidu, b’kontenut massimu ta’ xaħam ta’ 1 % u b’kontenut ta’ proteina ta’ mhux anqas minn 31,4 % ta’ l-estratt xott mhux xaħmi;

    (e) "Trab tax-xorrox" ifisser il-prodott miksub bit-tneħħija ta’ l-ilma mix-xorrox, b’kontenut massimu ta’ xaħam ta’ 11 %, b’kontenut massimu niedi ta’ 5 % u kontenut ta’ proteina ta’ mhux anqas minn 31,4 % ta’ l-estratt xott mhux xaħmi.

    Artikolu 3

    Għall-iskopijiet biex ikun applikat dan ir-Regolament, ix-xorrox u t-trab tax-xorrox għandhom jiġu ttrattati bħala ħalib xkumat u trab tal-ħalib xkumat, rispettivament.

    Artikolu 4

    "Taħlitiet intiża għall-manifattura ta’ tipi ta’ għalf kompost" (minn issa ’l quddiem imsejħa "taħlitiet") ifissru prodotti li jkollhom l-ingredjenti li ġejjin:

    (a) it-trab tal-ħalib xkumat;

    (b) xaħam;

    (ċ) vitamini;

    (d) minerali;

    (e) sukrosi;

    (f) aġenti ta’ kontra t-tagħqid u/jew aġenti għat-tnixxija libera (massimu ta’ 0,3 %);

    (g) aġenti oħra tekniċi liposolubbli, li jinkludu aġenti kontra l-ossidanti u emulsifikanti.

    Artikolu 5

    1. "Tipi ta’ għalf kompost" ifisser prodotti:

    (a) li jkun fihom, għal kull 100 kilogramma ta’ prodott lest,

    (i) mhux anqas minn 50 kilogramma u mhux aktar minn 80 kilogramma ta’ trab tal-ħalib xkumat,

    u

    (ii) mhux anqas minn 5 kilogrammi ta’ xaħam mhux tal-butir u mill-anqas 2 kilogrammi ta’ lamtu jew lamtu minfuħ,

    jew

    (iii) mhux anqas minn 2,5 kilogrammami ta’ xaħmijiet mhux tal-butir u mill-anqas 2 kilogrammi ta’ lamtu jew lamtu minfuħ fil-każi meta 5 kilogrammi ta’ dqiq ta’ Lucerne jew ħaxix mitħun li jkun fihom mill-anqas 50 % (m/m) ta’ partikoli li ma jeċċedux it-300 mikron ikunu inkorporati f’kull 100 kilogramma ta’ trab tal-ħalib xkumat. Il-partikoli li ma jeċċedux it-300 mikron iridu jkunu mferrxa sewwa fit-taħlita;

    (b) li jistgħu jiġu użati direttament bħala għalf u li ma jkunux ġew ipproċessati jew imħallta qabel ma jaslu għand l-utent aħħari.

    2. Meta jiġi stabbilit li l-prodott immanifatturat ikun fih kwantità ta’ trab tal-ħalib xkumat li teċċedi il-kwantità massima ta’ 80 kilogramma li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 1 (a)(i) imma li ma li ma teċċedix il-81 kilogramma, l-għajnuna tista’ b’dankollu tkun mogħtija fuq il-bażi tal-kontenut ta’ 80 kilogramma ta’ trab tal-ħalib xkumat.

    Meta l-prodott immanifatturat ma jkunx fih il-kwantità minima ta’ 50 kilogramma ta’ trab tal-ħalib xkumat li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 1 (a)(i), għandha tkun mogħtija għajnuna li minnha jitnaqqas 15 % għat-trab tal-ħalib xkumat attwalment inkorporat basta iżda li l-kontenut tat-trab tal-ħalib xkumat ikun mill-anqas egwali għal 45 kilgramma għal kull 100 kilogramma tal-prodott lest.

    Artikolu 6

    1. "Trab tal-ħalib xkumat dinaturizzat" ifisser il-prodotti mmanifatturati b’mod konformi ma’ waħda mill-formoli li ġejjin:

    (a) il-Formola A: 100 kilogramma ta’ trab tal-ħalib xkumat, flimkien ma’:

    (i) mill-anqas 9 kilogrammi ta’ dqiq ta’ Lucerne jew ħaxix mitħun li jkun fihom mill-anqas 50 % (m/m) ta’ partikoli li ma jeċċedux it-300 mikron,

    u

    (ii) mill-anqas 2 kilogrammi ta’ lamtu jew lamtu minfuħ (pre-ġelatinizzat);

    (b) il-Formola B: 100 kilogramma ta’ trab tal-ħalib xkumat, flimkien ma’:

    (i) mill-anqas 5 kilogrammi ta’ dqiq ta’ Lucerne jew ħaxix mitħun li jkun fihom mill-anqas 50 % (m/m) ta’ partikoli li ma jeċċedux it-300 mikron,

    u

    (ii) mill-anqas 12-il kilogramma ta’ smida magħmula mill-ħut, bir-riħa mhux imneħħija jew b’riħa qawwija, li jkun fihom mill-anqas 30 % (m/m) ta’ partikoli li ma jeċċedux it-300 mikron,

    u

    (iii) mill-anqas 2 kilogrammi ta’ lamtu jew lamtu minfuħ (pre-ġelatinizzat).

    Id-daqsijiet tal-partikoli li, skond il-livell stabbilit BS 410-1976, huma l-eqreb għad-daqsijiet massimi stabbiliti għall-partikoli tal-prodott ikkonċernat, mingħajr ma jkunu iżgħar minnhom, għandhom jitqiesu bħala ekwivalenti għalihom.

    2. Is-sustanzi miżjuda mat-trab tal-ħalib xkumat iridu jkunu mferrxa totalment fit-taħlita.

    It-trab tal-ħalib xkumat ma jistax jiġi mgħoddi mill-ebda proċess, kemm qabel u kemm wara li jkun dinaturizzat, hekk li jdgħajjef jew jinnewtralizza l-effett tad-dinaturizzazzjoni, partikolarment billi jintużaw aġenti li jneħħu r-riħa, li jbiddlu t-togħma u r-riħa billi jeliminaw il-komponenti responsabbli għall-perċezzjoni gustatorja jew olifattorja, jew billi jżidu ingredjenti li jagħtu t-togħma u x-xamma li jaħbu lil dawk ta’ l-ikel mill-ħut.

    KAPITOLU II

    L-GĦAJNUNA GĦAT-TRAB TAL-ĦALIB XKUMAT

    Sezzjoni 1

    L-ammont ta’ l-għajnuna u l-kondizzjonijiet ta’ l-implimentazzjoni

    Artikolu 7

    1. L-għajnuna hija hawnhekk iffissata għal:

    (a) 5,80 EUR għal kull 100 kilogramma ta’ ħalib xkumat b’kontenut ta’ proteina ta’ mhux anqas minn 35,6 % ta’ l-estratt xott mhux xaħmi;

    (b) 5,12 EUR għal kull 100 kilogramma ta’ ħalib xkumat b’kontenut ta’ proteina ta’ mhux anqas minn 31,4 % imma anqas minn 35,6 % ta’ l-estratt xott mhux xaħmi;

    (ċ) 71,51 EUR għal kull 100 kilogramma ta’ trab tal-ħalib xkumat b’kontenut ta’ proteina ta’ mhux anqas minn 35,6 % ta’ l-estratt xott mhux xaħmi;

    (d) 63,07 EUR għal kull 100 kilogramma ta’ trab tal-ħalib xkumat b’kontenut ta’ proteina ta’ mhux anqas minn 31,4 % imma anqas minn 35,6 % ta’ l-estratt xott mhux xaħmi.

    2. Fil-każ ta’ trab tal-ħalib xkumat b’kontenut niedi li jeċċedi l-5 %, l-għajnuna għandha titnaqqas b’1 % għal kull żieda ta’ 0,2 % ta’ umidità.

    Artikolu 8

    Sabiex jikkwalifika għall-għajnuna, it-trab tal-ħalib xkumat irid jilħaq mill-anqas il-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a) irid jintuża f’impriża approvata b’mod konformi mal-Artikolu 9:

    (i) jew mhux mibdul jew inkorporat f’taħlita,

    jew

    (ii) mhux mibdul sabiex jiġi mmanifatturat bħala trab tal-ħalib xkumat dinaturizzat;

    (b) li ma jkunx gawda minn għajnuna jew nuqqas fil-prezz permezz tal-miżuri l-oħra Komunitarji.

    Artikolu 9

    1. L-impriżi li jipproduċu taħlitiet, tipi ta’ għalf kompost jew trab tal-ħalib xkumat dinaturizzat iridu jkunu approvati għal dan il-għan mill-aġenzija kompetenti ta’ l-Istati Membri li fit-territorju tagħhom issir il-produzzjoni.

    2. Għandha tiġi konċessa approvazzjoni lill-impriżi li:

    (a) għandhom it-tagħmir tekniku u l-metodi ta’ l-amministrazzjoni u tal-kontabbiltà xierqa li jagħmluha possibbli li jkunu konformi kemm ma’ dan ir-Regolament u kemm mal-ħtiġiet addizzjonali stabbiliti mill-Istat Membru;

    (b) jissottomettu ruħhom għal spezzjoni mill-aġenzija kompetenti.

    3. Għajr f’każijiet ta’, meta jinstab li l-impriża ma tilħaqx aktar il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 jew tkun naqset milli tkun konformi ma’ obbligu ieħor permezz ta’ dan ir-Regolament, għandha tiġi sospiża l-approvazzjoni għal perjodu taż-żmien minn xahar sa sena, skond il-gravità ta’ l-irregolarità.

    Jekk, mat-tmiem ta’ dan il-perjodu taż-żmien, il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ma jintlaħqux, l-approvazzjoni għandha tkun irtirata. L-approvazzjoni tista’ tingħata mill-ġdid wara mhux anqas minn sitt xhur, fuq it-talba ta’ l-impriża interessata wara spezzjoni fil-fond.

    L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jimponux din is-sospensjoni jekk jiġi stabbilit li l-irregolarità ma tkunx ġiet kommessa deliberalment jew minħabba negliġenza serja u li l-konsegwenzi huma marġinali.

    Artikolu 10

    1. Il-pakketti li jkun fihom taħlitiet iridu juru t-tagħrif li ġej:

    (a) waħda jew aktar mid-dikjarazzjonijiet elenkati fil-lista fl-Anness IIA;

    (b) indikazzjoni dwar il-kontenut tat-trab tal-ħalib xkumat, il-kontenut tal-minerali miżjuda u tas-sukrosi u l-kontenut tax-xaħam, inklużi l-aġenti liposolubbli tekniċi;

    (ċ) indikazzjoni li tidentifika l-impriża b’referenza għan-numru ta’ l-approvazzjoni tagħha.

    2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11 u għad-Direttiva tal-Kunsill 9/373/KEE ( [16]), it-tipi ta’ għalf kompost għandhom jiġu mimlija fi xkejjer jew f’kontenituri oħra magħluqa jew issiġillati li jkun fihom mhux aktar min 50 kilogramma u li juru t-tagħrif li ġej:

    (a) waħda jew aktar mid-dikjarazzjonijiet elenkati fil-lista fl-Anness IIB;

    (b) indikazzjoni li tidentifika l-impriża b’referenza għan-numru ta’ l-approvazzjoni tagħha,

    (ċ) il-kontenut tat-trab tal-ħalib xkumat;

    (d) in-numru tal-lott tal-manifattura;

    (e) id-data tal-manifattura, jekk din ma tkunx indikata fin-numru tal-lott tal-manifattura.

    It-tagħrif ta’ hawn fuq irid ikun jista’ jinqara ċar u mmarkat mingħajr ma jista’ jitħassar fuq il-pakkett jew fuq il-kontenitur jew fuq tikketta mwaħħla magħhom.

    3. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli dettaljati għall-immarkar tal-pakketti kif preskritt fil-paragrafu 2, kif ukoll kull tagħrif addizzjonali li jista’ jingħata fuq il-pakkett jew fuq il-kontenitur jew fuq it-tikketta. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kull miżura li jieħdu b’dan il-għan.

    Artikolu 11

    L-Artikolu 10(2) ma għandux japplika għal tipi ta’ għalf kompost:

    (a) li jkun fih id-dqiq ta’ lucerne jew il-ħaxix mitħun permezz tal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a)(iii);

    (b) li jkun ikkunsinjat b’tank jew b’kontenitur lir-razzett jew lill-impriża tat-trobbija jew is-simna li tuża dawn it-tipi ta’ għalf kompost bil-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 12 u 13.

