This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020R2082
Commission Implementing Regulation (EU) 2020/2082 of 14 December 2020 on setting the weighted average of maximum mobile termination rates across the Union and repealing Implementing Regulation (EU) 2019/2116
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2082 tal-14 ta’ Diċembru 2020 li jistipula l-medja ponderata tar-rati massimi għat-terminazzjoni tat-telefonati mobbli madwar l-Unjoni u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2116
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2082 tal-14 ta’ Diċembru 2020 li jistipula l-medja ponderata tar-rati massimi għat-terminazzjoni tat-telefonati mobbli madwar l-Unjoni u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2116
C/2020/8741
ĠU L 423, 15/12/2020, p. 18–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021; Imħassar b' 32021R2228
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 32019R2116 | 01/01/2021 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32021R2228 | 01/01/2022 |
15.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 423/18 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2082
tal-14 ta’ Diċembru 2020
li jistipula l-medja ponderata tar-rati massimi għat-terminazzjoni tat-telefonati mobbli madwar l-Unjoni u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2116
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 531/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2012 dwar roaming fuq networks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6e(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont ir-Regolament (UE) Nru 531/2012, mill-15 ta’ Ġunju 2017, jenħtieġ li l-fornituri domestiċi ma jimponu l-ebda ħlas supplimentari addizzjonali mal-prezz bl-imnut domestiku lill-klijenti tar-roaming f’xi Stat Membru għat-telefonati regolati tar-roaming li jaslulhom, fil-limiti permessi mill-politika tal-użu ġust. |
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 531/2012 jillimita kull ħlas supplimentari applikat għat-telefonati regolati tar-roaming irċevuti għall-medja ponderata tar-rati massimi għat-terminazzjoni tat-telefonati mobbli madwar l-Unjoni. |
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2116 (2) jistabbilixxi l-medja ponderata tar-rati massimi għat-terminazzjoni tat-telefonati mobbli madwar l-Unjoni li trid tiġi applikata fl-2020 abbażi tal-valuri ta’ data fl-1 ta’ Lulju 2019. |
(4) |
Il-Korp tar-Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjoni Elettronika pprovda informazzjoni aġġornata lill-Kummissjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istati Membri dwar il-livell massimu tar-rati għat-terminazzjoni tat-telefonati mobbli li imponew, skont l-Artikoli 7 u 16 tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), f’kull suq nazzjonali għat-terminazzjoni tat-telefonati bil-vuċi bl-ingrossa fuq networks individwali tat-telefonija mobbli; u dwar l-għadd totali ta’ abbonati fl-Istati Membri. |
(5) |
Skont ir-Regolament (UE) Nru 531/2012, il-Kummissjoni kkalkulat il-medja ponderata tar-rati massimi għat-terminazzjoni tat-telefonati mobbli madwar l-Unjoni billi mmultiplikat ir-rata massima għat-terminazzjoni tat-telefonati mobbli li ppermetta Stat Membru partikolari bl-għadd totali ta’ abbonati f’dak l-Istat Membru; u għoddiet flimkien ir-riżultati ta’ dawn il-multiplikazzjonijiet tal-Istati Membri differenti u ddividiethom bl-għadd totali ta’ abbonati fl-Istati Membri kollha, abbażi tal-valuri ta’ data fl-1 ta’ Lulju 2020. Għall-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro, ir-rata tal-kambju rilevanti hi l-medja tat-tieni kwart tal-2020 miksuba mid-databażi tal-Bank Ċentrali Ewropew. |
(6) |
Għalhekk jenħtieġ tiġi aġġornata ċ-ċifra tal-medja ponderata tar-rati massimi għat-terminazzjoni tat-telefonati mobbli madwar l-Unjoni. |
(7) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2116 jitħassar. |
(8) |
Skont ir-Regolament (UE) Nru 531/2012, jenħtieġ li annwalment il-Kummissjoni tirrevedi l-medja ponderata tar-rati massimi għat-terminazzjoni tat-telefonati mobbli madwar l-Unjoni kif stabbilita skont dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. |
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet stabbilit bl-Artikolu 22 tad-Direttiva 2002/21/KE, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-medja ponderata tar-rati massimi għat-terminazzjoni tat-telefonati mobbli madwar l-Unjoni hi stabbilita għal EUR 0,0076 kull minuta.
Artikolu 2
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2116 jitħassar.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 172, 30.6.2012, p. 10.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2116 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistipula l-medja ponderata tar-rati massimi għat-terminazzjoni tat-telefonati mobbli madwar l-Unjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1979 (ĠU L 320, 11.12.2019, p. 11).
(3) Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33).
(4) Id-Direttiva Nru 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u l-ikkonnettjar ta’, networks ta’ komunikazzjoni elettronika u faċilitajiet assoċjati (Direttiva dwar l-Aċċess)(ĠU L 108, 24.4.2002, p. 7).