Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R1030

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1030/2013 tal- 24 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku

ĠU L 283, 25.10.2013, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R1165

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/1030/oj

25.10.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 283/15


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1030/2013

tal-24 ta’ Ottubru 2013

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3), l-Artikolu 15(2) u l-Artikolu 40 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 834/2007 jistabbilixxi r-rekwiżiti bażiċi għall-produzzjoni organika tal-alka u tal-annimali tal-akkwakultura. Ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dawk ir-rekwiżiti huma stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 (2), kif emendat b’mod partikolari bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 710/2009 (3).

(2)

Skont l-Artikolu 95(11) tar-Regolament (KE) Nru 889/2008, għal perjodu li jiskadi fl-1 ta’ Lulju 2013, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jawtorizzaw lil dawk l-unitajiet tal-produzzjoni tal-akkwakultura u tal-alka li ġew stabbiliti u prodotti skont ir-regoli organiċi aċċettati fil-livell nazzjonali qabel l-1 ta’ Jannar 2009 biex iżommu l-istatus tagħhom ta’ unitajiet tal-produzzjoni organika skont ċerti kondizzjonijiet speċifiċi.

(3)

Seba’ Stati Membri riċentement ressqu talbiet għal reviżjoni tar-regoli dwar il-prodotti, is-sustanzi u t-tekniki li jistgħu jintużaw fil-produzzjoni organika tal-akkwakultura. Dawk it-talbiet għandhom jiġu evalwati mill-Grupp ta’ esperti biex jagħti pariri tekniċi dwar il-produzzjoni organika stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/427/KE (4).

(4)

Il-produzzjoni organika tal-alka u tal-annimali tal-akkwakultura għadu qasam relattivament ġdid, ikkaratterizzat minn diversità kbira u minn livell għoli ta’ kumplessità teknika, u jidher biċ-ċar li hemm bżonn ta’ perjodu itwal ta’ tranżizzjoni.

(5)

Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità u jingħata biżżejjed żmien għall-evalwazzjoni li jeħtieġ issir tat-talbiet imressqa mill-Istati Membri u biex ma jkunx hemm interruzzjoni fl-unitajiet tal-produzzjoni li ġew stabbiliti u li jipproduċu skont ir-regoli aċċettati fil-livell nazzjonali qabel l-1 ta’ Jannar 2009, huwa xieraq li jittawwal il-perjodu tranżitorju stabbilit bl-Artikolu 95(11) tar-Regolament (KE) Nru 889/2008.

(6)

Sabiex ikun żgurat li ma jkun hemm l-ebda interruzzjoni fl-istatus organiku ta’ dawk l-unitajiet tal-produzzjoni, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2013.

(7)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 889/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat regolatorju għall-produzzjoni organika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-paragrafu 11 tal-Artikolu 95 tar-Regolament (KE) Nru 889/2008, id-data “l-1 ta’ Lulju 2013” għandha tinbidel bid-data “l-1 ta’ Jannar 2015”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 204, 6.8.2009, p. 15.

(4)  ĠU L 139, 5.6.2009, p. 29.


Top