    Artikolu 12

    L-impriżi li jirċievu l-għajnuna għandhom, fuq applikazzjoni, jiġu awtorizzati li jikkunsinjaw it-tipi ta’ għalf kompost bit-tank jew bil-kontenitur. Din l-awtorizzazzjoni għandha tiġi konċessa mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun stabbilita l-impriża.

    Il-kunsinja għandha ssir taħt is-sorveljanza amministrattiva sabiex ikun assigurat, b’mod partikolari, li tingħata lir-razzett jew lill-impriża tat-trobbija jew tas-simna li jużaw dawn it-tipi ta’ għalf kompost.

    Artikolu 13

    1. Meta kunsinja b’tank jew b’kontenitur issir fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru produttur, il-prova tal-kunsinja taħt is-sorveljanza amministrattiva kif hemm referenza dwarha fl-Artikolu 12 għandha tiġi fornita billi tintwera l-kopja tal-kontroll li hemm referenza dwarha fl-Artikoli 471 sa 495 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93( [17]).

    2. It-Sezzjoni 104 tal-kopja tal-kontroll trid ikun fiha waħda jew aktar mid-dikjarazzjonijiet elenkati fil-lista fl-Anness II.C.

    3. L-Istat Membru importatur għandu jivverifika li min jirċievi l-kunsinja jkun konformi mal-kondizzjonijiet iddikjarati fit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 12.

    Sezzjoni 2

    Il-miżuri ta’ spezzjoni

    Artikolu 14

    1. L-impriżi li jipproduċu t-tipi ta’ l-għalf kompost jistgħu jirċievu l-għajnuna biss jekk iżommu reġistri, imsejsa fuq il-kontijiet tagħhom, li jikkorrespondu ma’ l-iskeda tal-ħlas iffissata mill-Istat Membru u li jinkludu mill-anqas it-tagħrif li ġej:

    (a) il-kwantitajiet ta’ prodotti mill-ħalib mixtrija jew immanifatturati, u d-data tal-kunsinja jew tal-produzzjoni;

    (b) id-data tal-kunsinja u l-kwantitajiet ta’ ħalib xkumat u ta’ trab tal-ħalib xkumat immanifatturat jew imwassal mhux mibdul jew f’taħlita użati għall-manifattura ta’ tipi ta’ għalf kompost, flimkien ma’ l-isem u l-indirizz tal-fornitur u l-kontenut ta’ proteina tal-ħalib fil-prodotti;

    (ċ) id-data tal-manifattura tat-tipi ta’ l-għalf kompost u l-kwantitajiet immanifatturati, bil-partikolaritajiet tal-kompożizzjoni tagħhom u l-persentaġġ ta’ kull ingredjent, u partikolarment il-kwantitajiet ta’ kaseina jew kaseinati miżjuda mhux mibdula jew f’taħlita;

    (d) id-data tal-bejgħ tal-ħalib xkumat, trab tal-ħalib xkumat u t-tipi ta’ l-għalf kompost u l-kwantità mibjugħa, flimkien mal-isem u l-indirizz ta’ min jirċievi l-kunsinja;

    (e) it-telf, il-kampjuni, ir-ritorni u l-iskambji tal-ħalib xkumat, trab tal-ħalib xkumat u t-tipi ta’ l-għalf kompost.

    2. L-informazzjoni mniżżla fil-lista fil-paragrafu 1 għandha tkun issostenuta bil-forniment ta’ l-irċevuti u l-fatturi.

    3. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu lill-impriżi li jżommu kontijiet speċifiċi dwar il-ħażniet tagħhom li juru, b’mod partikolari, kull tagħrif miżjud li jidhrilhom meħtieġ sabiex jiffaċilitaw l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 15

    Sabiex tkun assigurata l-konformità ma’ dan il-Kapitolu, l-Istati Membri għandhom iwettqu, b’mod partikolari, l-ispezzjonijiet li hemm provvediment dwarhom fl-Artikoli 16 sa 18.

    L-aġenzija responsabbli mill-ispezzjoni għandha tirreġistra r-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet f’rapporti li jkun fihom, partikolarment, it-tagħrif li hemm provvediment dwaru fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 16

    1. Bla ħsara għall-paragrafu 2, rigward il-kontenut ta’ proteina, ta’ umidità u ta’ xaħam fil-ħalib xkumat jew fit-trab tal-ħalib xkumat inkorporati, l-ispezzjoni għandha ssir qabel, jew l-aktar tard fiż-żmien ta’ l-użu tagħhom, sewwa jekk mhux mibdula u sewwa jekk fl-għamla ta’ taħlita, fil-manifattura tat-tip ta’ l-għalf kompost jew l-użu tagħhom mhux mibdul fil-manifattura ta’ trab tal-ħalib xkumat dinaturizzat

    2. Meta t-trab tal-ħalib użat, sew jekk mhux mibdul jew f’taħlita, jiġi direttament mill-fond tal-fabbrika fejn jiġi prodott, l-ispezzjoni li hemm referenza dwarha fil-paragrafu 2 tista’ ssir qabel ma t-trab iħalli l-fond tal-fabbrika msemmija. F’dan il-każ għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

    (a) l-aġenzija ta’ l-ispezzjoni interessata għandha tieħu l-azzjoni kollha meħtieġa sabiex tassigura li l-kwantità ta’ trab tal-ħalib xkumat ivverifikat jiġi attwalment użat fil-manifattura ta’ tipi ta’ l-għalf kompost jew tat-trab tal-ħalib xkumat dinaturizzat

    (b) l-ixkejjer, il-pakketti u l-kontenituri li fihom jitqiegħed it-trab tal-ħalib xkumat għandhom iġorru t-tagħrif rilevanti li jidentifika t-trab u l-fond tal-fabbrika u għandhom juru d-data tal-manifattura, l-użin nett u l-kontenut tal-proteina, ta’ l-umidità u tax-xaħam fit-trab;

    (ċ) ir-reġistrazzjoni ta’ l-ispezzjonijiet imfassla mill-aġenzija ta’ l-ispezzjoni għandha:

    (i) tidentifika t-trab tal-ħalib xkumat u tiddikjara, b’mod partikolari, il-kwantità tat-trab, il-kontenut tal-proteina, ta’ l-umidità u tax-xaħam u d-data tal-manifattura;

    (ii) takkumpanja t-trab tal-ħalib xkumat sakemm jiġi inkorporat fit-tipi ta’ l-għalf kompost,

    (iii) titwaħħal mar-reġistrazzjonijiet li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 14(1).

    Artikolu 17

    1. L-arranġamenti għall-ispezzjoni ta’ l-użu tal-ħalib xkumat u tat-trab tal-ħalib xkumat, sew jekk mhux mibdul jew f’taħlita, fil-manifattura ta’ tipi ta’ l-għalf kompost għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri interessati u jridu jwettqu mill-anqas il-kondizzjonijiet iddikjarati fil-paragrafi 2 sa 5.

    2. L-ispezzjoni ta’ l-impriżi kkonċernati għandha, partikolarment, tkopri:

    (a) il-kompożizzjoni tal-ħalib xkumat u tat-trab tal-ħalib xkumat użati mhux mibdula;

    (b) il-kompożizzjoni tat-taħlitiet użati;

    (ċ) il-kompożizzjoni tat-tipi ta’ l-għalf kompost immanifatturat.

    3. L-ispezzjoni ta’ l-impriżi għandha ssir fuq il-fond u għandha jkollha x’taqsam b’mod partikolari mal-kondizzjonijiet tal-manifattura kif stabbiliti billi:

    (a) tiġi spezzjoniata l-materja prima użata;

    (b) jiġu vverifikati l-prodotti li jidħlu u li joħorġu;

    (ċ) jittieħdu kampjuni;

    (d) jiġu vverifikati r-reġistri li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 14(1).

    4. L-ispezzjonijiet għandhom isiru mingħajr avviż minn qabel u għall-anqas darba kull 14-il-ġurnata tal-manifattura. Il-frekwenza tagħhom għandha tiġi stabbilità fuq il-bażi tal-kwantitajiet tat-trab tal-ħalib xkumat użat mill-impriża u skond il-frekwenza li biha l-kontijiet jiġu miflija permezz tal-paragrafu 5.

    L-impriżi li ma jużawx il-ħalib xkumat jew it-trab tal-ħalib xkumat il-ħin kollu għandhom jibagħtu l-programm tagħhom tal-manifattura bil-quddiem lill-aġenzija ta’ l-ispezzjoni ta’ l-Istat Membru interessat hekk li din ta’ l-aħħar tkun tista’ tirranġa l-ispezzjonijiet korrispondenti.

    Il-frekwenza ta’ l-ispezzjoni ta’ hawn fuq ma għandhiex tapplika fil-każi meta l-manifattura ta’ tipi ta’ l-għalf kompost tkun soġġetta għal spezzjoni kontinwa fuq il-fond.

    5. L-ispezzjonijiet li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 4 għandhom jiġu ssupplimentati bi skrutinju bir-reqqa u mhux imħabbar tad-dokumenti kummerċjali u tar-reġistri li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 14(1).

    Dan l-iskrutinju għandu jitwettaq għall-anqas darba kull 12-il xahar. Meta l-iskrutinju jitwettaq mill-anqas darba kull tliet xhur, il-frekwenza ta’ l-ispezzjonijiet li hemm referenza dwarhom fil-paragrafu 3 tista’ titnaqqas minn għall-anqas darba kull 14-il jum għal mill-anqas darba kull 28 jum tal-manifattura.

    Artikolu 18

    1. Il-manifattura tat-trab tal-ħalib xkumat dinaturizzat għandha tiġi spezzjoniata fuq il-fond mill anqas darba kuljum waqt ix-xogħol tad-di-naturizzazzjoni.

    2. L-impriżi li jimmanifatturaw it-trab tal-ħalib xkumat dinaturizzat għandhom jinnotifikaw lill-aġenzija kompetenti, qabel il-manifattura, b’ittra jew b’kull mezz ieħor ta’ telekomunikazzjoni bil-miktub, dwar:

    (a) in-numru ta’ l-approvazzjoni tal-fabbrika;

    (b) il-kwantità ta’ trab tal-ħalib xkumat li jrid jiġi dinaturizzat;

    (ċ) il-post fejn issir id-di-naturizzazzjoni;

    (d) id-dati ppjanati ta’ meta ssir id-di-naturizzazzjoni.

    L-aġenzija kompetenti għandha tiffissa l-limitu taż-żmien għan-notifika tad-dati tal-manifattura u tista’ titlob tagħrif addizzjonali.

    Artikolu 19

    Bla ħsara għall-Artikolu 20, il-metodi ta’ referenza li jridu jiġu użati għall-analiżi li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament għandhom ikunu dawk fil-lista mħejjija permezz ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2721/95.

    Artikolu 20

    1. Il-kontenut tat-trab tal-ħalib xkumat u tat-tipi ta’ l-għalf kompost għandu jiġi stabbilit billi kull kampjun jiġi ttestjat mill-anqas b’duplikazzjoni b’mod konformi mal-metodu ta’ l-analiżi speċifikat fl-Anness III, issupplimentat bil-verifiki li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 17(3). Jekk tinqala’ diskrepanza bejn ir-riżultati ta’ dawn il-verifiki, ir-riżultat ta’ l-ispezzjoni fuq il-post għandha tkun dik konklużiva.

    2. In-nuqqas ta’ xorrox tat-tames għandu jiġi ppruvat bil-proċedura abbozzata fl-Anness IV.

    3. Il-kontenut tal-lamtu fit-tipi ta’ l-għalf kompost għandu jiġi stabbilit bil-verifiki li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 17(3), li jridu jiġu ssupplimentati b’analiżi kwalitattiva bl-użu tal-metodu ddikjarat fl-Anness V.

    4. Il-kontenut ta’ l-umdità tat-trab tax-xorrox aċiduż għandu jiġi stabbilit bl-użu tal-metodu deskritt fl-Anness VI.

    5. Il-kontenut ta’ dqiq ta’ lucerne jew tal-ħaxix mitħun, il-kontenut tal-lamtu u l-kontenut ta’ l-ismida mill-ħut fit-trab tal-ħalib xkumat dinaturizzat għandhom jiġu stabbiliti jew b’analiżi fil-laboratorju jew bi spezzjoni fuq il-post li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 18(1).

    Artikolu 21

    Sabiex jitwettqu t-testijiet analitiċi li hemm provvediment dwarhom f’dan il-Kapitolu, l-Istati Membri jistgħu, wara li jiksbu l-kunsens tal-Kummissjoni, jistabbilixxu taħt is-sorveljanza tagħhom, sistema ta’ verifiki minnhom infushom għal ċerti impriżi approvati.

