This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0149
Commission Regulation (EU) No 149/2011 of 18 February 2011 amending Regulation (EC) No 1126/2008 adopting certain international accounting standards in accordance with Regulation (EC) No 1606/2002 of the European Parliament and of the Council as regards Improvements to International Financial Reporting Standards (IFRSs) Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 149/2011 tat- 18 ta’ Frar 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward Titjib fl-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRSs) Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 149/2011 tat- 18 ta’ Frar 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward Titjib fl-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRSs) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 46, 19.2.2011, p. 1–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 15/10/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R1803
19.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 46/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 149/2011
tat-18 ta’ Frar 2011
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward Titjib fl-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRSs)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 tat-3 ta' Novembru 2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), ġew adottati ċerti standards u interpretazzjonijiet internazzjonali li kienu jeżistu fil-15 ta' Ottubru 2008. |
(2) |
Fl-10 ta' Mejju 2010, il-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB) ippubblika Titjib fl-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju, minn hawn ’il quddiem “it-Titjib”, fil-qafas tal-proċess annwali tiegħu ta' titjib li għandu l-għan li jissemplifika u jiċċara l-istandards internazzjonali tal-kontabilità. Il-biċċa l-kbira tal-emendi huma kjarifiki jew korrezzjonijiet tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) eżistenti jew emendi b'konsegwenza ta' tibdiliet li saru qabel fl-IFRS. Tliet emendi (tnejn fl-IFRS 1 u waħda fl-IAS 34) jinvolvu tibdiliet fir-rekwiżiti eżistenti jew gwida addizzjonali għall-implimentazzjoni ta' dawk ir-rekwiżiti. |
(3) |
Il-konsultazzjoni mal-Grupp Tekniku ta' Esperti (TEG) tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG) tikkonferma li t-Titjib jissodisfa l-kriterji tekniċi għall-adozzjoni stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. Skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/505/KE tal-14 ta' Lulju 2006 li tistabbilixxi Grupp ta' Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi [Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards] fil-qasam tal-kontabilità biex jagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-oġġettività u n-newtralità tal-opinjonijiet tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Informazzjoni Finanzjarja [għar-Rappurtar Finanzjarju] (EFRAG) (3), il-Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards qies l-opinjoni tal-EFRAG dwar l-approvazzjoni u għarraf lill-Kummissjoni li din hija bbilanċata kif xieraq u oġġettiva. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu jiġi emendat kif ġej:
(1) |
L-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 1 għandu jiġi emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament; |
(2) |
L-IFRS 7 għandu jiġi emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament; |
(3) |
L-IFRS 3 għandu jiġi emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament; |
(4) |
L-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 1 għandu jiġi emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament; |
(5) |
L-IAS 34 għandu jiġi emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament; |
(6) |
L-Interpretazzjoni 13 tal-Kumitat tal-Interpretazzjonijiet Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRIC) għandha tiġi emendata kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament; |
(7) |
L-IFRS 7, l-IAS 32 u l-IAS 39 għandhom jiġu emendati skont l-emendi għall-IFRS 3 kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament; |
(8) |
L-IAS 21, l-IAS 28 u l-IAS 31 għandhom jiġu emendati skont l-IAS 27 kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Kull kumpanija għandha tapplika l-emendi msemmija fil-punti (3), (7) u (8) tal-Artikolu 1, sa mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja tagħha li tibda wara t-30 ta' Ġunju 2010.
Kull kumpanija għandha tapplika l-emendi msemmija fil-punti (1), (2), (4), (5) u (6) tal-Artikolu 1, sa mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja tagħha li tibda wara l-31 ta' Diċembru 2010.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Frar 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.
(2) ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1.
(3) ĠU L 199, 21.7.2006, p. 33.
ANNESS
STANDARDS INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ
Titjib fl-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju
“Riproduzzjoni permessa fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet kollha eżistenti huma riżervati barra miż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tad-dritt ta' riproduzzjoni għall-użu personali jew għal skopijiet oħra ta' kummerċ ġust. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-IASB fuq www.iasb.org”
Titjib għall-IFRSs
Emendi fl-IFRS 1 L-Adozzjoni għall-ewwel darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju
Il-paragrafi 27 u 32 ġew emendati. Żdiedu l-paragrafu 27A, intestatura u l-paragrafi 31B u 39E.
