This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R1194
Commission Regulation (EU) No 1194/2012 of 12 December 2012 implementing Directive 2009/125/EC of the European Parliament and of the Council with regard to ecodesign requirements for directional lamps, light emitting diode lamps and related equipment Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1194/2012 tat- 12 ta’ Diċembru 2012 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal lampi direzzjonali, lampi b'dajowd li jemetti d-dawl u t-tagħmir relatat Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1194/2012 tat- 12 ta’ Diċembru 2012 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal lampi direzzjonali, lampi b'dajowd li jemetti d-dawl u t-tagħmir relatat Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 342, 14.12.2012, p. 1–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2021; Imħassar b' 32019R2020
14.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 342/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1194/2012
tat-12 ta’ Diċembru 2012
li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal lampi direzzjonali, lampi b'dajowd li jemetti d-dawl u t-tagħmir relatat
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,
Wara li kkonsultat il-Forum Konsultattiv dwar l-Ekodisinn,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2009/125/KE tesiġi li l-Kummissjoni tistipula r-rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija li jirrappreżentaw volumi sinifikanti ta’ bejgħ u kummerċ, li għandhom impatt ambjentali sinifikanti u li joffru potenzjal sinifikanti għal titjib permezz tad-disinn mil-lat tal-impatt ambjentali tagħhom, mingħajr ma jinvolvu spejjeż eċċessivi. |
(2) |
L-Artikolu 16(2)(a) tad-Direttiva 2009/125/KE jistipula li skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(3) u l-kriterji stipulati fl-Artikolu 15(2), u wara li jkun ġie kkonsultat il-Forum Konsultattiv dwar l-Ekodisinn, il-Kummissjoni għandha, kif xieraq, tintroduċi miżuri implimentattivi billi tibda b'dawk li joffru potenzjal għoli għal tnaqqis effetttiv meta mqabbel man-nefqa fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra, bħal prodotti ta’ tidwil kemm fis-setturi domestiċi kif ukoll dawk terzjarji, li jinkludu lampi direzzjonali, lampi b'dajowd li jemetti d-dawl u tagħmir relatat. |
(3) |
Il-Kummissjoni wettqet studju preparatorju biex tanalizza l-aspetti tekniċi, ambjentali u ekonomiċi ta’ lampi direzzjonali, lampi b'dajowd li jemetti d-dawl u tagħmir relatat. L-istudju tħejja flimkien mal-partijiet interessati tal-Unjoni u l-pajjiżi terzi, u r-riżultati tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. Studju preparatorju fuq provvisti tal-elettriku esterni pprovda analiżi simili għall-apparat ta’ kontroll għal lampi aloġeni. |
(4) |
Ir-rekwiżiti obbligatorji tal-ekodisinn japplikaw għal prodotti mqiegħda fis-suq tal-Unjoni kull fejn dawn ikunu installati jew użati; għalhekk tali rekwiżiti ma jistgħux jiddependu fuq l-applikazzjoni li fiha jintuża l-prodott. |
(5) |
Prodotti soġġetti għal dan ir-Regolament huma ddisinjati essenzjalment għall-illuminazzjoni sħiħa jew parzjali ta’ spazju, billi jissostitwixxu jew jikkomplementaw id-dawl naturali bid-dawl artifiċjali, sabiex itejbu l-viżibbiltà f'dak l-ispazju. Lampi b’użi speċjali ddisinjati essenzjalment għal tipi oħrajn ta’ applikazzjonijiet, bħal sinjali tad-dwal tat-traffiku, tidwil ta’ terrarji jew apparat domestiku u li jkunu indikati ċarament bħala tali fuq l-informazzjoni dwar il-prodott, ma għandhomx ikunu soġġetti għar-rekwiżiti tal-ekodisinn stipulati f’dan ir-Regolament. |
(6) |
Teknoloġiji ġodda li qed jitfaċċaw fis-suq, bħal dajowds li jemettu d-dawl, għandhom ikunu soġġetti għal dan ir-Regolament. |
(7) |
L-aspetti ambjentali tal-prodotti koperti li ġew identifikati bħala sinifikanti għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huma l-konsum tal-enerġija fil-fażi tal-użu flimkien mal-kontenut u l-emissjonijiet tal-merkurju. |
(8) |
Fl-2007, l-emissjonijiet tal-merkurju fil-fażijiet differenti taċ-ċiklu tal-ħajja tal-lampi, inklużi dawk mill-ġenerazzjoni tal-elettriku fil-fażi tal-użu u minn 80 % ta’ lampi fluworexxenti kumpatti direzzjonali li fihom il-merkurju u li jkunu mistennija li ma jiġux riċiklati fi tmiem il-ħajja tagħhom, ġew stmati li, abbażi tal-lampi installati, jammontaw għal 0,7 tunnellati. Mingħajr it-teħid ta’ miżuri speċifiċi, l-emissjonijiet tal-merkurju minn lampi installati huma previsti li se jiżdiedu sa 0,9 tunnellati fl-2020, għalkemm intwera li dawn jistgħu jitnaqqsu b'mod sinifikanti. |
(9) |
Għalkemm il-kontenut tal-merkurju tal-lampi fluworexxenti kumpatti huwa meqjus bħala aspett ambjentali sinifikanti, huwa xieraq li dan ikun irregolat skont id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Huwa xieraq li jiġu rregolati l-emissjonijiet ta’ dawl ultravjola minn lampi u parametri oħra b'effetti potenzjali fuq is-saħħa skont id-Direttivi 2006/95/KE (3) u 2001/95/KE (4) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
(10) |
L-iffissar ta’ rekwiżiti għall-effiċjenza enerġetika tal-lampi għandu jwassal għal tnaqqis kumplessiv tal-emissjonijiet tal-merkurju. |
(11) |
L-Artikolu 14(2)(d) tad-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jesiġi li l-Istati Membri jiżguraw li l-utenti ta’ tagħmir elettriku u elettroniku fi djar privati jingħataw it-tagħrif meħtieġ dwar l-effetti potenzjali fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem bħala riżultat tal-preżenza ta’ sustanzi ta’ riskju fit-tagħmir elettriku u elettroniku. Ir-rekwiżiti għall-informazzjoni dwar il-prodott f'dan ir-Regolament għandhom jikkomplementaw din id-dispożizzjoni fir-rigward tal-merkurju f’lampi fluworexxenti kumpatti. |
(12) |
Il-konsum tal-elettriku ta’ prodotti soġġetti għal dan ir-Regolament għandu jitjieb bl-applikazzjoni ta’ teknoloġiji kosteffettivi eżistenti mhux brevettati, li jwasslu għal tnaqqis tal-ispejjeż ikkombinati għax-xiri u għat-tħaddim tat-tagħmir. |
(13) |
Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodotti soġġetti għal dan ir-Regolament għandhom jiġu ddefiniti bl-għan li jtejbu l-prestazzjoni ambjentali tal-prodotti kkonċernati u jikkontribwixxu għall-funzjonament tas-suq intern u għall-għan tal-Unjoni li jitnaqqas il-konsum tal-enerġija b'20 % sal-2020 meta mqabbel mal-konsum tal-enerġija mbassar għal dik is-sena f'każ li ma tittieħed l-ebda miżura. |
(14) |
L-effett ikkombinat tar-rekwiżiti tal-ekodisinn stipulati f'dan ir-Regolament u r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2012 (6) huwa mistenni li jirriżulta f'iffrankar annwali tal-elettriku ta’ 25 TWh sal-2020 fil-każ tal-lampi direzzjonali, meta mqabbel mas-sitwazzjoni f'każ li ma tittieħed l-ebda miżura. |
(15) |
Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn ma għandhomx jaffettwaw il-funzjonalità mill-perspettiva tal-utent u ma għandhomx jaffettwaw b’mod negattiv is-saħħa, is-sikurezza jew l-ambjent. B'mod partikolari, il-vantaġġi tat-tnaqqis fil-konsum tal-elettriku waqt il-fażi tal-użu għandhom jegħlbu kwalunkwe impatt ambjentali potenzjali żejjed waqt il-fażi tal-produzzjoni ta’ prodotti soġġetti għal dan ir-Regolament. Sabiex jiġi żgurat is-sodisfazzjon tal-konsumatur fir-rigward ta’ lampi li jiffrankaw l-enerġija, partikolarment l-LEDs, ir-rekwiżiti tal-funzjonalità ma għandhomx jiġu stipulati biss għal-lampi direzzjonali, iżda wkoll għal LEDs mhux direzzjonali, billi dawn ma kinux koperti mir-rekwiżiti ta’ funzjonalità fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 244/2009 (7). Ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar il-prodott għandhom jippermettu lill-konsumaturi li jagħmlu għażliet infurmati. |
(16) |
Il-luminarji LED, li minnhom ma jistgħux jiġu estratti l-ebda lampa jew modulu LED għall-ittestjar indipendenti, ma għandhomx iservu bħala mezz li bih il-manifatturi tal-LED jevitaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. |
(17) |
Huwa xieraq li jiġu stipulati rekwiżiti speċifiċi f'livell li jħalli biżżejjed lampi alternattivi disponibbli biex jintużaw għat-tagħmir tat-tidwil installat kollu. B’mod parallel, għandhom jiġu stipulati rekwiżiti ġeneriċi li jiġu implimentati permezz ta’ standards armonizzati u li, permezz tagħhom, it-tagħmir ġdid tat-tidwil ikun aktar kumpatibbli ma’ lampi li jiffrankaw l-enerġija, u l-lampi li jiffrankaw l-enerġija kumpatibbli ma’ firxa usa’ ta’ tagħmir tat-tidwil. Rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar il-prodott fuq tagħmir ta’ tidwil jistgħu jgħinu lill-utenti jsibu l-lampi u t-tagħmir li jaqblu. |
(18) |
L-introduzzjoni f'fażijiet tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għandha tipprovdi qafas ta’ żmien suffiċjenti biex il-manifatturi jiddisinjaw mill-ġdid il-prodotti soġġetti għal dan ir-Regolament. L-għażla taż-żmien tal-fażijiet għandha tkun b’tali mod li jiġi evitat kwalunkwe impatt negattiv fuq il-funzjonalitajiet tat-tagħmir fis-suq u li jitqiesu l-impatti tal-ispejjeż għall-utenti aħħarin u l-manifatturi, partikolarment l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju, filwaqt li tiġi żgurata l-kisba f'waqtha tal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. |
(19) |
Il-kejl tal-parametri rilevanti tal-prodotti għandu jitwettaq permezz ta’ metodi ta’ kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta’ kejl l-aktar avvanzati rikonoxxuti inklużi, fejn disponibbli, standards armonizzati adottati minn korpi Ewropej ta’ standardizzazzjoni, kif elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). |
(20) |
Skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, dan ir-Regolament għandu jispeċifika l-proċeduri applikabbli għall-valutazzjoni tal-konformità. |
(21) |
Sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli tal-konformità, il-manifatturi għandhom jipprovdu l-informazzjoni fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Annessi V u VI tad-Direttiva 2009/125/KE sa fejn dan it-tagħrif ikun relatat mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament. |
(22) |
Minbarra r-rekwiżiti legalment vinkolanti stabbiliti f’dan ir-Regolament, għandhom jiġu identifikati parametri ta’ referenza indikattivi għall-aqwa teknoloġiji disponibbli sabiex l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti soġġetti għal dan ir-Regolament tkun disponibbli b'mod mifrux u faċilment aċċessibbli. |
(23) |
Evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tqis b’mod partikolari x-xejra fil-bejgħ ta’ tipi ta’ lampi b'użi speċjali, sabiex jiġi żgurat li ma jintużawx barra l-applikazzjonijiet speċjali, u tal-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda bħal-LED u l-LED organiku. Għandha tivvaluta l-fattibilità li jiġu stabbiliti rekwiżiti għall-effiċjenza enerġetika fil-livell tal-klassi A kif iddefinit fir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 874/2012, jew, tal-anqas, fuq livell ta’ Klassi B għal lampi direzzjonali b'vultaġġ tal-mejnijiet (billi jitqiesu l-kriterji stipulati hawn taħt fit-Tabella 2 fil-punt 1.1. tal-Anness III). Għandha wkoll tivvaluta jekk ir-rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika għal lampi oħra bil-filament jistgħux ikunu konsiderevolment aktar stretti. L-evalwazzjoni għandha tivvaluta wkoll ir-rekwiżiti ta’ funzjonalità fir-rigward tal-indiċi tal-apparenza tal-kulur għal lampi LED. |
(24) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2009/125/KE, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti tal-elettriku ta’ tidwil li ġejjin:
(a) |
lampi direzzjonali; |
(b) |
lampi b'dajowd li jemetti d-dawl (LED); |
(c) |
tagħmir iddisinjat għall-istallazzjoni bejn il-mejnijiet u l-lampi, inkluż tagħmir ta’ kontroll tal-lampi, l-apparati ta’ kontroll u l-luminarji (minbarra ballasts u luminarji għal lampi fluworexxenti u dawk bi skariku elettriku ta’ intensità għolja); |
inkluż meta jkunu integrati fi prodotti oħrajn.
Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar il-prodott għal prodotti b'użu speċjali.
Il-moduli LED għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jekk huma kkummerċjalizzati bħala parti minn luminarji mqiegħda fis-suq f'inqas minn 200 unità fis-sena.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Flimkien mad-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/125/KE, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1. |
"tidwil" tfisser l-applikazzjoni ta’ dawl fuq xena, oġġetti jew l-ispazji madwarhom sabiex ikunu jistgħu jarawhom il-bnedmin; |
2. |
"tidwil ta’ aċċentwazzjoni" tfisser għamla ta’ tidwil ġenerali fejn id-dawl huwa f'direzzjoni li taċċentwa oġġett jew parti minn spazju; |
3. |
“prodott elettriku ta’ tidwil” tfisser prodott iddisinjat għall-użu bl-elettriku u maħsub għall-użu fit-tidwil ġenerali; |
4. |
"prodott b'użu speċjali" tfisser prodott li juża t-teknoloġiji koperti minn dan ir-Regolament iżda mhuwiex maħsub għall-użu fl-applikazzjonijiet speċjali minħabba l-parametri tekniċi tiegħu kif deskritti fid-dokumentazzjoni teknika. Applikazzjonijiet speċjali huma dawk li jesiġu parametri tekniċi mhux meħtieġa għall-finijiet ta’ tidwil ta’ xeni jew oġġetti komuni f'ċirkostanzi normali. Huma tat-tipi li ġejjin:
|
5. |
“sors tad-dawl” tfisser superfiċje ddisinjata jew oġġett iddisinjat biex primarjament jemettu radjazzjoni ottika viżibbli prodotta mit-trasformazzjoni tal-enerġija. It-terminu “viżibbli” jirreferi għal tul tal-mewġa ta’ 380-780 nm; |
6. |
"lampa" (inkluża "bozza") tfisser unità li l-prestazzjoni tagħha tista’ tiġi vvalutata indipendentement u li tikkonsisti minn sors wieħed jew aktar ta’ dawl. Tista’ tinkludi komponenti addizzjonali meħtieġa għall-attivazzjoni, il-provvista tal-elettriku jew il-funzjonament stabbli tal-unità jew għad-distribuzzjoni, il-filtrazzjoni jew it-trasformazzjoni tar-radjazzjoni ottika, f'każijiet fejn dawk il-komponenti ma jistgħux jitneħħew mingħajr ma jagħmlu ħsara permanenti lill-unità; |
7. |
“bażi tal-lampa” tfisser dik il-parti tal-lampa li tipprovdi konnessjoni mal-provvista tal-elettriku permezz ta’ ħowlder tal-lampa jew konnettur tal-lampa u li tista’ sservi wkoll biex iżżomm il-lampa fil-ħowlder tal-lampa; |
8. |
“ħowlder tal-lampa” jew "sokit" tfisser apparat li jżomm il-lampa f’postha, normalment billi jkollu l-bażi mdaħħla fiha, f’liema każ dan jipprovdi wkoll il-mezz biex iqabbad il-lampa mal-provvista tal-elettriku; |
9. |
“lampa direzzjonali” tfisser lampa li, tal-anqas, 80 % tad-dawl li titfa’ jkun f'angolu solidu ta’ π sr (li jikkorrispondi għal kon b'angolu ta’ 120°); |
10. |
“lampa mhux direzzjonali” tfisser lampa li mhijiex lampa direzzjonali; |
11. |
“lampa bil-filament” tfisser lampa li fiha d-dawl jiġi prodott permezz ta’ konduttur li jkun qisu ħajta, li jissaħħan sal-inkandexxenza bil-passaġġ ta’ kurrent elettriku. Il-lampa jista’ jkollha gassijiet li jinfluwenzaw il-proċess tal-inkandexxenza; |
12. |
“lampa inkandexxenti” tfisser lampa bil-filament li fiha l-filament jaħdem f’lampa evakwata jew ikun imdawwar b’gass inerti; |
13. |
“lampa aloġena (tat-tungstenu)” tfisser lampa bil-filament li fiha l-filament huwa magħmul mit-tungstenu u huwa mdawwar b'gass li fih l-aloġeni jew komposti tal-aloġenu; il-provvista tal-elettriku tagħhom tista’ tkun ġejja minn provvista integrata; |
14. |
“lampa bi skariku” tfisser lampa li fiha d-dawl jiġi prodott, b'mod dirett jew indirett, permezz ta’ skariku elettriku minn ġo gass, fwar metalliku jew taħlita ta’ diversi gassijiet u fwar; |
15. |
“lampa fluworexxenti” tfisser lampa bi skariku tat-tip bil-merkurju bi pressjoni baxxa li fiha l-biċċa l-kbira tad-dawl joħroġ minn saff wieħed jew iktar ta’ fosfru mqanqal mir-radjazzjoni ultravjola ġġenerata mill-iskariku. Lampi fluworexxenti jistgħu jiġu fornuti b'ballast integrat; |
16. |
“lampa fluworexxenti mingħajr ballast integrat” tfisser lampa fluworexxenti b’bażi waħda jew doppja mingħajr ballast integrat; |
17. |
“lampa bi skariku ta’ intensità għolja” tfisser lampa bi skariku li fiha l-ark li jipproduċi d-dawl jiġi stabbilizzat bit-temperatura tas-superfiċje tal-bożża u l-ark ikollu qawwa ta’ skariku superfiċjali ogħla minn 3 watts għal kull ċentimetru kwadru; |
18. |
“dajowd li jemetti d-dawl (LED)” tfisser sors tad-dawl li jikkonsisti minn apparat fi stat solidu li jinkorpora punt p-n ta’ materjal inorganiku. Il-punt jemetti radjazzjoni ottika meta mqanqal minn kurrent elettriku; |
19. |
“pakkett LED” tfisser assemblaġġ ta’ LED wieħed jew aktar. L-assemblaġġ jista’ jinkludi element ottiku u interfaċċji termali, mekkaniċi u elettriċi; |
20. |
“modulu LED” tfisser assemblaġġ li ma għandux bażi u li jinkorpora pakkett LED wieħed jew aktar fuq unità ta’ ċirkwit stampat. L-assemblaġġ jista’ jkollu komponenti elettriċi, ottiċi, mekkaniċi u termali, interfaċċji u tagħmir ta’ kontroll; |
21. |
“lampa LED ” tfisser lampa li tinkorpora modulu LED wieħed jew aktar. Il-lampa tista’ tkun mgħammra b'bażi; |
22. |
"tagħmir ta’ kontroll tal-lampa" tfisser apparat li jinsab bejn il-provvista tal-elettriku u lampa waħda jew aktar, li jipprovdi funzjonalità relatata mal-funzjonament tal-lampa/lampi, bħal dik li jittrasforma l-vultaġġ tal-provvista, jillimita l-kurrent tal-lampa/lampi sal-valur meħtieġ, jipprovdi l-vultaġġ ta’ attivazzjoni jew il-kurrent tat-tisħin ta’ qabel, jevita l-attivazzjoni kiesħa, jikkoreġi l-fattur ta’ potenza jew inaqqas l-interferenza tar-radju. L-apparat jista’ jkun iddisinjat biex ikun konness ma’ tagħmir ieħor ta’ kontroll tal-lampa sabiex iwettaq dawn il-funzjonijiet. It-terminu ma jinkludix:
|
23. |
“apparat ta’ kontroll” tfisser apparat mekkaniku jew elettroniku li jikkontrolla jew jimmonitorja l-fluss ta’ luminożità tal-lampa b'mezzi oħra għajr il-konverżjoni tal-enerġija, swiċċijiet bit-tajmer, sensuri ta’ preżenza, sensuri tad-dawl u apparati ta’ kontroll tad-dawl ta’ matul il-jum; Minbarra dan, id-dimmers bi qtugħ tal-fażi għandhom jitqiesu wkoll bħala apparati ta’ kontroll; |
24. |
“tagħmir estern ta’ kontroll tal-lampa” tfisser tagħmir ta’ kontroll tal-lampa mhux integrat, iddisinjat biex jiġi installat barra l-kontenitur tal-lampa jew tal-luminarja, jew biex jitneħħa mill-kontenitur mingħajr ma ssir ħsara permanenti lill-lampa jew lill-luminarja; |
25. |
"ballast" tfisser tagħmir ta’ kontroll tal-lampa mdaħħal bejn il-provvista u lampa waħda jew aktar bi skariku elettriku li, permezz ta’ induttanza, kapaċitanza jew kombinazzjoni ta’ induttanza u kapaċitanza, iservi l-aktar biex jillimita l-kurrent tal-lampa/lampi sal-valur meħtieġ; |
26. |
“tagħmir ta’ kontroll għal lampi aloġeni” tfisser tagħmir ta’ kontroll tal-lampi li jittrasforma l-vultaġġ tal-mejnijiet f’vultaġġ baxx ħafna għal-lampi aloġeni; |
27. |
“lampa fluworexxenti kumpatta” tfisser lampa fluworexxenti li tinkludi l-komponenti kollha meħtieġa biex tinxtegħl il-lampa u biex din taħdem b’mod stabbli; |
28. |
“luminarja” (inkluża "unità ta’ tidwil") tfisser apparat li jiddistribwixxi, jiffiltra jew jittrasforma d-dawl li jgħaddi minn lampa waħda jew aktar li jinkludi l-partijiet kollha meħtieġa biex isostnu, jiffissaw u jipproteġu l-lampi u, fejn meħtieġ, ċirkwiti awżiljarji flimkien mal-mezzi għall-konnessjoni tagħhom mal-provvista tal-elettriku; |
29. |
"utent aħħari" tfisser persuna fiżika li qed tixtri jew mistennija tixtri prodott għal finijiet li mhumiex fl-ambitu tal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha; |
30. |
"sid finali" tfisser il-persuna jew l-entità li tkun is-sid ta’ prodott matul il-fażi tal-użu taċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu, jew kwalunkwe persuna jew entità li taġixxi f'isem tali persuna jew entità. |
Għall-finijiet tal-Annessi III sa V, għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet stipulati fl-Anness II.
