Välj vilka experimentfunktioner du vill testa

Det här dokumentet är ett utdrag från EUR-Lex webbplats

Dokument 62013TA0656

Kawża T-656/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2015 – The Smiley Company vs UASI (Forma ta’ smiley b’għajnejn f’forma ta’ qalb) (“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali — Forma ta’ smiley b’għajnejn f’forma ta’ qalb — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

ĠU C 398, 30.11.2015, s. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 398/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2015 – The Smiley Company vs UASI (Forma ta’ smiley b’għajnejn f’forma ta’ qalb)

(Kawża T-656/13) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ta’ smiley b’għajnejn f’forma ta’ qalb - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2015/C 398/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Smiley Company SPRL (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Freitag u C. Albrecht, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Geroulakos u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Reba Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 997/2013-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali kompost mill-forma ta’ smiley b’għajnejn f’forma ta’ qalb bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

The smiley Company SPRL hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 61, 1.3.2014.


Upp