PREŻENTAZZJONI U DIVUGAR
27 |
L-IAS 8 ma japplikax għall-bidliet fil-politiki tal-kontabilità li entità tagħmel meta tadotta l-IFRSs jew għall-bidliet f'dawk il-politiki qabel ma tippreżenta l-ewwel rapporti finanzjarji tagħha skont l-IFRS. Għalhekk, ir-rekwiżiti tal-IAS 8 dwar il-bidliet fil-politiki tal-kontabilità ma japplikawx fl-ewwel rapporti finanzjarji skont l-IFRS ta' entità. |
27A |
Jekk matul il-perjodu kopert bl-ewwel rapporti finanzjarji tal-IFRS tagħha, entità tbiddel il-politiki tagħha tal-kontabilità jew l-użu li tagħmel mill-eżenzjonijiet li hemm f'dan l-IFRS, hija għandha tispjega l-bidliet bejn l-ewwel rapport finanzjarju interim tagħha skont l-IFRS u l-ewwel rapporti finanzjarji tagħha skont l-IFRS, u għandha taġġorna r-rikonċiljazzjonijiet meħtieġa mill-paragrafu 24(a) u (b). |
Użu tal-kost preżunt għal operazzjonijiet soġġetti għar-regolazzjoni tar-rata
31B |
Jekk entità tuża l-eżenzjoni fil-paragrafu D8B għal operazzjonijiet soġġetti għar-regolazzjoni tar-rata, hija għandha tiddivulga dak il-fatt u l-bażi li fuqha ġew stabiliti l-ammonti miżmuma fil-kotba skont il-GAPP preċedenti. |
Rapporti finanzjarji interim
32 |
Sabiex tikkonforma mal-paragrafu 23, jekk entità tippreżenta rapport finanzjarju interim skont l-IAS 34 għal parti mill-perjodu kopert bl-ewwel rapporti finanzjarji IFRS tagħha, l-entità għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin flimkien mar-rekwiżiti tal-IAS 34:
|
DATA EFFETTIVA
39E |
It-Titjib għall-IFRSs li ħareġ f'Mejju 2010 żied il-paragrafi 27A, 31B u D8B u emenda l-paragrafi 27, 32, D1(c) u D8. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal rapporti annwali li jibdew fl-1 ta' Jannar 2011 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu aktar kmieni, hija għandha tiddivulga dak il-fatt. L-entitajiet li adottaw IFRSs f'perjodi qabel id-data effettiva tal-IFRS1 jew applikaw l-IFRS 1 f'perjodu preċedenti huma permessi li japplikaw l-emenda għall-paragrafu D8 b'mod retrospettiv fl-ewwel perjodu annwali wara li l-emenda ssir effettiva. Entità li tapplika l-paragrafu D8 b'mod retrospettiv għandha tiddivulga dak il-fatt. |
Emenda fl-Appendiċi D ta' IFRS 1 Adozzjoni għall-ewwel darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju
Ġew emendati l-paragrafi D1(c) u D8 u żdied il-paragrafu D8B.
D1 |
Entità tista' tagħżel li tuża waħda jew iktar mill-eżenzjonijiet li ġejjin: …
… |
Il-kost preżunt
D8 |
Min jadotta l-IFRS għall-ewwel darba jista' jkun stabilixxa kost preżunt skont il-GAAP preċedenti għal xi assi u obbligazzjonijiet jew għall-assi u l-obbligazzjonijiet kollha tiegħu billi jkun stmahom skont il-valur ġust tagħhom f'data waħda partikolari minħabba xi avveniment bħal privatizzazzjoni jew offerta pubblika inizjali. It
|
D8B |
Xi entitajiet ikollhom oġġetti ta' proprjetà, impjanti u tagħmir jew assi intanġibbli li jintużaw, jew kienu jintużaw qabel, f'operazzjonijiet soġġetti għar-regolazzjoni tar-rata. L-ammont miżmum fil-kotba ta' tali oġġetti jista' jinkludi ammonti li kienu ġew stabiliti taħt GAAP preċedenti iżda li ma jikkwalifikawx għal kapitalizzazzjoni skont l-IFRSs. Jekk dan ikun il-każ, min jadotta l-istandard għall-ewwel darba jista' jagħżel li juża l-ammont miżmum fil-kotba skont il-GAAP preċedenti ta' dak it-tip ta' oġġett fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs bħala kost preżunt. Jekk entità tapplika din l-eżenzjoni għal oġġett, hija m'għandhiex għalfejn tapplika għall-oġġetti kollha. Fid-data tat-tranżizzjoni għall-IFRSs, entità għandha tittestja għal xi indeboliment skont l-IAS 36 kull oġġett li għalih tintuża din l-eżenzjoni. Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, l-operazzjonijiet huma soġġetti għar-regolazzjoni tar-rata jekk huma jipprovdu prodotti jew servizzi lill-konsumaturi bi prezzijiet (jiġifieri rati) stabiliti minn korp awtorizzat li jkollu s-setgħa li jistabilixxi rati li jorbtu lill-konsumaturi u li jkunu mfassla sabiex jirkupraw l-ispejjeż speċifiċi li tagħmel l-entità sabiex tipprovdi l-oġġetti jew is-servizzi regolati u biex tagħmel redditu speċifikat. Ir-redditu speċifikat jista' jkun minimu jew medda u m'hemmx għalfejn ikun redditu fiss jew garantit. |
Emendi għall-IFRS 3 Kombinamenti ta' negozju
Il-paragrafu 19, kemm l-intestatura ta' qabel il-paragrafu 30 u kif ukoll l-intestatura ta’ qabel il-paragrafu 30 ġew emendati. Żdiedu l-paragrafi 64B, 64C u 65A–65E.