Artikolu 3
Rekwiżiti tal-ekodisinn
1. Il-prodotti elettriċi ta’ tidwil elenkati fl-Artikolu 1 għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-ekodisinn stipulati fl-Anness III, għajr meta jkunu prodotti b'użu speċjali.
Kull rekwiżit tal-ekodisinn għandu japplika skont il-fażijiet li ġejjin:
|
Fażi 1: l-1 ta’ Settembru 2013 |
|
Fażi 2: l-1 ta’ Settembru 2014 |
|
Fażi 3: l-1 ta’ Settembru 2016. |
Sakemm ma jiġix sostitwit ir-rekwiżit jew ikun speċifikat mod ieħor, kull rekwiżit għandu jkompli japplika flimkien mar-rekwiżiti l-oħrajn li jiġu introdotti fi stadji iktar ’il quddiem.
2. Mill-1 ta’ Settembru 2013, prodotti b'użi speċjali għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni stipulati fl-Anness I
Artikolu 4
Valutazzjoni tal-konformità
1. Il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE għandha tkun il-kontroll intern tad-disinn stipulat fl-Anness IV għal dik id-Direttiva jew is-sistema tal-ġestjoni stipulata fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva.
2. Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, il-fajl tad-dokumentazzjoni teknika għandu:
(a) |
jinkludi kopja tal-informazzjoni dwar il-prodott ipprovduta skont il-parti 3 tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament; |
(b) |
jipprovdi kwalunkwe informazzjoni oħra meħtieġa skont l-Annessi I, III u IV li għandha tkun preżenti fil-fajl ta’ dokumentazzjoni teknika; |
(c) |
jispeċifika tal-inqas kombinazzjoni realistika waħda ta’ konfigurazzjonijiet u kundizzjonijiet tal-prodott li bihom il-prodott jikkonforma ma’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 5
Proċedura ta’ verifika għall-finijiet ta’ sorveljanza tas-suq
L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika deskritta fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament meta jwettqu l-kontrolli ta’ sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE.
Artikolu 6
Parametri ta’ referenza indikattivi
Il-parametri ta’ referenza indikattivi għall-prodotti u teknoloġiji bl-aqwa prestazzjoni li jkunu disponibbli fis-suq fiż-żmien li jiġi adottat dan ir-Regolament huma stipulati fl-Anness V.
Artikolu 7
Reviżjoni
Il-Kummissjoni għandha tevalwa dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku mhux iktar tard minn tliet snin wara li jidħol fis-seħħ u tippreżenta r-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni lill-Forum Konsultattiv.
Artikolu 8
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.
(2) ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.
(3) ĠU L 374, 27.12.2006, p. 10.
(5) ĠU L 197, 24.7.2012, p. 38
(6) ĠU L 258, 26.9.2012, p. 1.
(8) ĠU L L 204, 21.7.1998, p. 37.
ANNESS I
Rekwiżiti ta’ informazzjoni għal prodotti b'użu speċjali
1. |
Jekk il-koordinati tal-kromatiċità ta’ lampa jaqgħu dejjem fil-medda li ġejja:
il-koordinati tal-kromatiċità għandhom jiġu ddikjarati fil-fajl ta’ dokumentazzjoni teknika mħejji għall-finijiet ta’ valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, li għandu jindika li, minħabba dawn il-koordinati, il-lampi jitqiesu bħala prodott b'użu speċjali |
2. |
Għall-prodotti kollha b'użu speċjali, l-użu maħsub għandu jitniżżel f’kull għamla ta’ informazzjoni dwar il-prodott, flimkien ma’ twissija li mhumiex maħsuba għall-użu f'applikazzjonijiet oħra. Il-fajl tad-dokumentazzjoni teknika mħejji għall-finijiet ta’ valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE għandu jelenka l-parametri tekniċi li, permezz tagħhom, id-disinn tal-prodott ikun speċifiku għall-użu maħsub iddikjarat. Jekk meħtieġ, il-parametri jistgħu jiġu elenkati b'tali mod li jevita l-iżvelar ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva marbuta mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-manifattur. Jekk il-prodott jitqiegħed fis-suq f'imballaġġ li jinkludi informazzjoni li għandha tintwera lill-utent aħħari b'mod viżibbli fuq l-imballaġġ qabel l-akkwist u fuq kwalunkwe għamla oħra ta’ informazzjoni dwar il-prodott għandha tiġi indikata b'mod ċar u prominenti l-informazzjoni li ġejja:
|
ANNESS II
Definizzjonijiet applikabbli għall-finijiet tal-Annessi III sa V
Għall-finijiet tal-Annessi III sa V, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“fluss ta’ luminożità” (Φ) tfisser il-kwantità derivata mill-fluss radjanti (potenza radjanti) bl-evalwazzjoni tar-radjazzjoni skont is-sensittività spettrali tal-għajn umana; Mingħajr speċifikazzjoni ulterjuri, dan it-terminu jirreferi għall-fluss inizjali ta’ luminożità; |
(b) |
“fluss inizjali ta’ luminożità” tfisser il-fluss ta’ luminożità ta’ lampa wara perjodu qasir ta’ funzjonament; |
(c) |
“fluss utli ta’ luminożità” (Φuse) tfisser il-parti tal-fluss ta’ luminożità ta’ lampa li taqa’ fi ħdan il-kon użat għall-ikkalkular tal-effiċjenza enerġetika tal-lampa fil-punt 1.1. tal-Anness III; |
(d) |
“intensità ta’ luminożità” (candela jew cd) tfisser il-kwozjent tal-fluss ta’ luminożità li jħalli s-sors u jixxerred fl-element ta’ angolu solidu li jinkludi d-direzzjoni mogħtija, mill-element ta’ angolu solidu; |
(e) |
“angolu tar-raġġ” tfisser l-angolu bejn żewġ linji immaġinarji fuq pjan li jaqsam l-assi tar-raġġ ottiku, b'tali mod li dawn il-linji jgħaddu miċ-ċentru tas-superfiċje ta’ quddiem tal-lampa u minn punti li fihom l-intensità tal-luminożità tkun ta’ 50 % tal-intensità tar-raġġ taċ-ċentru, fejn l-intensità tar-raġġ taċ-ċentru tkun il-valur tal-intensità tal-luminożità imkejla fuq l-assi tar-raġġ ottiku; |
(f) |
“kromatiċità” tfisser il-proprjetà ta’ stimolu ta’ kulur iddefinit mill-koordinati tal-kromatiċità tiegħu, jew mit-tul tal-mewġa dominanti jew komplementari u l-purità tiegħu meħuda flimkien; |
(g) |
“temperatura tal-kulur ikkorrelatata” (Tc [K]) tfisser it-temperatura ta’ radjatur Planckjan (korp iswed) li l-kulur ipperċepit tiegħu jixbaħ l-iktar lil dak ta’ stimolu partikolari bl-istess dija u taħt kundizzjonijiet speċifiċi ta’ osservazzjoni; |
(h) |
“apparenza tal-kulur” (Ra) tfisser l-effett ta’ mezz ta’ illuminazzjoni fuq id-dehra tal-kulur ta’ oġġetti b'paragun konxju jew subkonxju mad-dehra tal-kulur tagħhom taħt mezz ta’ illuminazzjoni ta’ referenza; |
(i) |
“konsistenza tal-kulur” tfisser id-devjazzjoni massima tal-koordinati tal-kromatiċità (x u y) ta’ lampa unika minn punt ċentrali tal-kromatiċità (cx u cy), espressa bħala d-daqs (fi stadji) tal-ellissi MacAdam iffurmat madwar il-punt ċentrali tal-kromatiċità (cx u cy). |
(j) |
“fattur ta’ manutenzjoni tal-lumen tal-lampa” (LLMF), tfisser il-proporzjon tal-fluss ta’ luminożità emess mil-lampa f'ħin partikolari fil-ħajja tagħha mal-fluss inizjali ta’ luminożità; |
(k) |
“fattur ta’ sopravivenza tal-lampa” (LSF) tfisser il-frazzjoni ddefinita tal-għadd totali ta’ lampi li jkomplu jaħdmu fi żmien stipulat taħt kundizzjonijiet u frekwenza ta’ kommutazzjoni ddefiniti; |
(l) |
“tul tal-ħajja ta’ lampa” tfisser il-ħin ta’ funzjonament li warajh il-frazzjoni tal-għadd totali ta’ lampi li jkomplu jaħdmu tikkorrispondi għall-fattur ta’ sopravivenza tal-lampa taħt kundizzjonijiet u frekwenza ta’ kommutazzjoni ddefiniti; Għal-lampi LED, it-tul tal-ħajja ta’ lampa tfisser il-ħin ta’ funzjonament bejn il-bidu tal-użu tagħhom u l-mument meta 50 % biss tal-għadd totali tal-lampi jibqħu jiffunzjonaw jew meta l-manutenzjoni medja tal-lumen tal-kampjun taqa’ taħt is-70 %, skont liema sseħħ l-ewwel; |
(m) |