    Sezzjoni 3

    Il-ħlas ta’ l-għajnuna

    Artikolu 22

    1. L-ammont ta’ l-għajnuna għandu jkun dak li japplika jew fil-jum li fih il-ħalib xkumat jew it-trab tal-ħalib xkumat jiġu pproċessati f’tipi ta’ l-għalf kompost jew fil-jum li fih it-trab tal-ħalib xkumat jiġi dinaturizzat, skond kif ikun il-każ.

    2. L-għajnuna għandha titħallas mill-awtorità kompetenti nnominata mill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ikun illokalizzat il-fabbrikant li juża l-ħalib xkumat jew it-trab tal-ħalib xkumat jew biex jimmanifattura tipi ta’ l-għalf kompost jew għad-di-naturizzazzjoni, skond kif ikun il-każ.

    3. L-għajnuna għandha titħallas fuq il-bażi ta’ l-applikazzjonijiet ippeżentati mill-fabbrikanti tat-tipi ta’ l-għalf kompost jew tat-trab tal-ħalib xkumat dinaturizzat (minn issa ’l quddiem imsejħa "l-benefiċjarji") lill-awtorità kompetenti, fejn jindikaw:

    (a) l-isem u l-indirizz tal-benefiċjarju;

    (b) il-kwantità ta’ ħalib xkumat jew tat-trab tal-ħalib xkumat li għalihom tintalab l-għajnuna, b’indikazzjoni dwar il-kontenut tal-proteina;

    (ċ) fejn japplika, il-kwantità tat-tipi ta’ l-għalf kompost li fih ikun ġie inkorporat il-ħalib xkumat jew it-trab tal-ħalib xkumat li hemm referenza dwarhom fil-(b), b’indikazzjoni ta’ kull numru rilevanti tal-lottijiet tal-manifattura.

    4. Il-għajnuna għandha titħallas f’intervalli taż-żmien li jridu jiġu ffissati mill-Istat Membru, imma l-perjodu taż-żmien kopert bl-applikazzjoni għall-ħlas ma jistax jeċċedi xahar.

    Artikolu 23

    1. Il-ħlas ta’ l-għajnuna għandu jkun bla ħsara għall-kondizzjonijiet iddikjarati fil-paragrafi 2 sa 4.

    2. Ir-riżultati ta’ l-analiżi li hemm provvediment dwarhom f’dan il-Kapitolu u l-verifiki li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 15 li għandhom x’jaqsmu mal-perjodu taż-żmien tal-ħlas immedjatament qabel dak li għalih l-għajnuna tiġi mitluba jridu juru li ġew imħarsa d-disposizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu.

    3. Il-benefiċjarji jridu juru għas-sodisfazzjon ta’ l-awtorità kompetenti li l-kwantità korrispondenti tal-ħalib xkumat jew tat-trab tal-ħalib xkumat ikunu ġew ipproċessati f’tipi ta’ l-għalf kompost jew dinaturizzati matul il-perjodu taż-żmien kopert bl-applikazzjoni għall-għajnuna.

    4. Fil-każi koperti bl-Artikolu 12, il-benefiċjarji għandhom ifornu d-dokumenti ta’ l-appoġġ li jistabbilixxu għas-sodisfazzjoni ta’ l-awtorità kompetenti li t-tipi ta’ l-għalf kompost ikunu ġew attwalment ikkunsinjati bit-tank jew bil-kontenitur lir-razzett jew lill-impriża tat-trobbija jew tas-simna li tuża dawn it-tipi ta’ għalf.

    Artikolu 24

    1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 25, jekk ir-riżultati ta’ l-analiżi li hemm provvediment dwarhom f’dan il-Kapitolu u l-verifiki li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 15 juru li l-applikant ma kienx konformi ma’ dan il-Kapitolu matul il-perjodu preċedenti taż-żmien tal-ħlas, il-ħlas ta’ l-għajnuna għall-perjodu taż-żmien kopert bl-applikazzjoni korrenti għandu jiġi sospiż sakemm jinħarġu r-riżultati tal-verifiki magħmula matul il-perjodu taż-żmien f’dan il-każ. B’żieda ma’ dan, kull għajnuna mħallsa mhux kif mistħoqq għall-perjodu kkonċernat taż-żmien preċedenti għandu jkun irkuprat.

    2. L-ammont ta’ l-għajnuna mħallsa mhux kif mistħoqq għandu jkun dak imħallas għall-ħalib xkumat u t-trab tal-ħalib xkumat kollha użati matul il-perjodu taż-żmien bejn id-data ta’ l-aħħar spezzjoni li ma tkun qajmet l-ebda osservazzjoni u d-data ta’ l-ispezzjoni li tindika li l-benefiċjarju ikun reġa’ beda li jkun konformi ma dan ir-Regolament.

    B’dankollu, jekk il-benefiċjarji hekk jitlob, l-awtorità responsabbli mill-ispezzjonijiet għandha twettaq investigazzjoni speċjali malajr kemm jista’ jkun, bl-ispejjeż jitħallsu minn ta’ l-ewwel. Jekk jiġi muri li l-kwantità tkun anqas minn dik li hemm referenza dwarha fl-ewwel subparagrafu, l-ammont li jrid jiġi rkuprat għandu jiġi aġġustat kif xieraq.

    Artikolu 25

    Meta tintlaħaq il-kondizzjoni stabbilità fl-Artikolu 23(3), l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw li jsir ħlas bil-quddiem, fit-tifsira ta’ l-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 [18], għal ammont egwali għall-ammont ta’ l-għajnuna li tkun saret applikazzjoni għalih, bla ħsara għad-depożitu tal-garanzija egwali għal 110 % ta’ l-ammont bil-quddiem.

    F’dan il-każ, id-dokumenti ta’ l-appoġġ li jippruvaw l-intitolament għall-għajnuna għandhom jiġu fornuti fi żmien sitt xhur wara l-ħlas bil-quddiem.

    KAPITOLU III

    IL-BEJGĦ TAL-ĦALIB XKUMAT MILL-ĦAŻNIET PUBBLIĊI

    Sezzjoni 1

    L-organizzazzjoni u l-parteċipazzjoni fil-proċeduri ta’ l-offerti

    Artikolu 26

    1. It-trab tal-ħalib xkumat għandu jiġi mibjugħ fuq stendina permanenti għall-offerti organizzata minn kull aġenzija ta’ l-intervent.

    2. Il-bejgħ għandu jirrigwarda t-trab tal-ħalib xkumat imdaħħal fil-ħażna qabel il-31 ta’ Diċembru 1997.

    3. Għandha tiġi ppubblikata stedina permanenti fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mill-anqas tmint ijiem qabel l-ewwel data ta’ l-għeluq stabbilita għall-preżentazzjoni ta’ l-offerti.

    4. L-aġenziji ta’ l-intervent għandhom ifasslu avviż għall-istedina għall-offerti fejn jindikaw partikolarment id-data ta’ l-għeluq u l-indirizz għall-preżentazzjoni ta’ l-offerti.

    Għandhom jindikaw ukoll, għat-trab tal-ħalib xkumat miżmum għandhom:

    (a) il-lokazzjoni ta’ l-imħażen fejn ikun maħżun it-trab għall-bejgħ,

    (b) il-kwantità għall-bejgħ f’kull maħżen.

    5. L-aġenziji ta’ l-intervent għandhom iżommu lista aġġornata tat-tagħrif li hemm referenza dwaru fil-paragrafu 4, li għandhom ikunu disponibbli għad-disposizzjoni tal-partijiet interessati fuq talba. Għandhom ukoll jippubblikaw f’għamla xierqa l-aġġornamenti regolari tal-lista, li trid tiġi indikata fl-avviż għall-istedina ta’ l-offerti.

    6. L-aġenziji ta’ l-intervent għandhom jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa sabiex jgħinu lill-partijiet interessati:

    (a) biex jeżaminaw kampjuni tat-trab tal-ħalib xkumat maħruġ għall-bejgħ bl-ispejjeż għalihom infushom qabel jissottomettu offerta;

    (b) biex jivverifikaw ir-riżultati ta’ l-analiżi li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 322/96 [19].

    Artikolu 27

    1. L-agenziji ta’ l-intervent għandhom jorganizzaw okkażjonijiet individwali għall-ħruġ ta’ l-offerti matul it-terminu tal-validità ta’ l-istedina permanenti għall-offerti.

    2. Id-data ta’ l-għeluq għall-preżentazzjoni ta’ l-offerti għal kull okkażjoni individwali għandha tkun nofs in-nhar (ħin ta’ Brussel) tat-tieni u r-raba’ nhar ta’ Tlieta tax-xahar, għajr għat-tieni nhar ta’ Tlieta ta’ Awissu u r-raba’ nhar ta’ Tlieta ta’ Diċembru. Jekk in-nhar ta’ Tlieta jkun btala pubblika, il-limitu taż-żmien għandu jkun nofs in-nhar (ħin ta’ Brussel) tal-jum tax-xogħol ta’ qabel.

    Artikolu 28

    1. It-trab tal-ħalib xkumat mibjugħ permezz ta’ dan il-Kapitolu għandu jikkwalifika għall-għajnuna li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 1(a).

    2. L-offerti għal kull okkażjoni individwali għandhom jiġu ppreżentati b’ittra rreġistrata jew ikkunsinjata bl-idejn lill-aġenzija ta’ l-intervent li għaliha għandha tingħata rċevuta ta’ għarfien, jew b’kull mezz ieħor ta’ telekomunikazzjoni bil-miktub.

    L-offerti għandhom jiġu ppreżentati lill-aġenzija ta’ l-intervent li tkun qiegħda żżomm it-trab tal-ħalib xkumat li għalih issir l-offerta.

    3. L-offerti għandhom jiddikjaraw:

    (a) l-isem u l-indirizz ta’ min jagħmel l-offerta;

    (b) il-kwantità mixtieqa;

    (ċ) il-prezz fl-EUR offrut għal kull 100 kilogramma, li ma jinkludix it-taxxi u l-ħlasijiet nazzjonali, ex-maħżen;

    (d) l-Istat Membru li fih irid isir l-ipproċessar f’tipi ta’ għalf kompost jew tad-di-naturizzazzjoni;

    (e) jekk xieraq, il-maħżen fejn ikun miżmum it-trab tal-ħalib xkumat u, jekk mixtieq, maħżen minfloku.

    4. L-offerti ma jkunux validi għajr jekk:

    (a) ikollhom x’jaqsmu ma’ mill-anqas 10 tunnellati metriċi; b’dankollu, jekk il-kwantità disponibbli fil-maħżen tkun ta’ anqas minn 10 tunnellati metriċi, il-kwantità minima li għaliha jsiru l-offerti għandha tkun l-ammont attwalment disponibbli;

    (b) ikunu akkumpanjati mill-wiegħda bil-miktub ta’ min jagħmel l-offerti li jħares il-ħtiġiet li ġejjin:

    (i) li jipproċessa t-trab tal-ħalib xkumat jew iġiegħel li jiġi pproċessat f’tipi ta’ l-għalf kompost jew fi trab tal-ħalib xkumat dinaturizzat fi żmien 60 jum mid-data ta’ l-għeluq tas-sottomissjoni ta’ l-offerti rigward kull okkażjoni individwali ta’ l-offerti kif speċifikat fl-Artikolu 27(2);

    (ii) li jkun konformi ma dan ir-Regolament jew jassigura li jkun hemm konformità miegħu.

    (ċ) li tiġi pprovvduta prova li min jitfa’ l-offerta jkun iddepożita garanzija fuq l-offerta ta’ 36 EUR għal kull tunnellata metrika, fl-Istat Membru fejn l-offerta tkun ippreżentata, rigward l-offerti f’dak il-każ qabel id-data ta’ l-għeluq għall-preżentazzjoni ta’ l-offerti.

    5. L-offerti ma jistgħux jiġu rtirati wara d-data ta’ l-għeluq li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 27(2).

    Artikolu 29

    Għall-iskopijiet tal-garanzija fuq l-offerta li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 28(4)(c), il-ħtiġiet ewlenija fit-tifsira ta’ l-Artikolu 20 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85 għandhom ikunu li l-offerti jkunu miżmuma wara d-data ta’ l-għeluq għal-preżentazzjonijiet ta’ l-offerti, li tkun iddepożitata l-garanzija tal-proċessar li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 30(3) u li l-prezz jitħallas.

    Sezzjoni 2

    L-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ l-offerti

    Artikolu 30

    1. Mad-data ta’ l-għeluq li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 27(2), l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet u l-prezzijiet offruti minn dawk li jitfgħu l-offerti u bil-kwantità ta’ trab tal-ħalib xkumat offrut għall-bejgħ.

