This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CN0544
Case C-544/21: Request for a preliminary ruling from the Landgericht Mainz (Germany) lodged on 31 August 2021 — ID v Stadt Mainz
Kawża C-544/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Mainz (il-Ġermanja) fil-31 ta’ Awwissu 2021 – ID vs Stadt Mainz
Kawża C-544/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Mainz (il-Ġermanja) fil-31 ta’ Awwissu 2021 – ID vs Stadt Mainz
ĠU C 2, 3.1.2022, p. 17–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.1.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 2/17 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Mainz (il-Ġermanja) fil-31 ta’ Awwissu 2021 – ID vs Stadt Mainz
(Kawża C-544/21)
(2022/C 2/21)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Mainz
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: ID
Konvenut: Stadt Mainz
Domandi preliminari
1) |
Mid-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari mill-Artikolu 4(3) [TUE], mit-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE u mill-Artikolu 260(1) TFUE jirriżulta li l-Artikolu 15(1), (2)(g) u (3) tad-Direttiva 2006/123/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (iktar ’il quddiem id-“Direttiva ‘servizzi’”) għandu effett dirett fi proċedura ġudizzjarja fis-seħħ bejn individwi, fis-sens li d-dispożizzjonijiet nazzjonali kuntrarji għal din id-direttiva, li jinsabu fl-Artikolu 4 tal-Verordnung über die Honorare für Architekten – und Ingenieurleistungen (ir-Regolament dwar l-Onorarji Dovuti għas-Servizzi ta’ Periti u ta’ Inġiniera) tal-1996, fil-verżjoni tiegħu tal-2002 (iktar ’il quddiem l-“HOAI 2002”) li skont dawn l-ammonti ta’ onorarji minimi stabbiliti f’din l-iskala għas-servizzi ta’ ppjanar u ta’ sorveljanza tal-periti u tal-inġiniera huma vinkolanti – minbarra fil-każ ta’ ċerti eċċezzjonijiet – u fejn ftehim dwar l-onorarji inferjuri għall-ammonti minimi fil-kuntratti ma’ periti jew inġiniera huwa invalidu, ma għandhomx jiġu iktar applikati, anki meta d-drittijiet inkwistjoni jirriżultaw minn kuntratt ta’ perit li kien ġie konkluż fl-2004, jiġifieri qabel l-adozzjoni tad-Direttiva “servizzi”? |
2) |
Jekk l-ewwel domanda teħtieġ risposta fin-negattiv:
|