“ħin ta’ attivazzjoni ta’ lampa” tfisser il-ħin meħtieġ, wara li jinxtegħel il-vultaġġ ta’ provvista, biex il-lampa tkun kompletament attivata u tibqa’ mixgħula; |
(n) |
“ħin ta’ tisħin tal-lampa” tfisser il-ħin meħtieġ wara l-attivazzjoni sabiex il-lampa temetti proporzjon definit tal-fluss stabbilizzat ta’ luminożità tagħha; |
(o) |
“fattur ta’ potenza” tfisser il-proporzjon tal-valur assolut tal-potenza attiva mal-valur tal-potenza apparenti taħt kundizzjonijiet perjodiċi, |
(p) |
“kontenut ta’ merkurju tal-lampa” tfisser il-kwantità tal-merkurju li jinsab fil-lampa; |
(q) |
“valur assenjat” huwa l-valur ta’ kwantità użat għall-finijiet ta’ speċifikazzjoni, stabbilit għal sett speċifikat ta’ kundizzjonijiet ta’ funzjonament ta’ prodott. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, ir-rekwiżiti kollha huma stabbiliti f'valuri assenjati; |
(r) |
“valur nominali” huwa l-valur ta’ kwantità użata biex jindika u jidentifika prodott; |
(s) |
“modalità ta’ ebda tagħbija” tfisser il-kundizzjoni ta’ tagħmir ta’ kontroll tal-lampa fejn ikun konness mal-vultaġġ ta’ provvista u fejn il-ħruġ tiegħu huwa skonness f'funzjonament normali mit-tagħbijiet primarji kollha permezz tas-swiċċ maħsub għal dan l-iskop (lampa difettuża jew nieqsa, jew skonnessjoni tat-tagħbija bi swiċċ ta’ sikurezza mhumiex funzjonament normali); |
(t) |
“modalità stennija” tfisser modalità ta’ tagħmir ta’ kontroll tal-lampa fejn il-lampi jiġu mitfija bl-għajnuna ta’ sinjal ta’ kontroll taħt kundizzjonijiet normali ta’ funzjonament. Din tapplika għal tagħmir ta’ kontroll tal-lampi b'funzjoni integrata ta’ attivazzjoni u li huwa mqabbad permanentement mal-vultaġġ tal-provvista waqt użu normali; |
(u) |
“sinjal ta’ kontroll” tfisser sinjal analoġiku jew diġitali trażmess lit-tagħmir ta’ kontroll mingħajr fili jew bil-fili kemm permezz ta’ modulazzjoni tal-vultaġġ f'kejbils separati ta’ kontroll jew permezz ta’ sinjal modulat fil-vultaġġ ta’ provvista; |
(v) |
“potenza fuq modalità stennija” tfisser il-potenza kkunsmata mit-tagħmir ta’ kontroll waqt modalità stennija; |
(w) |
“potenza ta’ ebda tagħbija” tfisser l-elettriku kkunsmat mit-tagħmir ta’ kontroll tal-lampa f'modalità ta’ ebda tagħbija; |
(x) |
“ċiklu ta’ kommutazzjoni” tfisser is-sekwenza biex tinxtegħel jew tintefa lampa f'intervalli stabbiliti; |
(y) |
“qtugħ prematur” tfisser meta l-lampa tasal fi tmiem il-ħajja tagħha wara perjodu ta’ funzjonament li huwa inqas mit-tul tal-ħajja assenjat fid-dokumentazzjoni teknika; |
(z) |
“skrin antirifless” tfisser regolatur reżistenti, mekkaniku jew ottiku, li jirrefletti jew le, iddisinjat biex jimblokka r-radjazzjoni viżibbli diretta emessa mis-sors ta’ dawl ta’ lampa direzzjonali, sabiex tiġi evitata l-għama parzjali (leħħ ta’ diżabbiltà) jekk tiġi osservata direttament minn osservatur. Ma jinkludix kisi tas-superfiċje ta’ sors tad-dawl f'lampa direzzjonali; |
(aa) |
“kompatibbiltà” tfisser li meta prodott huwa maħsub għall-istallazzjoni fi stallazzjoni, għall-inseriment fi prodott ieħor jew għall-konnessjoni miegħu permezz ta’ kuntatt fiżiku jew konnessjoni mingħajr fili,
|
ANNESS III
Rekwiżiti tal-ekodisinn
1. REKWIŻITI TAL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA
1.1. Rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika għal lampi direzzjonali
L-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI) huwa kkalkulat kif ġej u aġġustat sa żewġ punt deċimali:
fejn:
Pcor hija l-potenza assenjata mkejla għall-vultaġġ introdott nominali u kkoreġuta fejn xieraq skont it-Tabella 1. Fejn xieraq, il-fatturi tal-korrezzjoni jkunu kumulattivi.
Tabella 1
Fatturi ta’ korrezzjoni
Skop tal-korrezzjoni |
Potenza kkorreġuta (Pcor) |
Lampi li joperaw fuq tagħmir ta’ kontroll estern għal lampi aloġeni |
|
Lampi li joperaw fuq tagħmir ta’ kontroll estern għal lampi LED |
|
Lampi fluworexxenti b'dijametru ta’ 16 mm (lampi T5) u lampi fluworexxenti b'bażi unika 4-pin li joperaw fuq tagħmir ta’ kontroll estern għal lampi fluworexxenti |
|
Lampi oħra li joperaw fuq tagħmir ta’ kontroll estern għal lampi fluworexxenti |
|
Lampi li joperaw fuq tagħmir ta’ kontroll estern bi skariku elettriku ta’ intensità għolja |
|
Lampi fluworexxenti kumpatti b’indiċi tal-apparenza tal-kulur ≥ 90 |
|
Lampi bi skrin antirifless |
|
Pref hija l-potenza ta’ referenza miksuba minn fluss utli ta’ luminożità tal-lampa (Φuse) permezz tal-formula li ġejja:
Għall-mudelli b'Φuse ≥ 1 300 lumen:
Għall-mudelli b'Φuse ≥ 1 300 lumen:
Φuse hija ddefinita kif ġej:
— |
Lampi direzzjonali, għajr lampi bil-filament, b'angolu tar-raġġ ≥ 90° u li jinkludu twissija fuq l-imballaġġ tagħhom skont il-punt 3.1.2(j) ta’ dan l-Anness: il-fluss utli ta’ luminożità assenjat f'kon ta’ 120° (Φ120°) |
— |
Lampi direzzjonali oħra: fluss ta’ luminożità assenjat f'kon ta’ 90° (Φ90°) |
Lampi direzzjonali ta’ EEI massimu huwa indikat fit-Tabella 2.
Tabella 2
Data tal-applikazzjoni |
Indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI) massima |
|||
Mains-voltage filament lamps |
Lampi oħra bil-filament |
Lampi bi skariku ta’ intensità għolja |
Lampi oħra |
|
Fażi 1 |
Jekk Φuse ≤ 450 lm: 1,75 |
Jekk Φuse ≤ 450 lm: 1,20 Jekk Φuse ≤ 450 lm: 0,95 |
0,50 |
0,50 |
Fażi 2 |
1,75 |
0,95 |
0,50 |
0,50 |
Fażi 3 |
0,95 |
0,95 |
0,36 |
0,20 |
Fażi 3 għal lampi bil-filament b'vultaġġ tal-mejnijiet għandha tapplika biss jekk, mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2015, tkun prodotta evidenza mill-Kumissjoni permezz ta’ valutazzjoni dettaljata tas-suq u li tkun ikkomunikata lill-Forum Konsultattiv li hemm lampi b'vultaġġ tal-mejnijiet fis-suq li huma:
— |
konformi mar-rekwiżit ta’ EEI massimu fil-fażi 3, |
— |
bi prezz raġonevoli f'termini li ma jinvolvux spejjeż eċċessivi għall-biċċa l-kbira tal-utenti aħħarin, |
— |
ekwivalenti b'mod wiesa', f'termini ta’ parametri ta’ funzjonalità rilevanti għall-konsumatur, għal lampi bil-filament b'vultaġġ tal-mejnijiet disponibbli fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, inkluż f'termini ta’ flussi ta’ luminożità li jkopru l-firxa sħiħa ta’ flussi ta’ luminożità ta’ referenza elenkati fit-Tabella 6, |
— |
kompatibbli ma’ tagħmir iddisinjat għall-istallazzjoni bejn il-mejnijiet u l-bozoz bil-filament disponibbli fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament skont ir-rekwiżiti l-aktar avvanzati għall-kompatibbiltà. |
1.2. Rekwiżiti ta’ effiċjenza enerġetika għal tagħmir ta’ kontroll tal-lampa
Sa mill-fażi 2, il-potenza waqt modalità ta’ ebda tagħbija ta’ tagħmir ta’ kontroll tal-lampa maħsub għall-użu bejn il-mejnijiet u l-iswiċċ biex tinxtegħel/tintefa’ l-modalità ta’ tagħbija ma għandhiex tissupera 1,0 W. Sa mill-fażi 3, il-limitu għandu jkun 0,50 W. Għal tagħmir ta’ kontroll tal-lampa b'potenza ta’ ħruġ (P) akbar minn 250 W, il-limiti tal-potenza waqt modalità ta’ ebda tagħbija għandhom jiġu mmultiplikati b’ p/250 W
Sa mill-fażi 3, il-potenza waqt modalità stennija ta’ tagħmir ta’ kontroll tal-lampa ma għandhiex taqbeż 0,50 W.
Sa mill-fażi 2, l-effiċjenza ta’ tagħmir ta’ kontroll għal lampi aloġeni għandha tkun mill-inqas 0,91 għal tagħbija ta’ 100 %
2. REKWIŻITI TA’ FUNZJONALITÀ
2.1. Rekwiżiti ta’ funzjonalità għal lampi direzzjonali għajr lampi LED
Ir-rekwiżiti ta’ funzjonalità tal-lampi huma stabbiliti fit-Tabella 3 għal lampi fluworexxenti kumpatti direzzjonali u fit-Tabella 4 għal lampi direzzjonali għajr il-lampi fluworexxenti kumpatti, lampi LED u lampi bi skariku ta’ intensità għolja.
