This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CN0192
Case C-192/15: Request for a preliminary ruling from the Raad van State (Netherlands) lodged on 24 April 2015 — T.D. Rease, P. Wullems; other party: College bescherming persoonsgegevens
Kawża C-192/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-24 ta’ April 2015 – T. D. Rease u P. Wullems vs College bescherming persoonsgegevens
Kawża C-192/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-24 ta’ April 2015 – T. D. Rease u P. Wullems vs College bescherming persoonsgegevens
ĠU C 236, 20.7.2015, p. 26–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 236/26 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-24 ta’ April 2015 – T. D. Rease u P. Wullems vs College bescherming persoonsgegevens
(Kawża C-192/15)
(2015/C 236/35)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: T. D. Rease, P. Wullems
Konvenuta: College bescherming persoonsgegevens
Domandi preliminari
1) |
Struzzjoni biex jintuża tagħmir għall-ipproċessar ta’ data personali fit-territorju ta’ Stat Membru, maħruġa barra mill-UE minn kontrollur, fis-sens tal-Artikolu 2(d) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355), lil aġenzija ditektiv stabbilita fl-UE, taqa’ taħt il-kunċett ta’ “jsir użu minn tagħmir” fis-sens tal-Artikolu 4(1)(ċ) ta’ dik id-direttiva? |
2) |
Id-Direttiva 95/46/KE, b’mod partikolari l-Artikolu 28(3) u (4) tagħha, minħabba l-għan ta’ dik id-direttiva, tagħti lill-awtoritajiet nazzjonali l-latitudni, fl-inforzar tal-protezzjoni ta’ individwi mill-awtoritajiet ta’ superviżjoni pprovduta f’dik id-direttiva, li jistabbilixxu prijoritajiet li jirriżultaw f’tali inforzar li ma jseħħx fil-każ fejn individwu jew grupp żgħir ta’ persuni biss jissottometti lment li jallega ksur ta’ dik id-direttiva? |