    2. Il-Kummissjoni għandha tiffissa prezz minimu tal-bejgħ għat-trab tal-ħalib xkumat fuq il-bażi ta’ l-offerti riċevuti f’kull okkażjoni u b’mod konformi mal-proċedura stabbilità fl-Artikolu 42 tar-Regolament (KEE) Nru 1255/1999. Dan il-prezz jista’ jvarja skond l-għomor u l-post tal-kwantitajiet tat-trab tal-ħalib xkumat offruti għall-bejgħ.

    Jista’ jiġi deċiż li ma jiġi mogħti l-ebda appalt f’dik l-okkażjoni.

    3. Il-Kummissjoni għandha tiffissa l-ammont tal-garanzija ta’ l-ipproċessar fuq kull 100 kilogramma ta’ trab tal-ħalib xkumat fl-istess waqt mal-prezz minimu tal-bejgħ u b’mod konformi ma’ l-istess proċedura.

    L-għan tal-garanzija ta’ l-ipproċessar għandu jkun li jassigura t-twettiq tal-ħtieġa ewliena, fit-tifsira ta’ l-Artikolu 20 tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85, li t-trab tal-ħalib xkumat jiġi użat b’mod konformi mal-wiegħda li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 28(4)(b). Din il-garanzija għandha tiġi ddepożitata fl-Istat Membru li fih isir l-ipproċessar f’tipi ta’ għalf kompost jew id-di-naturizzazzjoni, mal-korp innominat minn dan l-Istat Membru.

    Artikolu 31

    L-offerti għandhom ikunu miċħuda jekk il-prezz offrut ikun aktar baxx mill-prezz minimu.

    Artikolu 32

    1. L-aġenzija ta’ l-intervent għandha tagħżel ir-rebbieħ b’mod konformi mar-regoli stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5.

    2. It-trab tal-ħalib xkumat għandu jiġi allokat fuq il-bażi tad-data tad-dħul tiegħu fil-ħażna, billi jinbeda mill-eqdem prodott tal-kwantità totali disponibbli fil-maħżen/imħażen innominat/i minn min jitfa’ l-offerta.

    3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 31, ir-rebbieħ ta’ l-offerta għandu jkun dak li joffri l-ogħla prezz. Jekk ma tiġix allokata l-kwantità kollha disponibbli, il-bqija għandha tinqasam bejn dawk l-oħrajn li jitfgħu l-offerti fuq il-bażi tal-prezzijiet mogħtija fl-offerta, u jibdew bl-ogħla prezz offrut.

    4. Meta l-aċċettazzjoni ta’ l-offerta tirriżulta f’li jiġu konċessi kuntratti li jeċċedu l-kwantità disponibbli tat-trab tal-ħalib xkumat f’maħżen partikolari, għandha tiġi konċessa lil min jieħu l-offerta fil-kwistjoni l-kwantità disponibbli biss.

    B’dankollu, l-aġenzija ta’ l-intervent tista’ tinnomina mħażen oħrajn sabiex tlaħħaq mal-kwantità ddikjarata fl-offerta, basta iżda li min jirbaħ l-offerta jaqbel ma’ dan.

    5. Meta l-aċċettazzjoni ta’ żewġ offerti jew aktar li joffru l-istess prezz għat-trab tal-ħalib xkumat f’maħżen partikolari twassal li jiġu konċessi kuntratti li jeċċedu l-ammont disponibbli, il-konċessjoni għandha ssir bl-allokazzjoni tal-kwantità fil-proporzjon tal-kwantitajiet li għalihom tkun saret l-offerta.

    B’dankollu, jekk din l-allokazzjoni twassal għall-konċessjoni ta’ kwantitajiet ta’ anqas minn ħames tunnellati metriċi, il-konċessjoni għandha ssir bit-tlugħ tax-xorti.

    Artikolu 33

    Id-drittijiet u l-obbligi li joħroġu b’konnessjoni ma’ l-istedina għall-offerti ma għandhomx ikunu trasferibbli.

    Artikolu 34

    1. L-aġenzija ta’ l-intervent għandha tgħarraf mill-ewwel lil min jitfa’ l-offerti bir-riżultat tal-parteċipazzjoni tagħhom fl-istedina għall-offerti.

    Għandhom jiġu rrilaxxjati immedjatament il-garanziji li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 29 li jkunu ġew iddepożitati fuq l-offerti li ma jkollhomx suċċess.

    2. Qabel ma jieħdu t-trab tal-ħalib xkumat u fil-perjodu taż-żmien speċifikat fl-Artikolu 35(2), dawk li jirbħu l-offerta għandhom iħallsu lill-aġenzija ta’ l-intervent l-ammont li jikkorrespondi ma’ l-offerta tagħhom, għal kull kwantità li jixtiequ jirtitaw u għandhom jiddepożitaw l-offerta ta’ l-ipproċessar li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 30(3).

    Artikolu 35

    1. Ladarba jkun tħallas l-ammont li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 34(2) u tkun ġiet iddepożitata l-garanzija li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 30(3), l-aġenzija ta’ l-intervent għandha tirrilaxxja l-garanzija fuq l-offerta li hemm referenza dwarha fl-Artikolu 29 u toħroġ ordni għall-ħruġ li tindika:

    (a) il-kwantità li rigward tagħha jkunu ntlaħqu l-ħtiġiet imsemmija hawn fuq;

    (b) il-maħżen li fih ikun maħżun it-trab tal-ħalib xkumat;

    (ċ) id-data finali għat-tneħħija tat-trab tal-ħalib xkumat;

    (d) id-data finali ta’ l-ipproċessar f’tipi ta’ l-għalf kompost jew id-di-naturizzazzjoni.

    2. Ir-rebbieħa ta’ l-offerti għandhom jieħdu t-trab tal-ħalib xkumat konċess lilhom fi żmien 30 jum mid-data ta’ l-għeluq għall-preżentazzjoni ta’ l-offerti. It-tneħħija tista’ ssir bin-nifs.

    Għajr f’każijiet ta’, jekk it-trab tal-ħalib xkumat ma jitneħħiex fil-perjodu taż-żmien preskritt fl-ewwel subparagrafu, l-ispejjeż tal-ħażna għandhom jinġarru mir-rebbieħ ta’ l-offerta, għar-riskju tiegħu, mid-data ta’ wara dik li fiha jkun skada l-perjodu taż-żmien.

    3. It-trab tal-ħalib xkumat għandu jingħata mill-aġenzija ta’ l-intervant f’pakketti li jġorru referenza għal dan ir-Regolament b’karattri li jidhru u jinqraw biċ-ċar.

    Fuq it-talba tal-parti interessata, l-aġenzija ta’ l-intervent għandha toħroġ kopja taċ-ċertifikat li tindika l-kompożizzjoni tal-prodotti mixtrija, kif hemm provvediment dwar dan fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 322/96.

    4. B’żieda mat-tagħrif li hemm provvediment dwaru fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3002/92( [20]), is-Sezzjoni 104 tal-kopja tal-kontroll T5 irid ikun fiha waħda jew aktar mid-dikjarazzjonijiet elenkati fil-lista fl-Anness II.D. Is-Sezzjoni 106 trid turi d-data finali ta’ l-ipproċessar f’tipi ta’ l-għalf kompost jew tad-di-naturizzazzjoni.

    KAPITOLU IV

    DISPOSIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI

    Artikolu 36

    Ir-Regolamenti (KEE) Nru 1105/68, (KEE) Nru 1725/79, (KEE) Nru 1634/85, (KEE) Nru 3398/91, (KEE) Nru 3536/91 u (KE) Nru 1043/97 huma hawnhekk imħassra.

    Ir-referenzi għar-Regolamenti (KEE) Nru 1725/79 u (KEE) Nru 3398/91 għandhom jiġu mifhuma bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 37

    Il-pakketti stampati bil-quddiem li hemm referenza dwarhom fl-Artikolu 4(2) u (4) tar-Regolament (KEE) Nru 1725/79 jistgħu jissoktaw jintużaw sat-30 ta’ Ġunju 2000.

    L-approvazzjoni konċessa permezz ta’ l-Artikolu 4(5) u l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1725/79 għandha tibqa’ valida għall-iskopijiet sabiex jiġi applikat dan ir-Regolament.

    Ir-Regolament (KEE) Nru 1725/79 għandu jissokta japplika għall-kwatitajiet ta’ trab tal-ħalib xkumat konċessi permezz tar-Regolament (KEE) Nru 3398/91.

    Artikolu 38

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2000.

    Għandu japplika biss għall-kwantitajiet tal-ħalib xkumat u tat-trab tal-ħalib xkumat ipproċessati f’tipi ta’ l-għalf kompost jew tat-trab tal-ħalib xkuma dinaturizzat sa minn dik id-data.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttanment fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussel, fis-17 ta’ Diċembru 1999.

    Għall-Kummissjoni

    Franz Fischler

    Membru tal-Kummissjoni

    [1] ĠU L 160, tas-26.6.1999, p. 48.

    [2] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 13.

    [3] ĠU L 206, tas-16.8.1996, p. 21.

    [4] ĠU L 169, tat-18.7.1968, p. 4.

    [5] ĠU L 174, tas-26.7.1995, p. 27.

    [6] ĠU L 199, tas-7.8.1979, p. 1.

    [7] ĠU L 17, tat-23.1.1996, p. 3.

    [8] ĠU L 320, tat-22.11.1991, p. 16.

    [9] ĠU L 16, tal-21.1.1999, p. 19.

    [10] ĠU L 158, tat-18.6.1985, p. 7.

    [11] ĠU L 152, tal-11.6.1997, p. 6.

    [12] ĠU L 283, tal-25.11.1995, p. 7.

    [13] ĠU L 335, tas-6.12.1991, p. 8.

    [14] ĠU L 304, tas-27.11.1999, p. 21.

    [15] ĠU L 184, tad-29.6.1968, p. 24.

    [16] ĠU L 86, tas-6.4.1979, p. 30.

    [17] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1.

    [18] ĠU L 205, tat-3.8.1985, p. 5.

    [19] ĠU L 45, tat-23.2.1996, p. 5.

    [20] ĠU L 301, tas-17.10.1992, p. 17.

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    IT-TESTIJIET ANALITIĊI

    Id-disposizzjonijiet adottati b’mod konformi mad-Direttiva tal-Kunsill 70/373/KEE tal-20 ta’ Lulju 1970 dwar l-introduzzjoni ta’ metodi Komunitarji ta’ kampjunar u ta’ l-analiżi għall-kontroll uffiċjali tat-tipi ta’ l-għalf (ĠU L 170, 3.8.1970, p. 21) għandhom japplikaw għall-kampjunar permezz ta’ dan ir-Regolament.

    A. Għat-trab tal-ħalib xkumat mhux mibdul

    1. Id-determinazzjoni ta’:

    (a) il-kontenut ta’ l-umdità

    (b) il-kontenut ta’ proteina

    (ċ) il-kontenut ta’ xaħam.

    2. Is-sejbien ta’ prodotti oħra b’mod konformi ma’ l-arranġamenti stabbiliti mill-awtoritajiet nazzjonali:

    (a) il-lamtu u l-lamtu minfuħ

    (b) il-ħaxix mitħun jew id-dqiq ta’ lucerne

    (ċ) ix-xorrox tat-tames

    (d) l-ismida tal-ħut

    (e) is-sustanzi l-oħra, b’mod partikolari x-xorrox aċiduż, li l-awtoritajiet nazzjonali jinħtieġu li jkunu misjuba.

    B. Għat-trab tal-ħalib xkumat inkorporat f’taħlita

    Testijiet b’żieda ma’ dawk li hemm referenza dwarhom fl-A.

    Id-determinazzjoni ta’:

    (a) il-kontenut tat-trab tal-ħalib xkumat

    (b) il-kontenut tax-xaħam, inklużi l-aġenti tekniċi liposolubbli.

    C. Għat-trab tal-ħalib dinaturizzat

    Testijiet b’żieda ma’ dawk li hemm referenza dwarhom fl-A.

    1. Meta it-trab jiġi dinaturizzat bl-użu tal-Formola A:

    Id-determinazzjoni ta’:

    (a) il-kontenut ta’ ħaxix mitħun jew ta’ dqiq lucerne

    (b) il-kontenut tal-lamtu.

    Il-kejl tad-daqs tal-partikola fil-ħaxix mitħun jew fid-dqiq lucerne.

    2. Meta it-trab jiġi dinaturizzat bl-użu tal-Formola B:

    Id-determinazzjoni ta’:

    (a) il-kontenut ta’ ħaxix mitħun jew tad-dqiq lucerne

    (b) il-kontenut tal-lamtu

    (ċ) il-kontenut ta’ l-ismida tal-ħut.