Tabella 3
Rekwiżiti tal-funzjonalità għal lampi fluworexxenti kumpatti direzzjonali
Parametru ta’ funzjonalità |
Fażi 1 except where indicated otherwise |
Fażi 3 |
Fattur ta’ sopravivenza tal-lampa għal-6 000 siegħa |
Mill-1 ta’ Marzu 2014: ≥ 0,50 |
≥ 0.70 |
Manutenzjoni tal-lumen |
Għal 2 000 siegħa: ≥ 80 % |
Għal 2 000 siegħa: ≥ 83 % Għal 6 000 siegħa: ≥ 70 % |
L-għadd ta’ ċikli ta’ kommutazzjoni qabel iseħħ il-qtugħ |
≥ nofs it-tul tal-ħajja ta’ lampa mfisser f’sigħat 10 000 jekk il-ħin ta’ attivazzjoni tal-lampa > 0,3 sekonda |
≥ it-tul tal-ħajja tal-bozza mfisser f’sigħat ≥ 30 000 jekk il-ħin ta’ attivazzjoni tal-lampa > 0,3 sekonda |
Ħin ta’ attivazzjoni |
< 2.0 sekondi |
< 1,5 sekondi jekk P < 10W < (1,0) sekonda jekk P ≥ 10W |
Il-ħin ta’ tisħin tal-lampa sa 60 % Φ |
< 40 sekonda jew < 100 sekonda għal lampi li fihom il-merkurju fl-għamla ta’ amalgama |
< 40 sekonda jew < 100 sekonda għal lampi li fihom il-merkurju fl-għamla ta’ amalgama |
Rata ta’ qtugħ prematur |
≤ 5,0 % għal 500 siegħa |
≤ 5,0 % għal 1 000 siegħa |
Fattur tal-potenza tal-lampa għal lampi b'tagħmir ta’ kontroll integrat |
≥ 0,50 jekk P < 25W ≥ 0,90 jekk P ≥ 25W |
≥ 0,55 jekk P < 25W ≥ 0,90 jekk P ≥ 25W |
Apparenza tal-kulur (Ra) |
≥ 80 ≥ 65 jekk il-lampa tkun maħsuba għal applikazzjonijiet fuq barra jew industrijali skont il-punt 3.1.3(l) ta’ dan l-Anness |
≥ 80 ≥ 65 jekk il-lampa tkun maħsuba għal applikazzjonijiet fuq barra jew industrijali skont il-punt 3.1.3(l) ta’ dan l-Anness |
F'każ li l-bażi tal-lampa tkun tat-tip standardizzat użat ukoll b'lampi bil-filament, il-lampa għandha tikkonforma, sa mill-fażi 2, ma’ rekwiżiti mill-aktar avvanzati għal kompatibbiltà ma’ tagħmir iddisinjat għall-istallazzjoni bejn il-mejnijiet u l-lampi bil-filament.
Tabella 4
Rekwiżiti tal-funzjonalità għal lampi direzzjonali oħra (għajr lampi LED, lampi fluworexxenti kumpatti u lampi bi skariku ta’ intensità għolja)
Parametru ta’ funzjonalità |
Fażi 1 u 2 |
Fażi 3 |
Tul ta’ ħajja assenjat għal sopravivenza tal-lampa ta’ 50 % |
≥ 1 000 siegħa (≥ 2 000 siegħa fil-fażi 2) ≥ 2 000 siegħa għal bozoz b’ vultaġġ baxx ħafna li ma jikkonformawx mar-rekwiżit tal-fażi 3 ta’ effiċjenza tal-lampa bil-filament fil-punt 1.1 ta’ dan l-Anness |
≥ 2 000 siegħa ≥ 4 000 siegħa għal lampi b'vultaġġ baxx ħafna |
Manutenzjoni tal-lumen |
≥ 80 % għal 75% tat-tul tal-ħajja medju assenjat |
≥ 80 % għal 75% tat-tul tal-ħajja medju assenjat |
Għadd taċ-ċikli ta’ kommutazzjoni |
≥ erba’ darbiet it-tul tal-ħajja assenjat imfisser f’sigħat |
≥ erba’ darbiet it-tul tal-ħajja assenjat imfisser f’sigħat |
Ħin ta’ attivazzjoni |
< 0,2 sekonda |
< 0,2 sekonda |
Il-ħin ta’ tisħin tal-lampa sa 60 % Φ |
≤ 1,0 sekonda |
≤ 1,0 sekonda |
Rata ta’ qtugħ prematur |
≤ 5,0 % għal 100 siegħa |
≤ 5,0 % għal 200 siegħa |
Fattur tal-potenza tal-lampa għal lampi b'tagħmir ta’ kontroll integrat |
Potenza > 25W: ≥ 0,9 Potenza ≤ 25 W: ≥ 0,5 |
Potenza > 25W: ≥ 0,9 Potenza ≤ 25 W: ≥ 0,5 |
2.2. Rekwiżiti ta’ funzjonalità għal lampi LED mhux direzzjonali u dawk direzzjonali
Ir-rekwiżiti ta’ funzjonalità tal-lampi huma stipulati fit-Tabella 5 kemm għal lampi LED mhux direzzjonali kif ukoll dawk direzzjonali
Tabella 5
Rekwiżiti ta’ funzjonalità għal lampi LED mhux direzzjonali u dawk direzzjonali
Parametru ta’ funzjonalità |
Rekwiżit sa mill-fażi 1, għajr fejn indikat mod ieħor |
Fattur ta’ sopravivenza tal-lampa għal-6 000 siegħa |
Mill-1 ta’ Marzu 2014: ≥ 0,90 |
Manutenzjoni tal-lumen għal 6 000 siegħa |
Mill-1 ta’ Marzu 2014: ≥ 0,80 |
L-għadd ta’ ċikli ta’ kommutazzjoni qabel iseħħ il-qtugħ |
≥ 15 000 jekk it-tul tal-ħajja assenjat tal-bozza ≥ 30 000 siegħa inkella. ≥ nofs it-tul tal-ħajja assenjat ta’ lampa mfisser f’sigħat |
Ħin ta’ attivazzjoni |
0,5 sekonda |
Il-ħin ta’ tisħin tal-lampa sa 95% Φ |
2 sekondi |
Rata ta’ qtugħ prematur |
≤ 5,0 % sa 1 000 siegħa |
Apparenza tal-kulur (Ra) |
≥ 80 ≥ 65 jekk il-lampa tkun maħsuba għal applikazzjonijiet fuq barra jew industrijali skont il-punt 3.1.3(l) ta’ dan l-Anness |
Konsistenza tal-kulur |
Varjazzjoni tal-koordinati tal-kromatiċità fi ħdan l-ellissi MacAdam ta’ sitt stadji jew anqas |
Fattur tal-potenza (PF) tal-lampa b'tagħmir ta’ kontroll integrat |
P ≤ 2W: l-ebda rekwiżit 2W < P ≤ 5W: PF > 0,4 5W < P ≤ 25W: PF > 0,5 P ≤ 25W: PF > 0,9 |
Jekk il-bażi tal-lampa tkun tat-tip standardizzat li jintuża wkoll ma’ lampi bil-filament, il-lampa għandha tikkonforma, sa mill-fażi 2, mar-rekwiżiti l-aktar avvanzati għal kompatibbiltà ma’ tagħmir iddisinjat għall-istallazzjoni bejn il-mejnijiet u l-lampi bil-filament.
2.3. Rekwiżit ta’ funzjonalità għal tagħmir iddisinjat għall-istallazzjoni bejn il-mejnijiet u l-lampi
Sa mill-fażi 2, tagħmir iddisinjat għall-istallazzjoni bejn il-mejnijiet u l-lampi għandu jikkonforma mar-rekwiżiti l-aktar avvanzati għall-kompatibbiltà mal-lampi li l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika tagħhom (ikkalkulat kemm għal-lampi direzzjonali kif ukoll dawk mhux direzzjonali skont il-metodu stabbilit fil-punt 1.1 ta’ dan l-Anness) ma jaqbiżx:
— |
0,24 għal lampi mhux direzzjonali (jekk jitqies li Φuse = il-fluss ta’ luminożità assenjat totali); |
— |
0,40 għal-lampi direzzjonali. |
Meta apparat ta’ kontroll tal-intensità tad-dawl jiġi mixgħul fuq il-konfigurazzjoni l-aktar baxxa ta’ kontroll tiegħu li biha jikkunsmaw l-elettriku l-lampi mħaddma, il-lampi mħaddma għandhom jemettu mill-inqas 1 % tal-fluss ta’ luminożità tagħhom fuq tagħbija sħiħa.
Meta titqiegħed luminarja fis-suq bil-ħsieb li tiġi kkummerċjalizzata lill-utenti aħħarin u, mal-luminarja, jiġu inklużi lampi li jistgħu jiġu sostitwiti mill-utenti aħħarin, dawn il-lampi għandhom ikunu ta’ waħda miż-żewġ ogħla klassijiet ta’ enerġija, skont ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2012, li għalihom il-luminarja tkun ittikkettata bħala kompatibbli magħhom.
3. REKWIŻITI TA’ INFORMAZZJONI DWAR IL-PRODOTT
3.1. Rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar il-prodott għal lampi direzzjonali
L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi pprovduta sa mill-fażi 1, għajr fejn stipulat mod ieħor.
Dawn ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni ma japplikawx għal:
— |
lampi bil-filament li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ effikaċja tal-Fażi 2; |
— |
moduli LED meta jkunu kkummerċjalizzati bħala parti minn luminarja fejn mhuwiex maħsub li jitneħħew minnha mill-utent aħħari. |
Fil-forom kollha ta’ informazzjoni dwar il-prodott, it-terminu “lampa li tiffranka l-enerġija”, jew kwalunkwe dikjarazzjoni promozzjonali relatata ma’ prodott dwar l-effikaċja tal-lampa, jista’ jintuża biss jekk l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika ta’ lampa (ikkalkulat skont il-metodu stipulat fil-punt 1.1 ta’ dan l-Anness) huwa 0,40 jew inqas.
3.1.1. Informazzjoni li għandha tidher fuq il-lampa nnifisha
Għal lampi għajr dawk bi skariku elettriku ta’ intensità għolja, il-valur u l-unità (“lm”, “K” u “°”) tal-fluss nominali utli ta’ luminożità, tat-temperatura tal-kulur u tal-angolu nominali tar-raġġ għandhom jinterew, b'karattri li jinqraw faċilment, fuq is-superfiċje tal-lampa jekk, wara l-inklużjoni tal-informazzjoni relatata mas-sikurezza bħall-potenza u l-vultaġġ, ikun hemm spazju biżżejjed għaliha fuq il-lampa mingħajr ma tostakola żżejjed id-dawl li ħiereġ mil-lampa.