IL-METODU TAL-AKKWIŻIZZJONI
Prinċipju tal-kejl
19 |
Għal kull kombinament ta’ negozju, l-akkwirent għandu jkejjel fid-data tal-akkwiżizzjoni, komponenti ta’ interessi bla dritt ta’ kontroll fit-trasferent li jkunu interessi ta’ sjieda preżenti u li jintitolaw lid-detenturi tagħhom għal sehem proporzjonat mill-assi netti tal-entità f’każ ta’ likwidazzjoni bħala jew:
Il-komponenti l-oħrajn kollha tal-interessi bla dritt ta’ kontroll għandhom jitkejlu fil-valuri ġusti tad-data tal-akkwiżizzjoni tagħhom, sakemm ma tkunx meħtieġa bażi ta’ valutazzjoni oħra mill-IFRSs. |
Eċċezzjonijiet għall-prinċipji tar-rikonoxximent jew tal-kejl
Eċċezzjonijiet għall-prinċipju tal-kejl
30 |
L-akkwirent għandu jkejjel strument ta’ obbligazzjoni jew ta’ ekwità relatat mat-tranżazzjonijiet ta’ pagamenti bbażati fuq l-ishma tat-trasferitur jew is-sostituzzjoni tat-tranżazzjonijiet ta’ pagamenti bbażati fuq l-ishma ta’ trasferitur ma’ tranżazzjonijiet ta’ pagamenti bbażati fuq l-ishma tal-akkwirent skont il-metodu fl-IFRS 2 Pagament ibbażat fuq l-ishma fid-data tal-akkwiżizzjoni. (Dan l-IFRS jirreferi għar-riżultat ta’ dak il-metodu bħala l-“kejl ibbażat fuq is-suq” tat-tranżazzjoni ta’ pagament ibbażat fuq l-ishma.) |
DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI
Data effettiva
64B |
It-Titjib għall-IFRSs li ħareġ f’Mejju 2010 emenda l-paragrafi 19, 30 u B56 u żied il-paragrafi B62A u B62B. Entità għandha tapplika dawn l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2010 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu aktar bikri, hija għandha tiddivulga dak il-fatt. L-applikazzjoni għandha tkun prospettiva mid-data li fiha l-entità tapplika għall-ewwel darba dan l-IFRS. |
64C |
Il-paragrafi 65A–65E ġew miżjuda mat-Titjib għall-IFRSs li ħareġ f’Mejju 2010. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2010 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk xi entità tapplika l-emendi għal perjodu aktar bikri, hija għandha tiddivulga dan il-fatt. L-emendi għandhom jiġu applikati għal bilanċi għal korrispettiv kontinġenti li jirriżultaw minn kombinamenti ta’ negozju b’data tal-akkwiżizzjoni li kienet qabel l-applikazzjoni ta’ dan l-IFRS, kif maħruġ fl-2008. |
Tranżizzjoni
65A |
Il-bilanċi għal korrispettiv kontinġenti li jirriżultaw minn kombinamenti ta’ negozju li d-dati tal-akkwiżizzjoni tagħhom kienu qabel id-data li fiha entità applikat għall-ewwel darba dan l-IFRS kif maħruġ fl-2008 m’għandhomx jiġu aġġustati mal-ewwel applikazzjoni ta’ dan l-IFRS. Il-paragrafi 65B–65E għandhom jiġu applikati fil-kontabilità suċċessiva għal dawk il-bilanċi. Il-paragrafi 65B–65E m’għandhomx japplikaw għall-kontabilità għall-bilanċi ta’ korrispettiv kontinġenti li jirriżultaw minn kombinamenti ta’ negozju bid-dati tal-akkwiżizzjoni fi jew wara d-data li fiha l-entità tkun applikat għall-ewwel darba dan l-IFRS kif maħruġ fl-2008. Fil-paragrafi 65B–65E, kombinament ta’ negozju tirreferi esklussivament għal kombinamenti ta’ negozju li d-data tal-akkwiżizzjoni tagħhom ġiet qabel l-applikazzjoni ta’ dan l-IFRS kif maħruġ fl-2008. |