    Il-kejl tad-daqsijiet tal-partikoli ta’:

    (a) il-ħaxix mitħun jew id-dqiq lucerne

    (b) l-ismida tal-ħut.

    Ir-riħa tista’ tiġi ttestjata biż-żieda ta’ trab inert qabel id-di-naturizzazzjoni (trattib 1:20) jew wara d-di-naturizzazzjoni (trattib 1:2). Għandha tibqa’ tinxtamm riħa karatteristika, qawwija.

    D. Għat-tipi ta’ l-għalf kompost

    Id-determinazzjoni ta’:

    (a) il-kontenut ta’ trab tal-ħalib xkumat

    (b) il-kontenut tal-ħaxix mitħun jew tad-dqiq lucerne

    (ċ) il-kontenut ta’ xaħam.

    Is-sejbien tal-lamtu.

    Il-kejl tad-daqs tal-partikoli fil-ħaxix mitħun jew fid-dqiq lucerne (ivverifikat qabel ma jiġu inkorporati)

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    A. It-tagħrif li għandu jkun muri fuq il-pakketti tat-taħlitiet

    - Mezcla destinada a la fabricación de piensos compuestos - Reglamento (CE) no 2799/1999

    - Blanding bestemt til fremstilling af foderblandinger - Forordning (EF) nr. 2799/1999

    - Mischung zur Herstellung von Mischfutter - Verordnung (EG) Nr. 2799/1999

    - Μειγμα πον προοριζετα για την παρασκευη συνετν ζωοτροφων - Κανονισμοζ (ΕΚ) αρι. 2799/1999

    - Mixture intended for the manufacture of compound feedingstuffs - Regulation (EC) No 2799/1999

    - Mélange destiné à la fabrication d’aliments composés - Règlement (CE) no 2799/1999

    - Miscela destinata alla fabbricazione di alimenti composti - Regolamento (CE) n. 2799/1999

    - Voor de vervaardiging van mengvoeders bestemd mengsel - Verordening (EG) nr. 2799/1999

    - Mistura destinada ao fabrico de alimentos compostos - Regulamento (CE) n.o 2799/1999

    - Rehuseosten valmistukseen tarkoitettu esiseos - asetus (EY) N:o 2799/1999

    - Blandning avsedd för framställning av foderblandningar - Förordning (EG) nr 2799/1999

    B. It-tagħrif li għandu jkun muri fuq il-pakketti tat-tipi ta’ l-għalf kompost

    - Pienso compuesto que contiene leche desnatada en polvo - Reglamento (CE) no 2799/1999

    - Foderblanding med indhold af skummetmælkspulver - Forordning (EF) nr. 2799/1999

    - Magermilchpulver enthaltendes Mischfutter - Verordnung (EG) Nr. 2799/1999

    - Συνετη ζωοτροφη που περιεχει αποκορυφωμενο γαλα σκονη — Κανονισμοζ (ΕΚ) αρι. 2799/1999

    - Compound feedingstuff containing skimmed-milk powder - Regulation (EC) No 2799/1999

    - Aliment composé pour animaux contenant du lait écrémé en poudre - Règlement (CE) no 2799/1999

    - Alimento composto per animali contenente latte scremato in polvere - Regolamento (CE) n. 2799/1999

    - Mageremelkpoeder bevattend mengvoeder - Verordening (EG) nr. 2799/1999

    - Alimento composto para animais com leite em pó desnatado - Regulamento (CE) n.o 2799/1999

    - Rasvatonta maitojauhetta sisaltavä rehuseos - asetus (EY) N:o 2799/1999

    - Foderblandning innehållande skummjölkspulver - Förordning (EG) nr 2799/1999

    C. It-tagħrif speċifiku li jrid jiddaħħal fit-Sezzjoni 104 tal-kopja tal-kontroll T5 jekk il-prodott jiġi kkunsinjat b’tank jew b’kontenitur

    - Piensos compuestos destinados a una explotación agraria o una explotación pecuaria o de engorde que utilice los piensos compuestos - Reglamento (CE) no 2799/1999

    - Foderblanding til brug på en landbrugsbedrift, en opdrætnings-eller en opfedningsvirksomhed - Forordning (EF) nr. 2799/1999

    - Für landwirtschaftliche Betriebe bzw. Aufzucht-oder Mastbetriebe bestimmtes Mischfutter - Verordnung (EG) Nr. 2799/1999

    - Συνετεζ ξωοτροφεζ που α χρησιμοποιηουν απο γεωργικη εκμεταλλευοη η κτηνοτροφικη εκμεταλλευοη η εκμεταλλευοη παχυνσεωζ — Κανονισμοζ (ΕΚ) αρι. 2799/1999

    - Compound feedingstuffs bound for a farm or breeding or fattening concern which uses feedingstuffs - Regulation (EC) No 2799/1999

    - Aliments composés pour animaux destinés à une exploitation agricole ou à une exploitation d’élevage ou d’engraissement utilisatrice - Règlement (CE) no 2799/1999

    - Alimenti composti per animali destinati ad un’azienda agricola o ad un’azienda dedita all’allevamento o all’ingrasso che utilizzano gli alimenti composti - Regolamento (CE) n. 2799/1999

    - Mengvoeder, bestemd voor een dit voeder gebruikend landbouwbedrijf of veeteelt-of veemesterijbedrijf - Verordening (EG) nr. 2799/1999

    - Alimentos compostos para animais destinados a uma exploração agrícola, pecuária ou de engorda utilizadora - Regulamento (CE) n.o 2799/1999

    - Maatilalle, jalostuskarjatilalle tai lihakarjatilalle tarkoitettu rehuseos - asetus (EY) N:o 2799/1999

    - Foderblandningar avsedda att användas i ett jordbruksföretag, eller för uppfödning eller gödning - Förordning (EG) nr 2799/1999

    D. Tagħrif speċifiku li jrid jiddaħħal fit-Sezzjoni 104 tal-kopja tal-kontroll T5 fil-każ tat-trab tal-ħalib xkumat mibjugħ mill-ħażna pubblika

    - Debe transformarse en piensos compuestos o desnaturalizarse - Reglamento (CE) no 2799/1999

    - Skal forarbejdes til foderblandinger eller denatureres - Forordning (EF) nr. 2799/1999

    - Zur Verarbeitung zu Mischfutter oder zur Denaturierung - Verordnung (EG) Nr. 2799/1999

    - Να μεταποιηει σε συετεζ ξωοτροφεζ η να μετουσιωει — Κανονισμοζ (ΕΚ) αρι. 2799/1999

    - To be processed into compound feedingstuffs or denatured - Regulation (EC) No 2799/1999

    - À transformer en aliments composés pour animaux ou à dénaturer - Règlement (CE) no 2799/1999

    - Da trasformare in alimenti composti per animali o da denaturare - Regolamento (CE) n. 2799/1999

    - Moet tot mengvoeder worden verwerkt of worden gedenatureerd - Verordening (EG) nr. 2799/1999

    - Para transformação em alimentos compostos para animais ou desnaturação - Regulamento (CE) n.o 2799/1999

    - Rehuseoksiksi jalostettavaksi tai denaturoitavaksi - asetus (EY) N:o 2799/1999

    - För bearbetning till foderblandningar eller denaturering - Förordning (EG) nr 2799/1999

    --------------------------------------------------

    ANNESS III

    ID-DETERMINAZZJONI KWANTITATTIVA TAT-TRAB TAL-ĦALIB XKUMAT F’TIPI TA’ L-GĦALF KOMPOST BIT-TAGĦQID ENŻIMATIKU TAL-PARA-KASEINA

    1. Għan

    Id-determinazzjoni kwantitattiva tat-trab tal-ħalib xkumat fit-tipi ta’ l-għalf kompost bit-tagħqid enżimatiku tal-para-kaseina.

    2. Skop

    Dan il-metodu japplika għal tipi ta’ l-għalf kompost li jkun fih mill-anqas 10 % ta’ trab tal-ħalib xkumat; kwatitajiet kbar ta’ xorrox u/jew ċerti proteini mhux tal-ħalib jistgħu iwasslu għal intereferenzi,

    3. Il-prinċipju tal-metodu

    3.1. Billi tinħall il-kaseina li jkun hemm fl-għalf kompost bl-estrazzjoni b’soluzzjoni taċ-ċitrat tas-sodju.

    3.2. Bl-aġġustament ta’ l-ijone tal-kalċju għal-livell meħtieġ sabiex jippreċipita l-para-kaseina; biż-żieda tat-tames, il-para-kaseina tat-tames tinkiseb mill-kaseina.

    3.3. Il-kontenut nitroġenu tal-preċipitat tal-para-kaseina jiġi stabbilit bil-metodu Kjedahl kif deskritt mil-livell stabbilit 20A 1986 ta’ l-IDF; il-kwantità tat-trab tal-ħalib xkumat tiġi kkalkolata fuq il-bażi ta’ kontenut minimum ta’ kaseina ta’ 27,5 % (ara 9.1.).

    4. Ir-reaġenti

    Ir-reaġenti użati jridu jkunu ta’ grad analitiku. L-ilma użat irid ikun ilma distillat jew ilma ta’ purità ekwivalenti. Bl-eċċezzjoni tat-tames (4.5) ir-reaġenti u s-soluzzjonijiet kollha jridu jkunu ħielsa minn sustanzi nitroġeni.

    4.1. Ċitrat tat-trisodju, di-idrat (1 % w/v s-soluzzjoni).

    4.2. Klorur tal-kalċju (soluzzjoni 2M). Iżen 20,018 g ta’ CaCO3(grad analitiku) f’reċipjent tal-porċellana ta’ daqs xieraq (150 sa 200 ml) jew f’garafina. Għatti bl-ilma distillat u ttrasferixxi għal fuq banju bl-ilma jagħli. Żid bil-mod il-mod minn 50 sa 60 ml ta’ soluzzjoni HCl (konc. HCl:ilma = 1:1) sabiex tissolubizza għal kollox il-karbonat. Żomm l-ilma jagħli fil-banju sakemm is-CaCl2 jinxef, sabiex telimina l-HCl li ma jkunx irreaġixxa. Ittrasferixxi l-ilma distillat għal ġo flixkun li jkejjel 100 ml u rattab sal-marka. Kejjel il-valur pH, li ma jridx ikun anqas minn 4.0. Aħżen is-soluzzjoni f’refriġeratur.

    4.3. 0,1 N idrossidu tas-sodju.

    4.4. 0,1 N aċidu idrokloriku.

    4.5. Tames likwidu ta’ l-għoġġiela (qawwa tal-livell stabbilit ta’ 1:10000). Aħżen f’refriġeratur f’temperatura minn 4 sa 6 °C.

    4.6. Ir-reaġenti sabiex tkun iddeterminata l-kwantitattiva tan-nitroġenu skond il-metodu Kjeldahl kif deskritt bil-livell stabbilit 20A 1986 ta’ L-IDF.

    5. L-apparat

    Apparat komuni tal-laboratorju, li jinkludi:

    5.1. Mehrież jew omoġenizzatur

    5.2. Miżien analitiku

    5.3. Magna ċentrifuga ta’ fuq il-bank tax-xogħol (ta’ bejn 2000 sa 3000 dkm/rpm) b’tubi ta’ 50 ml

    5.4. Imgħarfa tat-taħwid manjetika bl-apparat li jmur magħha (ta’ minn 10 sa 15 mm)

    5.5. Garafini ta’ minn 150 sa 200 ml

    5.6. Fliexken ta’ 250 u 500 ml

    5.7. Linbiebet tal-ħġieġ ta’ dijametu minn 60 sa 80 mm

    5.8. Filtri li jiffiltraw bil-ħeffa mingħajr irmied ta’ 150 mm fid-dijametru (S.S. 5892, S.S. 595 1/2)

    5.9. Pipetti ta’ volumi nominali varji

    5.10. Banju ta’ l-ilma kkontrollat termostatikament f’temperatura ta’ 37 °C

    5.11. Arloġġ pH

    5.12. Immuntar tad-diġestjoni u d-distillazzjoni Kjeldahl bit-tagħmir tat-twaħħil miegħu

    5.13. Buretta gradwata kull 25 ml

    5.14. Flixkun tal-plastika tal-ħasil għall-ilma distillat

    5.15. Spatuli ta’ l-azzar li ma jsaddadx

    5.16. Termometri

    5.17. Forn għat-tnixxif bit-temperatura kkontrollata.

    6. Il-proċedura

    6.1. It-tħejjija tal-kampjun.

    Isħaq fil-mehrież jew omoġenizza fil-mitħna minn 10 sa 20 g tal-kampjun sabiex tikseb taħlita omoġenja.