Jekk hemm lok għal wieħed biss mit-tliet valuri, għandu jiġi pprovdut il-fluss nominali utli ta’ luminożità. Jekk hemm lok għal żewġ valuri, għandhom jiġu pprovduti l-fluss nominali utli ta’ luminożità u t-temperatura tal-kulur.
3.1.2. Informazzjoni li għandha tintwera lill-utenti aħħarin b'mod viżibbli fuq l-imballaġġ u fuq siti tal-internet b’aċċess mingħajr ħlas qabel jinxtara l-prodott.
L-informazzjoni fil-paragrafi (a) sa (o) hawn taħt għandha tintwera fuq siti tal-internet b’aċċess mingħajr ħlas u fi kwalunkwe għamla meqjusa bħala xierqa mill-manifattur.
Jekk il-prodott jitqiegħed fis-suq f'imballaġġ li jinkludi informazzjoni li għandha tintwera b'mod viżibbli lill-utenti aħħarin qabel jinxtara l-prodott, l-informazzjoni għandha tiġi indikata wkoll b'mod ċar u prominenti fuq l-imballaġġ.
L-informazzjoni ma għandiex bżonn tinkludi l-kliem eżatt li jinsab fuq il-lista hawn taħt. Tista’ tintwera fl-għamla ta’ grafika, illustrazzjonijiet jew simboli, minflok fi kliem.
(a) |
Il-fluss nominali utli ta’ luminożità muri f’karattru li jkun mill-inqas darbtejn akbar minn kwalunkwe indikazzjoni tal-potenza nominali tal-lampa; |
(b) |
It-tul tal-ħajja nominali tal-lampa f'sigħat (mhux itwal mit-tul tal-ħajja assenjat); |
(c) |
It-temperatura tal-kulur, bħala valur fi gradi Kelvin u muri wkoll b'mod grafiku jew fi kliem; |
(d) |
L-għadd ta’ ċikli ta’ kommutazzjoni qabel il-qtugħ prematur; |
(e) |
Il-ħin ta’ tisħin sa 60 % tal-ħruġ sħiħ tad-dawl (jista’ jiġi indikat bħala “dawl sħiħ immedjat” jekk ikun inqas minn sekonda); |
(f) |
Twissija dwar jekk id-dawl tal-lampa jistax jitbaxxa, jew jekk dan jistax jitbaxxa b’dimmers speċifiċi biss; fil-każ ta’ dan tal-aħħar għandha tiġi pprovduta wkoll lista ta’ dimmers kompatibbli fuq il-websajt tal-manifattur; |
(g) |
Jekk iddisinjati għall-aħjar użu f’kundizzjonijiet mhux standard (bħal temperatura ambjentali Ta ≠ 25 °C jew tkun meħtieġa gestjoni termali speċifika), informazzjoni dwar dawk il-kundizzjonijiet; |
(h) |
Id-dimensjonijiet tal-lampa f’millimetri (it-tul u l-akbar dijametru); |
(i) |
Angolu nominali tar-raġġ fi gradi; |
(j) |
Jekk l-angolu tar-raġġ jkun ≥ 90° u l-fluss utli ta’ luminożità tiegħu, kif iddefinit fil-punt 1.1 ta’ dan l-Anness, għandu jitkejjel f'kon ta’ 120°, twissija li l-lampa mhijiex adattata għat-tidwil ta’ aċċentwazzjoni; |
(k) |
Jekk bażi tal-lampa tkun tat-tip standardizzat li tintuża wkoll b'lampi bil-filament, iżda d-dimensjonijiet tal-lampa jkunu differenti mid-dimensjonijiet tal-lampa/lampi bil-filamenent li suppost għandha/għandhom tiġi/jiġu sostitwita/i mil-lampa, illustrazzjoni li tqabbel id-dimensjonijiet tal-lampa mad-dimensjonijiet tal-lampa/lampi bil-filament li qed tissostitwixxi; |
(l) |
Indikazzjoni li l-lampa tkun tat-tip elenkat fl-ewwel kolonna tat-Tabella 6 tista’ tinwera biss jekk il-fluss ta’ luminożità tal-lampa f'kon ta’ 90°(Φ90°) mhuwiex inqas mill-fluss ta’ luminożità ta’ referenza indikat fit-Tabella 6 għall-iżgħar “wattage” fost il-lampi tat-tip ikkonċernat. Il-fluss ta’ luminożità ta’ referenza għandu jiġi mmultiplikat bil-fattur ta’ korrezzjoni fit-Tabella 7. Għal-lampi LED, dan għandu jiġi mmultiplikat ukoll bil-fattur ta’ korrezzjoni fit-Tabella 8; |
(m) |
Dikjarazzjoni ta’ ekwivalenza li tinvolvi l-potenza ta’ lampa sostitwita tista’ tintwera biss jekk it-tip ta’ lampa tkun elenkata fit-Tabella 6 u jekk il-fluss ta’ luminożità tal-lampa f'kon ta’ 90° (Φ90°) mhuwiex inqas mill-fluss ta’ luminożità ta’ referenza korrispondenti fit-Tabella 6. Il-fluss ta’ luminożità ta’ referenza għandu jiġi mmultiplikat bil-fattur ta’ korrezzjoni fit-Tabella 7. Għal-lampi LED, dan għandu jiġi mmultiplikat ukoll bil-fattur ta’ korrezzjoni fit-Tabella 8. Il-valuri intermedji kemm għall-fluss ta’ luminożità kif ukoll għall-potenza ekwivalenti ddikjarata tal-lampa (imqarrba għall-eqreb (1)W) għandhom jiġu kkalkulati b'interpolazzjoni lineari bejn iż-żewġ valuri li jkunu qrib xulxin. Tabella 6 Fluss ta’ luminożità għal dikjarazzjonijiet ta’ ekwivalenza
Tabella 7 Fatturi ta’ multiplikazzjoni għall-manutenzjoni tal-lumen
Tabella 8 Fatturi ta’ multiplikazzjoni għal lampi LED
Jekk il-lampa jkun fiha l-merkurju: |
(n) |
Il-kontenut ta’ merkurju tal-lampa bħala X,X mg; |
(o) |
Indikazzjoni ta’ liema websajt għandu jiġi kkonsultat f’każ li lampa tinkiser b'mod aċċidentali sabiex jinstabu istruzzjonijiet dwar kif għandhom jitnaddfu l-fdalijiet tal-lampa. |
3.1.3. Informazzjoni li għandha tkun pubblikament disponibbli fuq siti tal-internet aċċessibbli mingħajr ħlas u fi kwalunkwe għamla oħra meqjusa bħala xierqa mill-manifattur
Bħala minimu, l-informazzjoni li ġejja għanda tintwera, mill-inqas, bħala valuri.
(a) |
L-informazzjoni speċifikata fil-punt 3.1.2; |
(b) |
Potenza assenjata (preċiżjoni ta’ 0,1 W); |
(c) |
Fluss utli ta’ luminożità assenjat; |
(d) |
Tul ta’ ħajja assenjat tal-lampa; |
(e) |
Fattur ta’ potenza tal-lampa; |
(f) |
Fattur ta’ manutenzjoni tal-lumen fi tmiem it-tul tal-ħajja nominali (għajr għal lampi bil-filament); |
(g) |
Ħin ta’ attivazzjoni (f'X.X sekonda/i); |
(h) |
Colour rendering; |
(i) |
Konsistenza tal-kulur (għal LEDs biss); |
(j) |
Intensità massima assenjata f’candela (cd); |
(k) |
Angolu tar-raġġ assenjat; |
(l) |
Jekk maħsuba għall-użu f'applikazzjonijiet fuq barra jew industrijali, indikazzjoni f'dan is-sens; |
(m) |
Distribuzzjoni tal-potenza spettrali fil-medda ta’ 180-800 nm; Jekk il-lampa jkun fiha l-merkurju: |
(n) |
Struzzjonijiet dwar kif għandhom jitnaddfu l-fdalijiet tal-lampa f’każ li tinkiser b'mod aċċidentali; |
(o) |
Rakkomandazzjonijiet dwar kif għanda tintrema lampa, fi tmiem il-ħajja tagħha, għar-riċiklaġġ skont id-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) |
3.2. Rekwiżiti addizzjonali ta’ informazzjoni dwar il-prodott għal lampi LED li jissostitwixxu lampi fluworexxenti mingħajr ballast integrat
Sa mill-fażi 1, minbarra r-rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar il-prodott skont il-punt 3.1 ta’ dan l-Anness jew il-punt 3.1 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 244/2009, il-manifatturi ta’ lampi LED li jissostitwixxu lampi fluworexxenti mingħajr ballast integrat għandhom jippubblikaw twissija, fuq siti tal-internet pubblikament aċċessibbli mingħajr ħlas jew fi kwalunkwe għamla oħra meqjusa bħala xierqa, li l-effiċjenza enerġetika kumplessiva u d-distribuzzjoni tad-dawl ta’ kwalunkwe stallazzjoni li tuża dawn il-lampi huma ddeterminati mid-disinn tal-istallazzjoni.
Dikjarazzjonijiet li lampa LED tissostitwixxi lampa fluworexxenti mingħajr ballast integrat ta’ “wattage” partikolari jistgħu jsiru biss jekk:
— |
l-intensità tal-luminożità fi kwalunkwe direzzjoni madwar l-assi tat-tubu ma tiddevjax b'aktar minn 25 % tal-intensità medja ta’ luminożità madwar it-tubu, u |
— |
il-fluss ta’ luminożità tal-lampa LED mhuwiex inqas mill-fluss ta’ luminożità tal-lampa fluworexxenti tal-“wattage” iddikjarat. Il-fluss ta’ luminożità tal-lampa fluworexxenti għandu jinkiseb bil-multiplikazzjoni tal-“wattage” iddikjarat bil-valur minimu ta’ effikaċja tal-luminożità korrispondenti għal-lampa fluworexxenti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 245/2009 (2), u |
— |
il-“wattage” tal-lampa LED mhuwiex ogħla mill-“wattage” tal-lampa fluworexxenti ddikjarata li ħa tiġi sostwità minnha. |
Il-fajl tad-dokumentazzjoni teknika għandu jipprovdi d-dejta li tappoġġa tali dikjarazzjonijiet.
3.3. Rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar il-prodott għal tagħmir għajr il-luminarji iddisinjati għall-istallazzjoni bejn il-mejnijiet u l-lampi
Sa mill-fażi 2, jekk it-tagħmir ma jipprovdi l-ebda kompatibbiltà ma’ ebda lampa li tiffranka l-enerġija skont il-parti 2.3 ta’ dan l-Anness, għandha tiġi ppubblikata twissija li t-tagħmir mhuwiex kompatibbli ma’ lampi li jiffrankaw l-enerġija fuq siti tal-internet pubblikament disponibbli u aċċessibbli mingħajr ħlas u fi kwalunkwe għamla oħra meqjusa bħala xierqa mill-manifattur.
3.4. Rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar il-prodott għal tagħmir ta’ kontroll tal-lampa
Sa mill-fażi 2, l-informazzjoni li ġejja għandha tiġi ppubblikata fuq websajts disponibbli għall-pubbliku u mingħajr ħlas u fi kwalunkwe għamla oħra li l-manifattur iqis bħala xierqa:
— |
Indikazzjoni li l-prodott huwa maħsub għall-użu bħala tagħmir ta’ kontroll tal-lampa; |
— |
Jekk applikabbli, l-informazzjoni li l-prodott jista’ jitħaddem f'modalità ta’ ebda tagħbija. |
ANNESS IV
Proċedura ta’ verifika għall-finijiet ta’ sorveljanza tas-suq
Meta jitwettqu l-verifiki ta’ sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċeduri ta’ verifika elenkati f'dan l-Anness. L-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq għandhom jipprovdu l-informazzjoni dwar ir-riżultati tat-testijiet lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw proċeduri ta’ kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi ta’ kejl l-aktar avvanzati ġeneralment rikonoxxibbli, inklużi l-metodi stipulati f’dokumenti li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dak il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
1. PROĊEDURA TA’ VERIFIKA GĦAL LAMPI GĦAJR LAMPI LED U GĦAL LAMPI LED LI JKUNU MAĦSUBA LI JIĠU SOSTIWITI FIL-LUMINARJA MILL-UTENT AĦĦARI
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw kampjun ta’ għadd minimu ta’ għoxrin lampa tal-istess mudell mill-istess manifattur miksub, fejn possibbli, fi proporzjon ugwali minn erba’ sorsi magħżula b'mod aleatorju, sakemm mhux speċifikat mod ieħor fit-Tabella 9.
Il-mudell għandu jitqies bħala konformi mar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament jekk:
(a) |
il-lampi fil-kampjun ikunu akkumpanjati mill-informazzjoni meħtieġa u korretta dwar il-prodott, u |
(b) |
il-lampi fil-kampjun jinsabu li jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ kompatibbiltà tal-punti 2.1 u 2.2 tal-Anness III, bl-applikazzjoni tal-metodi l-aktar avvanzati u l-kriterji għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà, inklużi dawk stipulati f’dokumenti li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dak il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u |
(c) |
l-ittestjar tal-parametri tal-lampi fil-kampjun elenkat fit-Tabella 9 ma juri l-ebda nuqqas ta’ konformità għal kwalunkwe wieħed mill-parametri. |
Tabella 9
Parametru |
Proċedura |
||||
Fattur ta’ sopravivenza tal-lampa wara 6 000 siegħa (għal-lampi LED) |
It-test għandu jintemm
liema minnhom iseħħ l-ewwel. Konformità: għadd massimu ta’ żewġ lampi minn kull 20 fil-kampjun għat-test jistgħu jinqatgħu qabel l-għadd ta’ sigħat meħtieġ. Nuqqas ta’ konformità: kwalunkwe każ ieħor. |
||||
L-għadd ta’ ċikli ta’ kommutazzjoni qabel iseħħ il-qtugħ |
It-test għandu jintemm meta jintlaħaq l-għadd meħtieġ ta’ ċikli ta’ kommutazzjoni, jew meta aktar minn lampa waħda minn kull 20 lampa f'kampjun tat-test jilħqu t-tmiem tal-ħajja tagħhom, liema minnhom iseħħ l-ewwel. Konformità: mill-inqas 19 minn kull 20 lampa fil-kampjun ma jkollhom l-ebda qtugħ wara li jintlaħaq l-għadd meħtieġ ta’ cikli ta’ kommutazzjoni. Nuqqas ta’ konformità: kwalunkwe każ ieħor. |
||||
Ħin ta’ attivazzjoni |
Konformità: il-ħin medju ta’ attivazzjoni tal-lampi fil-kampjun tat-test mhuwiex ogħla mill-ħin ta’ attivazzjoni meħtieġ b'10 % miżjud miegħu, u l-ebda lampa fil-kampjun ma għandha ħin ta’ attivazzjoni itwal mid-doppju tal-ħin ta’ attivazzjoni meħtieġ. Nuqqas ta’ konformità: kwalunkwe każ ieħor. |
||||
Il-ħin ta’ tisħin tal-lampa sa 60 % Φ |
Konformità: il-ħin medju ta’ tisħin tal-lampi fil-kampjun tat-test mhuwiex ogħla mill-ħin ta’ tisħin meħtieġ b'10 % miżjud miegħu, u l-ebda lampa fil-kampjun ma għandha ħin ta’ tisħin itwal mill-ħin ta’ tisħin meħtieġ immultiplikat b'1,5. Nuqqas ta’ konformità: kwalunkwe każ ieħor. |
||||
Rata ta’ qtugħ prematur |
It-test għandu jintemm
Konformità: għadd massimu ta’ lampa minn kull 20 fil-kampjun għat-test li taqta’ qabel l-għadd ta’ sigħat meħtieġ. Nuqqas ta’ konformità: kwalunkwe każ ieħor. |
||||
Apparenza tal-kulur (Ra) |
Konformità: l-Ra medja tal-lampi fil-kampjun mhijiex aktar baxxa minn tliet punti taħt il-valur meħtieġ, u l-ebda lampa fil-kampjun ma għandha valur Ra li huwa ogħla minn 3,9 punti taħt il-valur meħtieġ. Nuqqas ta’ konformità: kwalunkwe każ ieħor. |
||||
Manutenzjoni tal-lumen fi tmiem il-ħajja u tul tal-ħajja assenjat (għal lampi LED biss) |
Għal dawn il-finijiet, "tmiem il-ħajja" għandu jfisser il-waqt f'perjodu ta’ żmien meta 50 % biss tal-lampi jkunu pproġettati li jibqgħu jaħdmu jew meta il-manutenzjoni medja tal-lumen tal-kampjun hija pproġettata li taqa’ taħt 70 %, liema minnhom ikun proġettat li jseħħ l-ewwel. Konformità: il-manutenzjoni tal-lumen fi tmiem il-ħajja u l-valuri tul il-ħajja miksuba bl-estrapolazzjoni mill-fattur ta’ sopravivenza tal-lampa u mill-manutenzjoni medja tal-lumen tal-lampi fil-kampjun għal 6 000 siegħa mhumiex aktar baxxi, rispettivament, mill-manutenzjoni tal-lumen u l-valuri tat-tul tal-ħajja assenjati ddikjarati fl-informazzjoni dwar il-prodott b'10 % imnaqqsa minnhom. Nuqqas ta’ konformità: kwalunkwe każ ieħor. |
||||
Dikjarazzjonijiet ta’ ekwivalenza għal lampi mmodifikati (retrofit) skont il-punti 3.1.2(l) u (m) tal-Anness III |
Jekk għall-fini tal-konformità tkun vverifikata biss id-dikjarazzjoni ta’ ekwivalenza, jeħtieġ biss li jiġu ttestjati 10 lampi, possibbilment miksuba b'mod approssimattiv minn hemm sorsi magħżula b'mod aleatorju. Konformità: ir-riżultati medji tal-lampi fil-kampjun ma jvarjawx mil-limitu, parametru jew valuri ddikjarati b'iktar minn 10 %. Nuqqas ta’ konformità: kwalunkwe każ ieħor. |
||||
Angolu tar-raġġ |
Konformità: ir-riżultati medji tal-lampi fil-kampjun ma jvarjawx mill-angolu tar-raġġ iddikjarat b'aktar minn 25 % u l-valur tal-angolu tar-raġġ ta’ kull lampa individwali fil-kampjun ma jiddevjax b'aktar minn 25 % tal-valur assenjat. Nuqqas ta’ konformità: kwalunkwe każ ieħor. |
||||
Intensità massima |
Konformità: l-intensità massima ta’ kull lampa individwali fil-kampjun mhijiex inqas minn 75 % tal-intensità assenjata tal-mudell. Nuqqas ta’ konformità: kwalunkwe każ ieħor. |
||||
Parametri oħra (inkluż l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika) |
Konformità: ir-riżultati medji tal-lampi fil-kampjun ma jvarjawx mil-limitu, parametru jew valuri ddikjarati b'iktar minn 10 %. Nuqqas ta’ konformità: kwalunkwe każ ieħor. |
Fi kwalunkwe każ ieħor, il-mudell għandu jitqies li ma jikkonformax.
2. PROĊEDURA TA’ VERIFIKA GĦAL MODULI LED MHUX MAĦSUBA GĦAT-TNEĦĦIJA MIL-LUMINARJA MILL-UTENTI AĦĦARI
Għall-finijiet tat-testijiet deskritti hawn taħt l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jiksbu unitajiet ta’ test tal-istess mudell mill-istess manifattur (ta’ moduli LED jew luminarji, kif applikabbli), fejn possibbli, fi proporzjoni ugwali minn sorsi magħżula b'mod aleatorju. Għall-punti (1), (3) u (5) hawn taħt, l-għadd ta’ sorsi għandu jkun mill-inqas erbgħa fejn possibbli. Għall-punt (2), l-għadd ta’ sorsi għandu jkun mill-inqas erbgħa fejn possibbli, sakemm l-għadd ta’ luminarji meħtieġ biex tinkiseb estrazzjoni ta’ 20 modulu LED tal-istess mudell huwa inqas minn erbgħa, li f'dak il-każ l-għadd ta’ sorsi huwa ugwali għall-għadd ta’ luminarji meħtieġ. Għall-punt (4), jekk it-test fuq l-ewwel żewġ luminarji jfalli, it-tlieta li jmiss li għandhom jiġu ttestjati għandhom jiġu mit-tliet sorsi l-oħra fejn possibbli.
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura li ġejja fl-ordni mogħtija hawn taħt, sakemm tintlaħaq konklużjoni dwar il-konformità tal-mudell(i) tal-modulu/i LED, jew jikkonkludu li ma jistax jitwettaq dak l-ittestjar. "Luminarja" tfisser il-luminarja li tinkludi moduli LED, u "test" jirreferi għall-proċedura deskritta fil-parti 1 ta’ dan l-Anness, għajr fil-punt (4). Jekk fil-fajl tad-dokumentazzjoni teknika huwa permess l-ittestjar skont kemm il-punt (1) kif ukoll il-punt (2), l-awtoritajiet jistgħu jagħżlu l-aktar metodu xieraq.