    6.2. It-tlaħlil tat-trab tal-ħalib u l-firda tal-fdalijiet li ma jinħallux.

    6.2.1. Iżen 1,000 ± 0,002 g ta’ għalf kompost omoġenizzat sewwa (6.1) direttament f’tubu ċentrifugu ta’ 50 ml. Żid 30 ml ta’ soluzzjoni taċ-ċitrat tat-trisodju (4.1) msaħħan minn qabel għal temperatura ta’ 45 °C. Ħallat bl-għajnuna ta’ l-imgħarfa manjetika tat-taħwid għal mill-anqas ħames minuti.

    6.2.2. Iċċentrifuga għal sa 500 g (2000 to 3000 dkm/rpm) għal-10 minuti u kewwes is-supernatant akweju ċar f’garafina ta’ minn 150 sa 200 ml, filwaqt li toqgħod attent li ma jinżel l-ebda materjal liberu fil-qiegħ ma jixtered.

    6.2.3. Wettaq żewġ estrazzjonijiet oħra fuq il-fdal, skond l-istess proċedura, billi żżid l-estratti ma’ l-ewwel waħda.

    6.2.4. Jekk tifforma kisja żejt fuq il-wiċċ, kessaħ fir-refriġeratur sakemm ix-xaħam jissolidifika u neħħi l-kisja solida bi spatula.

    6.3. It-tagħqid/koagulazzjoni tal-kaseina ma’ l-enżimi tat-tames.

    6.3.1. Filwaqt li tħawwad bla waqfien, żid qatra qatra 3,4 mm ta’ soluzzjoni saturata ta’ klorur tal-kalċju (4.2) mat-total ta’ l-estratt akweju (madwar 100 ml). Aġġusta l-pH sa 6,4-6,5 ma’ soluzzjonijiet tan-NaOH (4.3) jew tal-HCl (4.4). Qiegħed fil-banju ta’ l-ilma kkontrollat termostatikament f’temperatura ta’ 37 °C għal minn 15 sa 20 minuta sabiex tikseb bilanċ salin. Dan isir aktar evidenti bil-formazzjoni ta’ dardira ħafifa.

    6.3.2. Ittrasferixxi l-likwidu f’tubu ċentrifugu (jew tnejn) u ċċentrifuga b’qawwa ta’ 2000 g għal 10 minuti sabiex tneħħi l-materjal ippreċipitat. Ittrasferixxi s-supernatant, mingħajr ma taħsel is-sediment, f’tubu ċentrifugu (jew tnejn).

    6.3.3. Erġa’ niżżel it-temperatura tas-supernatant għat-temperatura ta’ 37 °C. Filwaqt li tħawwad l-estratt, żid, qatra qatra, 0,5 ml tat-tames likwidu (4.5). It-tagħqid/koagulazzjoni jiġri f’minuta jew tnejn.

    6.3.4. Irritorna l-kampjun fil-banju ta’ l-ilma u ħallih f’temperatura ta’ 37 °C għal 15-il minuta. Neħħi l-kampjun mill-banju u kisser it-taqgħidabit-taħwid. Iċċentrifuga b’qawwa ta’ 2000 g għal 10 minuti. Iffiltra s-supernatant minn ġo filtru xieraq tal-karta [1] (WhatmanNru541 jew ekwivalenti) u żomm il-filtru tal-karta. Aħsel il-preċipitat f’tubu ċentrifugu b’50 ml ta’ ilma f’temperatura ta’ bejn wieħed u ieħor 35 °C billi tħawwad il-preċipitat.

    Erġa’ ċċentrifuga b’qawwa ta’ 2000 g għal 10 minuti. Iffiltra s-supernatant minn ġol-filtru tal-karta miżmum qabel.

    6.4. Kif jiġi stabbilit in-nitroġenu tal-kaseina

    6.4.1. Wara l-ħasil, ittrasferixxi kwantitattivament il-preċipitat għall-filtru tal-karta miżmum minn 6.3.4 billi tuża l-ilma ddistillat. Ittrasferixxi l-filtru tal-karta għall-flixkun Kjeldahl. Stabbilixxi n-nitroġenu bil-metodu Kjeldahl kif deskritt fil-livell standard 20A1986 ta’ l-IDF.

    7. It-test in bjank

    7.1. Għandu jsir test in bjank regolarment bl-użu ta’ filtru tal-karta mingħajr irmied (5.8) imniddi b’taħlita ta’ soluzzjoni ta’ 90 ml (4.1) ċitrat tas-sodju, soluzzjoni saturata ta’ 1 ml ta’ klorur tal-kalċju (4.2), 0,5 ml ta’ tames likwidu (4.5), u maħsula bi 3 x 15 ml ta’ l-ilma ddistillat qabel il-mineralizzazzjoni bil-metodu Kjeldahl kif deskritt fil-livell standard 20A1986 ta’ l-IDF.

    7.2. Il-volum ta’ aċidu użat għat-test in bjank irid jiġi mnaqqas mill-volum ta’ aċidu (4.4) użat għat-titrazzjoni tal-kampjun.

    8. It-test tal-kontroll

    8.1. Biex tittestja l-proċedura u r-reaġenti msemmija hawn fuq, agħmel stabbilizzazzjoni fuq għalf kompost tal-livell stabbilit b’kontenut magħruf tat-trab tal-ħalib xkumat kif stabbilit bi studju kollaborattiv. Ir-riżultat medju ta’ stabbilizzazzjoni dduplikata ma għandux jiddifferixxi b’aktar minn 1 % ta’ l-istudju kollaborattiv.

    9. Il-ħruġ tar-riżultati

    9.1. Il-persentaġġ tat-trab tal-ħalib xkumat fl-għalf kompost jiġi kkalkolat bil-formola li ġejja:

    +++++ TIFF +++++

    meta l-N hija l-persentaġġ ta’ nitroġenu para-kaseina; is-27,5 huwa l-fattur għall-kambju tal-kaseina stabbilita f’persentaġġ tat-trab tal-ħalib xkumat; it-2,81 u ż-0,908 huma fatturi tal-korrezzjoni miksuba mill-analiżi rigressiva.

    10. L-eżattezza tal-metodu

    10.1. Il-kapaċità tat-tennija

    F’mill-anqas 95 % tal-każi studjati, l-analiżi dduplikat ta’ l-istess kampjun mill-istess operatur fl-istess laboratorju jrid jagħti differenzi fir-riżultati ekwivalenti għal mhux ikbar minn 2,3 g tat-trab tal-ħalib xkumat f’100 g ta’ l-għalf kompost.

    10.2. Il-kapaċità tar-riproduzzjoni

    F’mill-anqas 95 % tal-każi studjati, l-istess kampjun analizzat f’żewġ laboratorji, irid jagħti differenzi fir-riżultati ta’ mhux ikbar minn 6,5 g tat-trab tal-ħalib xkumat f’100 g ta’ l-għalf kompost.

    11. Il-limitu tat-tolleranza

    Il-valur CrD95 (differenza kritika; limitu ta’ fiduċja 95 %) jiġi kkalkolat bl-użu tal-formola li ġejja (ISO5725):

    +++++ TIFF +++++

    (R: kapaċità tar-riproduzzjoni; r: kapaċità tat-tennija)

    Stabbilizzazzjoni doppja: CrD95 = 4,5 g

    Meta r-riżultat ta’ l-analiżi kemikali tiddifferixxi mill-kontenut iddikjarat tat-trab tal-ħalib xkumat b’mhux aktar minn 4,5 g (stabbilizzazzjoni doppja) il-kunsinja ta’ l-għalf kompost għandha titqies li tkun konformi ma’ din id-disposizzjoni tar-Regolament.

    12. Osservazzjonijiet

    12.1. Iż-żieda ta’ persentaġġi kbar ta’ ċerti proteini mhux tal-ħalib u speċjalment tal-proteini tas-sojja, meta msaħħna flimkien mat-trab tal-ħalib xkumat, tista’ twassal għal riżultati għoljawisq minħabba l-ko-preċipitazzjoni mal-para-kaseina tal-ħalib.

    12.2. Iż-żieda tax-xorrox tista’ twassal għal ċifri x’aktarx baxxi, minħabba l-fatt li jiġi stabbilit biss il-porzjon mhux xaħmi. Iż-żieda ta’ ċertu xorrox tista’ twassal għal ċifri baxxi konsiderevolment, minħabba taħlil mhux komplet fis-soluzzjoni taċ-ċitrat.

    12.3. Żidiet tal-leċitin ta’ 0,5 % jew aktar jistgħu wkoll iwasslu għal riżultati baxxi.

    12.4. L-inkorporazzjoni tat-trab tal-ħalib xkumat bi sħana qawwija jista’ jwassal għal ċifri għolja wisq minħabba l-ko-preċipitazzjoni ta’ ċerti proteini tax-xorrox mal-para-kaseina tal-ħalib.

    [1] Billi għandha tiġi uæata karta li tiffilitra bil-ħeffa u mingħajr irmied.

    --------------------------------------------------

    ANNESS IV

    DETERMINAZZJONI TAS-SOLIDI TAX-XORROX TAT-TAMES FIT-TRAB TAL-ĦALIB XKUMAT U T-TAĦLITIET PERMEZZ TAR-REGOLAMENT (KEE) Nru 1725/79

    1. Skop: It-tfittix taż-żieda ta’ solidi tax-xorrox tat-tames ma’:

    (a) it-trab tal-ħalib xkumat kif iddefinit fl-Artikolu l tar-Regolament (KEE) Nru 986/68, u

    (b) it-taħlitiet kif iddefiniti fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1725/79.

    2. Referenzi: I-istandard internazzjonali ISO 707.

    Il-ħalib u l-prodotti mill-ħalib - metodi tal-kampjunar, li huma konformi mal-linji ta’ gwida li jinsabu fl-Anness I(2)(c) tar-Regolament (KEE) Nru 625/78.

    3. Definizzjoni

    Il-kontenut tas-solidi tax-xorrox tat-tames huwa ddefinit bħala l-persentaġġ skond il-massa kif stabbilit bil-proċedura deskritta.

    4. Il-prinċipju

    Id-determinazzjoni ta’ l-ammont ta’ glikomakropeptide A permezz ta’ l-Anness V tar-Regolament (KEE) Nru 625/78. Il-kampjuni li jagħtu riżultati pożittivi huma analizzati għall-glikomakropeptide A bi proċedura ta’ kromatografija likwida ta’ fażi-maqluba ta’ mġieba ta’ livell għoli (il-proċedura HPLC). L-evalwazzjoni tar-riżultat miksub b’riferiment għal kampjuni tal-livell stabblit li jikkonsistu fi trab tal-ħalib xkumat b’persentaġġ magħruf tat-trab tax-xorrox jew mingħajru. Riżultati ogħla minn 1 % (m/m) juru li jkunu preżenti solidi tax-xorrox tat-tames.

    5. Ir-reaġenti

    Ir-reaġenti kollha jridu jkunu ta’ grad analitiku magħruf. L-ilma użat irid ikun ilma ddistillat jew ilma ta’ mill-anqas purità ekwivalenti. L-aċetonitrile għandu jkun ta’ kwalità spettroskopika jew ta’ kwalità HPLC.

    Ir-reaġenti meħtieġa għall-proċedura deskritta fir-Regolament (KEE) Nru 625/78 huma deskritti fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament.

    Ir-reaġenti ta’ l-HPLC tal-fażi-maqluba.

    5.1. Is-soluzzjoni ta’ l-aċidu trikloroaċetiku

    Ħoll 240 g ta’ aċidu trikloroaċetiku (CCI3COOH) fl-ilma u żidhom għal sa 1000 ml.

    5.2. L-elwent (fluwidu li jintuża għall-elużjoni) A u B

    L-elwent A: 150 ml ta’ aċetonitrile (CH3CN), 20 ml ta’ isopropanol (CH3CHOHCH3,) u 1,00 ml aċidu trifluworoaċetiku (TFA, CF3COOH) jitħalltu ma’ l-ilma sa 1000 ml. L-elwent B: 550 ml ta’ aċetonitrile, 20 ml ta’ isopropanol u 1,00 ml TFA jitħalltu ma’ l-ilma sa 1000 ml. Iffiltra s-soluzzjoni ta’ l-elwent, qabel ma jintuża, permezz ta’ filtru tal-membrana b’dijametru ta’ pori ta’ 0,45 μm l-waħda.