(1) |
Jekk fil-fajl ta’ dokumentazzjoni teknika tal-luminarja jkun previst ittestjar tal-luminarja sħiħa bħala lampa, l-awtoritajiet għandhom jittestjaw 20 luminarja bħala lampi. Jekk il-mudell tal-luminarja jitqies bħala konformi, il-mudell(i) tal-modulu/i LED għandhom jitqiesu bħala konformi mar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament. Jekk il-mudell tal-luminarja jitqies bħala mhux konformi, il-mudell(i) tal-modulu/i LED għandhom jitqiesu wkoll bħala mhux konformi. |
(2) |
F'każ ieħor, jekk il-fajl tad-dokumentazzjoni teknika tal-luminarja jippermetti t-tneħħija tal-modulu/i LED għall-ittestjar, l-awtoritajiet għandhom jiksbu biżżejjed luminarji biex jiksbu 20 kopja ta’ kull mudell ta’ modulu LED inkorporat. Dawn għandhom isegwu l-istruzzjonijiet tal-fajl ta’ dokumentazzjoni teknika biex jiġu żmantellati l-luminarji u jiġi ttestjat separatament kull mudell ta’ modulu LED. Il-konklużjoni dwar il-konformità tal-mudell(i) tal-modulu/i LED għandhom isegwu mit-test(ijiet). |
(3) |
F'każ ieħor, jekk skont il-fajl ta’ dokumentazzjoni teknika tal-luminarja, il-manifattur tal-luminarja kiseb il-modulu/i LED inkorporat(i) bħala prodott(i) individwali bil-marka CE mis-suq tal-Unjoni, l-awtoritajiet għandhom jiksbu 20 kopja ta’ kull mudell ta’ modulu LED mis-suq tal-Unjoni għall-ittestjar u jittestjaw kull mudell ta’ modulu LED separatament. Il-konklużjoni dwar il-konformità tal-mudell(i) tal-modulu/i LED għandhom isegwu mit-test(ijiet). Jekk il-mudell(i) ma għadux/għadhomx disponibbli fis-suq tal-Unjoni, ma tistax titwettaq is-sorveljanza tas-suq. |
(4) |
F'każ ieħor, jekk il-manifattur tal-luminarja ma kisibx il-modulu/i LED inkorporat(i) bħala prodott(i) individwali bil-marka CE mis-suq tal-Unjoni, l-awtoritajiet għandhom jitolbu lill-manifattur tal-luminarja biex jipprovdi kopja tad-dejta oriġinali tat-test tal-modulu/i LED li turi li l-modulu/i LED jikkonforma(w) mar-rekwiżiti applikabbli kif ġej:
Jekk skont id-dejta tat-test, kwalunkwe mudell(i) ta’ modulu LED fil-luminarja ma jikkonforma(w)x mar-rekwiżiti, il-mudell(i) tal-modulu/i LED għandu/għandhom jitqiesu bħala mhux konformi. F'każ ieħor, l-awtoritajiet għandhom jiżmantellaw luminarja unika biex jivverifikaw li l-modulu/i LED fil-luminarja huwa/huma tal-istess tip kif deskritt fid-dejta tat-test. Jekk xi wieħed minnhom huwa differenti jew ma jistax jiġi identifikat, il-mudell(i) tal-modulu/i LED għandhom jitqiesu bħala mhux konformi. F'każ ieħor, ir-rekwiżiti għaċ-ċikli ta’ kommutazzjoni, il-qtugħ prematur, il-ħin ta’ attivazzjoni u l-ħin ta’ tisħin tat-Tabella 5 għandhom jiġu ttestjati fuq luminarja oħra mħaddma bil-klassifikazzjoni tagħha. Waqt il-funzjonament tal-luminarja bil-valuri assenjati tagħha, għandha tiġi ttestjata wkoll it-temperatura tal-modulu/i LED fil-konfront mal-limiti ddefiniti. Jekk ir-riżultati tat-testijiet (għajr dawk fuq qtugħ prematur) ivarjaw mill-valuri ta’ limitu b'aktar minn 10 %, jew il-luminarja kellha qtugħ prematur, għandhom jiġu ttestjati tliet luminarji oħra. Jekk il-medji tar-riżultati tat-tliet testijiet sussegwenti (għajr dawk relatati mal-qtugħ prematur u t-temperatura ta’ funzjonament) ma jvarjawx mill-valuri ta’ limitu b'aktar minn 10 %, l-ebda luminarja ma kellha qtugħ prematur, u t-temperatura ta’ funzjonament (fi °C) ma tissuperax l-10 % tal-limiti ddefiniti fit-tlieta li huma, il-mudell(i) tal-modulu/i LED għandu/għandhom jitqiesu bħala konformi mar-rekwiżiti. F'każ ieħor, dawn għandhom jitqiesu bħala mhux konformi. |
(5) |
Jekk l-ittestjar skont il-punti (1) sa (4) mhuwiex possibbli għaliex l-ebda modulu LED li jista’ jiġi ttestjat separatament huwa identifikabbli fil-luminarja, l-awtoritajiet għandhom jittestjaw ir-rekwiżiti taċ-ċikli ta’ kommutazzjoni, il-qtugħ prematur, il-ħin ta’ attivazzjoni u l-ħin ta’ tisħin tat-Tabella 5 fuq luminarja unika. Jekk ir-riżultati tat-testijiet ivarjaw mill-valuri ta’ limitu b'aktar minn 10 %, jew il-luminarja kellha qtugħ prematur, għandhom jiġu ttestjati tliet luminarji oħra. Jekk il-medji tar-riżultati tat-tliet testijiet sussegwenti (għajr dawk relatati mal-qtugħ prematur) ma jvarjawx mill-valuri ta’ limitu b'aktar minn 10 %, u l-ebda luminarja ma jkollha qtugħ prematur, il-mudell(i) tal-modulu/i LED inkorporati fil-luminarja għandhom jitqiesu bħala konformi mar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament. F'każ ieħor, dawn għandhom jitqiesu bħala mhux konformi. |
3. PROĊEDURA TA’ VERIFIKA GĦAL TAGĦMIR IDDISINJAT GĦALL-ISTALLAZZJONI BEJN IL-MEJNIJIET U L-LAMPI
L-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jittestjaw biss unità waħda.
It-tagħmir għandu jitqies li jikkonforma mar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament jekk jinstab li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ kompatibbiltà tal-punt 2.3 tal-Anness III, bl-applikazzjoni tal-metodi u l-kriterji l-aktar avvanzati għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà, inklużi dawk stipulati f’dokumenti li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dak il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Jekk jiġi konkluż li hemm nuqqas ta’ kompatibbiltà, il-mudell għandu xorta waħda jitiqies li jikkonforma jekk jissodisfa r-rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar il-prodott fil-punt 3.3 tal-Anness III jew fl-Artikolu 3.2 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 874/2012.
Minbarra r-rekwiżiti ta’ kompatibbiltà, tagħmir ta’ kontroll tal-lampa għandu jiġi ttestjat ukoll għar-rekwiżiti ta’ effiċjenza fil-punt 1.2 tal-Anness III. It-test għandu jitwettaq fuq parti waħda tat-tagħmir ta’ kontroll tal-lampa, mhux fuq kombinazzjoni ta’ bosta partijiet tat-tagħmir ta’ kontroll tal-bozza, anke jekk il-lampa hija ddisinjata biex tiddependi fuq partijiet oħra ta’ tagħmir ta’ kontroll tal-bozza sabiex tħaddem il-lampa/i fi stallazzjoni partikolari Il-mudell għandu jitqies bħala konformi mar-rekwiżiti jekk ir-riżultati ma jvarjawx mill-valuri ta’ limitu b’aktar minn 2,5 %. Jekk ir-riżultati jvarjaw mill-valuri ta’ limitu b’aktar minn 2,5 %, għandhom jiġu ttestjati tliet unitajiet oħra. Il-mudell għandu jitqies bħala konformi mar-rekwiżiti jekk il-medja tar-riżultati tat-tliet testijiet sussegwenti ma tvarjax mill-valuri ta’ limitu b’aktar minn 2,5 %.
Minbarra r-rekwiżiti ta’ kompatibbiltà, il-luminarji maħsuba biex jiġu kkummerċjalizzati lill-utenti aħħarin għandhom jiġu wkoll ikkontrollati għall-preżenza ta’ lampi fl-imballaġġ tagħhom. Il-mudell għandu jitqies li jikkonforma jekk ma tkunu preżenti l-ebda lampa jew jekk il-lampi li jkunu preżenti huma tal-klassijiet ta’ enerġija meħtieġa fil-punt 2.3 tal-Anness III.
Minbarra r-rekwiżiti ta’ kompatibbiltà, apparati ta’ kontroll tal-intensità tad-dawl għandhom jiġu ttestjati b'lampi bil-filament meta l-apparat ta’ kontroll qiegħed fil-pożizzjoni minima ta’ intensità tad-dawl. Il-mudell għandu jitqiesu konformi jekk, meta installati skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, il-lamp jipprovdu mill-inqas 1 % tal-fluss ta’ luminożità tagħhom fuq tagħbija sħiħa.
Jekk il-mudell ma jissodisfax il-kriterji ta’ konformità applikabbli imsemmija hawn fuq, għandu jitqies bħala mhux konformi.
ANNESS V
Parametri ta’ referenza indikattivi msemmija fl-Artikolu 6
Hawn taħt hija indikata l-aqwa teknoloġija disponibbli fis-suq, fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, għall-aspetti ambjentali li tqiesu bħala sinifikanti u li jkunu kwantifikabbli. Karatteristiċi meħtieġa f'ċerti applikazzjonijiet (bħal apparenza għolja tal-kulur) jistgħu jevitaw milli prodotti li joffru dawk il-karatteristiċi jilħqu dawn il-parametri.
1. EFFIĊJENZA TA’ LAMPA DIREZZJONALI
Il-lampa l-aktar effiċjenti kellha indiċi ta’ effiċenzja enerġetika ta’ 0,16.
2. KONTENUT TA’ MERKURJU TAL-LAMPA
Hemm lampi li ma fihomx merkurju u huma fost l-aktar effiċjenti fl-enerġija.
3. EFFIĊJENZA TAT-TAGĦMIR TA’ KONTROLL GĦAL LAMPI ALOĠENI
It-tagħmir ta’ kontroll għal lampi aloġeni li kien l-aktar effiċjenti kellu effiċjenza ta’ 0,93.