    5.3. Il-konservazzjoni tal-kolonna

    Wara l-analiżi, il-kolonna tiġi mimlija sax-xifer bl-elwent B (billi tkun imxaqilba) u sussegwentement mimlija sax-xifer bl-aċetonitrile (billi tkun imxaqilba ma tul 30 munita). Il-kolonna għandha tinħażen fl-aċetonitrile.

    5.4. Kampjuni standard

    5.4.1. It-trab tal-ħalib xkumat li jilħaq il-ħtiġiet tar-Regolament (KEE) Nru 625/78 (i.e. (0)).

    5.4.2. L-istess trab tal-ħalib xkumat imħallat bl-ilma b’5 % (m/m) trab tax-xorrox tat-tames tal-kompożizzjoni standard (i.e. (5)).

    5.4.3. L-istess trab tal-ħalib xkumat imħallat bl-ilma bi 50 % (m/m) trab tax-xorrox tat-tames tal-kompożizzjoni standard (i.e. (50)) [1].

    6. L-apparat

    L-apparat meħtieġ għall-proċedura deskritta fir-Regolament (KEE) Nru 625/78 huwa deskritt fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament.

    L-apparat għall-HPLC tal-fażi-maqluba.

    6.1. Miżien analitiku.

    6.2. Ċentrifugu, kapaċi li jilħaq qawwa ta’ 2200 g, imgħammar b’tubi entrifugi bit-tapp ta’ madwar 50 ml.

    6.3. Reċipjent li jħawwad mekkanikament b’disposizzjoni ta’ taħwid f’temperatura ta’ 50 °C.

    6.4. Mgħarfa manjetika tat-taħwid.

    6.5. L-inbiebet tal-ħġieġ, b’dijamentru ta’ madwar 7 ċm.

    6.6. Filtri tal-karta, ta’ filtrazzjoni medja, b’dijameteru ta’ madwar 12,5 ċm.

    6.7. Tagħmir tal-ħġieġ għall-filtrazzjoni b’filtru tal-membrana ta’ dijametru tal-pori ta’ 0,45 μm il-waħda.

    6.8. Pipetti ggradati, li minnhom tgħaddi kunsinja ta’ 10 ml (ISO 648, Klassi A, jew ISO/R 835), jew sistema li kapaċi tikkunsinja 10,0 ml f’żewġ minuti.

    6.9. Banju termostatiku ta’ l-ilma, imqiegħed f’temperatura ta’ 25 ± 0,5 °C.

    6.10. Tagħmir tal-HPLC, li jikkonsisti fi:

    6.10.1. Sistema binarja ta’ pompa tat-tlugħ u nżul proporzjonali.

    6.10.2. Injettur, ta’ l-idejn jew awtomatiku, b’kapaċità ta’ 100 μl.

    6.10.3. Kolonna Dupont Protein Plus (2 x 0,46 ċm I.D.) jew kolonna ekwivalenti bil-pori wiesgħa msejsa fuq is-silika u bil-fażi-maqluba.

    6.10.4. Forn termostatiku tal-kolonna, imqiegħed f’temperatura ta’ 35 ± 1 °C.

    6.10.5. Detector b’tul varjabbli b’tul ta’ mewġa UV, li jippermetti qisien fi 210 nm (jekk ikun meħtieġ, jista’ jintuża tul ta’ mewġa UV akbar sa 220 nm) u b’sensittività ta’ 0,02 A.

    6.10.6. Integratur kapaċi li jkejjel il-qies ta’ l-ogħla quċċata.

    Nota

    L-operazzjoni tal-kolonna hija possibbli f’temperatura tal-kamra, basta iżda li t-temperatura tal-kamra ma’ tiċċaqlaqx aktar minn 1 °C, għaliex inkella jkun hemm wisq varjazzjoni fil-ħin taż-żamma tal-GMPA.

    7. Il-kampjunar

    7.1. L-istandard internazzjonali ISO 707 - Ħalib u prodotti mill-ħalib - Metodi tal-kampjunar, li huma konformi mal-linji-gwida li jinsabu fl-Anness I(2)(c) tar-Regolament (KEE) Nru 625/78.

    7.2. Aħżen il-kampjun f’kondizzjoniet li ma jħallu l-ebda deterjorazzjoni jew bidla fil-kompożizzjoni.

    8. Proċedura

    8.1. It-tħejjija tal-kamjun tat-test

    Ittrasferixxi t-trab f’kontenitur b’kapaċità ta’ madwar darbtejn il-volum tat-trab, u mgħammar b’għatu li ma jħallix arja tgħaddi. Agħlaq il-kontenitur minnufih. Ħallat it-trab tal-ħalib sewwa permezz tal-qlib imtenni tal-kontenitur.

    8.2. Il-porzjon tat-test

    Iżen 2,000 ± 0,001 g tal-kampjun tat-test f’tubu ċentrifugu (6.2) jew f’garafina xierqa bit-tapp (50 ml).

    8.3. It-tneħħija tax-xaħam u tal-proteini

    8.3.1. Żid 20,0 g ilma sħun (50 °C) mal-porzjon tat-test. Dewweb it-trab biċ-ċaqliq għal ħames minuti jew għal 30 minuta fil-każ tax-xorrox aċiduż bl-użu ta’ ħarrieka mekkanika (6.3). Qiegħed it-tubu fil-banju ta’ l-ilma (6.9) u agħtih iż-żmien li jekwilibra għal temperatura ta’ 25 °C.

    8.3.2. Żid 10.0 tas-soluzzjoni ta’ l-aċidu trikloroaċetiku ta’ temperatura kostanti ta’ 25 °C għal żewġ minuti filwaqt li tħawwad b’saħħtek kollha bl-għajnuna ta’ l-imgħarfa manjetika (6.4). Qiegħed it-tubu fil-banju ta’ l-ilma (6.9) u ħallih għal 60 minuta.

    8.3.3. Iċċentrifuga (6.2) għal għaxar minuti b’qawwa ta’ 2200 g, jew iffiltra minn ġol-karta (6.6), filwaqt li tarmi l-ewwel 5 ml tal-filtrat.

    8.4. Id-determinazzjoni kromatografika

    8.4.1. Agħmel l-analiżi HPLC kif deskritta fl-Anness V tar-Regolament (KEE) Nru 625/78. Jekk jinkiseb riżultat fin-negattiv, il-kampjun analizzat ma jkollux solidi tax-xorrox tat-tames fl-ammonti li jistgħu jintgħarfu. Fil-każ ta’ riżultati fil-pożittiv, tkun trid tiġi applikata l-proċedura HPLC bil-fażi-maqluba deskritta hawn taħt. Il-preżenza tat-trab tax-xorrox aċiduż tista’ twassal għal riżultati ta’ pożittiva-falza. Il-metodu HPLC bil-fażi-maqluba jeskludi din il-possibbiltà.

    8.4.2. Qabel ma titwettaq l-analiżi HPLC tal-fażi-maqluba, għandhom jiġu ottimizzati l-kondizzjonijiet tat-tlugħ u nżul proporzjonali. Ħin ta’ retenzjoni ta’ 26 ± 2 minuti għall-GMPA huwa ottimali għas-sistemi tat-tlugħ u nżul proporzjonali b’volum ta’ massa li ma tiċċaqlaqx ta’ madwar 6 ml (volum mill-punt fejn is-solventi jiġu flimkien għall-volum taċ-ċirku ta’ l-injettur, inklussiv). Is-sistemi tat-tlugħ u nżul proporzjonali b’volum ta’ massa l-aktar baxxa li ma tiċċaqlaqx (e.g. 2 ml) għandhom jieħdu 22 minuta bħal l-ħin ottimali tar-retenzjoni.

    Ħu s-soluzzjonijiet tal-kampjuni standard (5.4) b’50 % bix-xorrox tat-tames u mingħajrhom.

    Injetta 100 μl tas-supernatant jew iffiltra (8.3.3) ġewwa l-apparat HPLC filwaqt li jkun qiegħed jaħdem skond il-kondizzjonijiet tas-sejbien tat-tlugħ u nżul proporzjonali mogħtija fit-Tabella 1.

    Tabella 1. Il-kondizzjonijiet għat-tiftiex tat-tlugħ u l-inżul proporzjonali għall-ottimizzazzjoni tal-kromatografija.

    Ħin (minuti) | Tnixxija (ml/minuti) | %A | %B | Kurvatura |

    Init | 1,0 | 90 | 10 | * |

    27 | 1,0 | 60 | 40 | lin |

    32 | 1,0 | 10 | 90 | lin |

    37 | 1,0 | 10 | 90 | lin |

    42 | 1,0 | 90 | 10 | lin |

    Il-paragun taż-żewġ kromatogrammi għandu jiżvela l-lokalità tal-quċċata tal-GMPA.

    Bl-użu l-formola mogħtija hawn taħt, il-kompożizzjoni inizjali tas-solvent li għandha tkun użata għat-tlugħ u nżul proporzjonali normali (ara 8.4.3) tista’ tkun ikkalkulata.

    % B = 10 2,5 +

    *30/27

    % B = 7,5 +

    *1.11

    Meta:

    RTgmpA : il-ħin tar-retenzjoni tal-GMPA fit-tiftix tax-xaqlib

    10 : il-bidu ta' % B fit-tiftix tax-xaqlib

    2,5 : il-% B fuq il-ponta tan-nofs imnaqqas bil-% B fil-bidu tax-xaqlib normali

    13,5 : il-punt tan-nofs tal-ħin fit-tfittix tax-xaqlib

    26 : iż-żmien tar-retenzjoni meħtieġ tal-GMPA

    6 : ir-relattività tax-xaqlibiet fit-tiftix tax-xaqlib normali

    30 : il-% B fil-bidu mnaqqas bil-% B wara 27 minuta fit-tiftix tax-xaqlib

    27 : il-ħin li jdum sejjer it-tiftix tax-xaqlib.

    8.4.3. Ħu soluzzjonijiet tal-kampjuni tat-test.

    Injetta 100 μl ta’ supernatant imkejjel bl-eżattezza jew iffiltra (8.3.3) ġewwa l-apparat tal-HPLC li jkun jaħdem bir-rata ta’ tnixxija ta’ 1,0 ml tas-soluzzjoni ta’ l-elwent (5.2) kull minuta.

    Il-kompożizzjoni ta’ l-elwent tal-bidu ta’ l-analiżi tinkiseb minn 8.4.2. Din normalment tkun qrib l-A:B = 76:24 (5.2). Minnufih wara l-injezzjoni tibda l-gradjazzoni lineari, li tirriżulta f’persentaġġ 5 % aktar għoli tal-B wara 27 minuta. Sussegwentement tinbeda l-gradjazzjoni lineari, li twassal il-kompożizzjoni ta’ l-elwent għal 90 % B f’ħames minuti. Din il-kompożizzjoni tinżamm għal ħames minuti, u wara dan il-kompożizzjoni tinbidel, permezz ta’ xaqlib lineari f’ħames minuti għall-kompożizzjoni inizjali. Jiddependi mill-volum intern tas-sistema tal-pompa, l-injezzjoni li jmiss tista’ ssir 15-il minuta wara li tilħaq il-kondizzjonijiet inizjali.

    Rimarki

    1. Iż-żmien tar-retenzjoni tal-glikomakropeptide għandu jkun ta’26 ± żewġ minuti. Dan jista’ jinkiseb bil-varjazzjoni tal-kondizzjonijiet inizjali u ta’ l-aħħar ta’ l-ewwel gradjazzjoni. B’dankollu, id-differenza fil- % B għall-kondizzjonijiet inizjali u ta’ l-aħħar ta’ l-ewwel gradjazzjoni għandha tibqa’ 5 % B.

    2. L-elwenti għandhom jitneħħielhom il-gass u għandhom ukoll jibqgħu mingħajr gass. Dan huwa essenzjali għall-funzjonament xieraq tas-sistema tal-pompa tal-gradjazzjoni. Id-devjazzjoni standard għaż-żamma tal-ħin tal-quċċata tal-GMP għandha tkun anqas minn 0,1 ta’ minuta (n = 10).

    3. Kull ħames kampjuni, għandu jiġi injettat il-kampjun ta’ referenza (5) u użat sabiex jikkalkola fattur R ġdid tar-rispons (9.1.1).

    8.4.4. Ir-riżultati ta’ l-analiżi kromatografika tal-kampjun tat-test (E) jinkisbu fil-għamla ta’ kromatogramma li fiha l-quċċata tal-GMP tiġi identifikata miż-żmien tagħha taż-żamma ta’ madwar 26 minuta.

    L-integratur (6.40.6) jikkakola awtomatikament l-ogħla għoli H tal-quċċata tal-GMP. Għandha tiġi vverifikata l-lokazzjoni tal-linja tas-sies f’kull kromatogramma. L-analiżi jew l-integrazzjoni għandhom jiġu mtennija jekk il-linja bażi tkun ġiet lokalizzata inkorrettement.

    Huwa essenzjali li jiġi eżaminat kif tidher kull kromatogramma qabel l-intepretazzjoni kwantitattiva, sabiex tinkixef kull annormalita minħabba jew il-funzjonament ħażin ta’ l-apparat jew tal-kolonna, jew minħabba l-oriġini u n-natura tal-kampjun analizzat. Jekk tkun fid-dubju, tenni l-analiżi.

    8.5. Il-kalibrazzjoni

    8.5.1. Applika eżattament il-proċedura deskritta mill-punt 8.2 sal-punt 8.4.4 fuq il-kampjuni standard (5.4.1 to 5.4.2). Uża soluzzjonijiet imħejjija friski, għaliex il-GMP jiddegrada fl-ambjent ta’ 8 % aċidu trikloroaċetiku f’temperatura tal-kamra. Malli tasal fi 4 °C is-soluzzjoni tibqa’ stabbli għal 24 siegħa. Fil-każ ta’ serje twila ta’ analiżi, huwa mixtieq li jintuża tilar imkessaħ tal-kampjuni fl-injettur awtomatiku.

    Nota

    It-8.4.2 jista’ jitħalla barra jekk il- % B fil-kondizzjonijiet inizjali jkunu magħrufa minn analiżi imwettqa preċedentament.

    Il-kromatogramma tal-kampjun ta’ referenza (5) għandha tkun analoga mal-Figura. 1. F’din il-figura, żewġt iqċaċet żgħar jiġu qabel il-quċċata tal-GMPA. Huwa essenzjali li tikseb separazzjoni simili.

    8.5.2. Qabel ma tiġi stabbilita l-kromatogramma tal-kampjuni, injetta 100 μl tal-kampjun tal-livell stabbilit mingħajr xorrox tat-tames (0) (5.4.1).

    Il-kromatogramma ma għandhiex turi quċċata fil-waqt taż-żmien taż-żamma tal-quċċata tal-GMPA.

    8.5.3. Istabbilixxi l-fatturi tar-rispons R billi tinjetta l-istess volum ta’ filtrat (8.5.1) kif użat għall-kamjuni.

    9. L-espressjoni tar-riżultati

    9.1. Il-metodu tal-kalkolu u l-formoli

    9.1.1. Il-kalkolu tal-fattur tar-rispons R

    Meta

    R = il-fattur tar-rispons tal-quċċata tal-GMP

    H = l-għoli tal-quċċata tal-GMP

    W = il-kwantità tax-xorrox fil-kampjun standard (5).

    9.2. Il-kalkolu tal-persentaġġ tat-trab tax-xorrox tat-tames fil-kampjun

    W(E) = R × H(E)

    Meta:

    W(E) = il-persentaġġ (m/m) tax-xorrox tat-tames fil-kampjun (E).

    R = il-fattur tar-rispons tal-quċċata tal-GMP (9.1.1)

    H(E) = l-għoli tal-quċċata tal-GMP fil-kampjun (E)

    Jekk il-W(E) ikun akbar minn 1 % u d-differenza bejn il-ħin taż-żamma u dak tal-kampjun standard (5) tkun iżgħar minn 0,2 ta’ minuta, allura jkunu preżenti solidi tax-xorrox tat-tames.

    9.3. L-eżattezza tal-proċedura

    9.3.1. Il-kapaċità tat-tennija

    Id-differenza bejn ir-riżultati taż-żewġ stabbilizzazzjonijiet imwettqa simultanjament jew bil-ħeffa wara xulxin mill-istess analist li juża l-istess apparat fuq materjal identiku tat-test ma għandhiex teċċedi iż-0,2 % m/m.

    9.3.2. Il-kapaċità tar-riproduzzjoni

    Għadha mhux stabbilita.

    9.3.3. Il-linearità

    Minn 0 sa 16 % tax-xorrox tat-tames għandu jiġi miksub b’relazzjoni lineari b’koeffiċjent tal-korrelazzjoni > 0,99.

    9.4. L-interpretazzjoni

    9.4.1. Ix-xorrox jiġi kkunsidrat li jkun preżenti jekk ir-riżultat miksub fid-9.2 ikun ogħla minn 1 % m/m u ż-żmien tar-retenzjoni tal-quċċata tal-GMP tiddifferixxi b’anqas minn 0,2 ta’ minuta minn dak tal-kampjun standard (5). Il-limitu ta’ 1 % ikun iffissat bi ftehim mad-disposizzjonijiet tal-punti 9.2 u 9.4.1 ta’ l-Anness tar-Regolament (KEE) Nru 625/78.

    +++++ TIFF +++++

    [1] It-trab tax-xorrox tat-tip tat-tames tal-kompoæizzjoni standard kif ukoll it-trab tal-ħalib mhux imħallat bl-ilma huma disponibbli minn għand NIZO, Kernhemseweg 2, Kaxxa Postali 20 - NL-6710 BA Ede.

    --------------------------------------------------

    ANNESS V

    ID-DETERMINAZZJONI KWANTITATTIVA TAL-LAMTU FIT-TRAB TAL-ĦALIB XKUMAT, FIT-TRAB TAL ĦALIB ŻNATURAT U FIT-TIPI TA’ L-GĦALF KOMPOST

    1. Skop

    Dan il-metodu huwa għall-kxif tal-lamtu li jintuża bħala traċċjatur fit-tipi ta’ trab tal-ħalib dinaturalizzat.

    Il-limitu tal-kxif tal-metodu huwa bejn wieħed u ieħor 0,05 g ta’ lamtu għal kull 100 g ta’ kampjun.

    2. Il-prinċipju

    Ir-reazzjoni hija bbażata fuq dik użata fil-jodometrija:

    - l-iffissar mill-kollojdi tal-jodju ħieles f’soluzzjoni akwea,

    - l-assorbiment mill-miċelli tal-lamtu u bil-formazzjoni tal-kulur.

    3. Ir-reaġenti

    3.1. Soluzzjoni tal-jodju

    —jodju | 1 g, |

    —jodju tal-putassa | 2 g, |

    —ilma ddistillat | 100 ml. |

    4. L-apparat

    4.1. Miżien analitiku

    4.2. Banju ta’ l-ilma

    4.3. Tubi tat-testijiet, 25 mm x 200 mm

    5. Il-proċedura

    Iżen 1 g mill-kampjun u ttrasferih għal ġewwa t-tubu tat-test (4.3).

    Żid 20 ml ta’ ilma ddistillat u ħawwad biċ-ċaqliq sabiex tferrex il-kampjun.

    Qiegħed fil-banju tal-misħun jagħli (4.2) u ħalli għal 5 minuti.

    Neħħiha mill-banju u kessaħha għal temperatura tal-kamra.

    Żid 0,5 ml tas-soluzzjoni tal-jodju (3.1), ħawwad biċ-ċaqliq u osserva l-kulur li jirriżulta.

    6. L-espressjoni tar-riżultati

    Kolorazzjoni kaħlanija tindika l-preżenza tal-lamtu nattiv fil-kampjun.

    Meta l-kampjun ikun fih il-lamtu modifikat, il-kulur jista’ ma jkunx ikħal.

    7. Rimarki

    Il-kulur, l-intensità tal-kulur u d-dehra mikroskopika tal-lamtu, għandhom ivarjaw skond l-oriġini tal-lamtu nattiv (e.g. mill-qamħirrum jew mill-patata) u skond it-tip ta’ lamtu mmodifikat preżenti fil-kampjun.

    Fil-preżenza ta’ lamtijiet modifikati, il-kulur prodott jinbidel fi vjola, aħmar jew kannella skond il-grad tal-modifikazzjoni ta’ l-istruttura kristallina tal-lamtu nattiv.

    --------------------------------------------------

    ANNESS VI

    ID-DETERMINAZZJONI TA’ L-UMDITÀ FIT-TRAB AĊIDUŻ TAX-XORROX

    1. L-iskop

    Sabiex ikun iddeterminat il-kontenut ta’ l-umdità fit-trab aċiduż tax-xorrox intiż għall-għalf ta’ l-annimali

    2. Il-prinċipju

    Il-kampjun jiġi mnixxef fil-vakum. It-telf tal-massa jiġi ddeterminat bl-użin.

    3. L-apparat

    3.1. Miżien analitku

    3.2. Kontenituri xotti ta’ metall li ma jsaddadx jew tal-ħġieġ bil-għotjien li jassiguraw li ma tgħaddix arja minnhom; wiċċ tal-bank tax-xogħol li jippermetti lill-kamjun tat-test li jiġi mferrex għal madwar 0,3 g/ċm2.

    3.3. Forn tal-vakum bis-sħana aġġustata bl-elettriku mgħammar b’pompa taż-żejt u jew mekkaniżmu li jdaħħal l-arja sħuna xotta jew aġent tat-tnixxif (e.g. l-ossidu tal-kalċju).

    3.4. Desikkatur b’aġent effiċjenti tat-tnixxif.

    3.5. Forn tat-tnixxif ventilat, kontrollat termostatikament, f’temperatura ta’ 102 ± 2 °C.

    4. Il-proċedura

    Saħħan kontenitur (3.2) bl-għatu tiegħu fil-forn (3.5) għal mill-anqas siegħa. Qiegħed l-għatu fuq il-kontenitur, ittrasferixxi minnufih għal desikkatur (3.4) ħalli jiksaħ għal temperatura tal-kamra u iżen sa l-eqreb 0,5 mg.

    Iżen kontenitur (3.2) bl-għatu tiegħu sa l-eqreb 0,5 mg. Iżen fil-kontenitur imwieżen, sa l-eqreb 1 mg, madwar 5 g tal-kampjun u ferrex indaqs. Qiegħed il-kontenitur mingħajr l-għatu tiegħu fil-forn tal-vakum (3.3) imsaħħan minn qabel għal temperatura ta’ 83 °C. Sabiex it-temperatura fil-forn ma titħallhiex taqa’ mhux kif mistħoqq, daħħal il-kontenitur bil-ħeffa kemm jista’ jkun malajr.

    Għolli l-pressa għal sa 100 Torr (13,3 kPa) u ħalli tinxef għal erba’ sigħat f’din il-pressa, jew f’kurrent ta’ l-arja sħuna, niexfa jew billi tuża aġent tat-tnixxif (madwar 300 g għal 20 kampjun). Fil-każ ta’ l-aħħar, skonnettja l-pompa tal-vakum meta tintlaħaq il-pressa preskritta. Ikkalkola l-ħin tat-tnixxif mill-mument li t-temperatura tal-forn terġa’ lura għal 83 °C. Erġa’ ġib lura l-forn b’attenzjoni għall-pressa atmosferika.Iftaħ il-forn, qiegħed l-għatu fuq il-kontenitur minnufih, neħħi l-kontentur mill-forn, ħalli jiksaħ and minn 30 sa 45 minuta fid-desikkatur (3.4) u iżen sa l-eqreb 1 mg. Nixxef għal 30 minuta oħra fil-forn tal-vakum (3.3) f’temperatura ta’ 83 °C u erġa’ iżen. Id-differenza bejn iż-żewġ użinijiet ma tridx teċċedi iż-0,1 % ta’ umdità.

    5. Il-kalkolazzjoni

    +++++ TIFF +++++

    meta

    E = il-massa inizjali, fi grammi, tal-kampjun tat-test,

    m = il-massa, fi grammi, tal-kampjun xott tat-test.

    6. Il-preċiżjoni

    6.1. Il-limitu tal-kapaċità tat-tennija

    Id-differenza bejn ir-riżultati taż-żewġ stabbilizzazzjonijiet imwettqa fl-anqas intervall possibbli ta’ żmien, minn operatur wieħed li juża l-istess apparat fuq materjal identiku tat-test ma għandhiex teċċedi iż-0,4 g ta’ ilma/100 g trab tax-xorrox aċiduż.

    6.2. Il-limitu tal-kapaċità tar-riproduzzjoni

    Id-differenza bejn ir-riżultati ta’ żewġ stabbilizzazzjonijiet imwettqa minn operaturi f’laboratorji differenti, li jużaw apparat differenti fuq materjal identiku tat-test ma għandhiex teċċedi iż-0,6 g ta’ ilma/100 g ta’ trab tax-xorrox aċiduż.

    6.3. Is-sors tad-data tal-preċiżjoni

    Id-data dwar il-preċiżjoni ġew stabbiliti minn esperiment li sar fl-1955 li kienu jinvolvu tmien laboratorji u 12-il kampjun (6 duplikati miġbura bl-addoċċ).

    --------------------------------------------------

    Top