65B |
Jekk xi ftehim dwar kombinament ta’ negozju jipprovdi għal aġġustament fil-kost tal-kombinament li jkun kontinġenti fuq avvenimenti futuri, l-akkwirent għandu jinkludi l-ammont ta’ dak l-aġġustament fil-kost tal-kombinament fid-data tal-akkwiżizzjoni jekk l-aġġustament ikun probabbli u jkun jista’ jitkejjel b’mod affidabbli. |
65C |
Ftehim dwar kombinament ta’ negozju jista’ jaħseb għal aġġustamenti għall-kost tal-kombinament li jkunu kontinġenti fuq avveniment wieħed jew aktar futuri. L-aġġustament jista’, pereżempju, jkun kontinġenti fuq li f’perjodi futuri jinżamm jew jinkiseb livell speċifikat ta’ profitt, jew fuq li jinżamm il-prezz tas-suq tal-istrumenti maħruġa. Ġeneralment huwa possibbli li wieħed jistma l-ammont ta’ kwalunkwe aġġustament bħal dan fiż-żmien tal-kontabilità inizjali għall-kombinament mingħajr ma tiddgħajjef l-affidabilità tal-informazzjoni, anki jekk tkun teżisti xi inċertezza. Jekk l-avvenimenti futuri ma jseħħux jew jekk tkun trid tiġi riveduta l-istima, il-kost tal-kombinament ta’ negozju għandu jiġi aġġustat kif meħtieġ. |
65D |
Madankollu, meta ftehim dwar kombinament ta’ negozju jipprovdi għal tali aġġustament, dak l-aġġustament ma jiġix inkluż fil-kost tal-kombinament fil-ħin tal-kontabilità inizjali għall-kombinament jekk dan ma jkunx probabbli jew ma jkunx jista’ jitkejjel b’mod affidabbli. Jekk suċċessivament, dak l-aġġustament isir probabbli u jkun jista’ jitkejjel b’mod affidabbli, il-korrispettiv addizzjonali għandu jiġi ttrattat bħala aġġustament fil-kost tal-kombinament. |
65E |
F’ċerti ċirkostanzi, l-akkwirent jista’ jkun meħtieġ li jagħmel ħlas sussegwenti lill-bejjiegħ bħala kumpens għal tnaqqis fil-valur tal-assi mogħtija, l-istrumenti azzjonarji maħruġa jew l-obbligazzjonijiet magħmula jew assunti mill-akkwirent bi skambju għall-kontroll tat-trasferitur. Dan huwa l-każ, pereżempju, meta l-akkwirent jiggarantixxi l-prezz tas-suq tal-ekwità jew l-istrumenti tad-dejn maħruġa bħala parti mill-kost tal-kombinament ta’ negozju u jkun meħtieġ li joħroġ ekwità jew strumenti ta’ dejn addizzjonali sabiex ireġġa’ lura l-kost stabilit oriġinarjament. F’każijiet bħal dawn, ma tiġi rikonoxxuta l-ebda żieda fil-kost tal-kombinament ta’ negozju. Fil-każ tal-istrumenti azzjonarji, il-valur ġust tal-pagament addizzjonali huwa bbilanċjat minn tnaqqis ugwali fil-valur attribwit lill-istrumenti maħruġa fil-bidu. Fil-każ tal-istrumenti tad-dejn, il-ħlas addizzjonali jitqies bħala tnaqqis fil-primjum jew żieda fl-iskont fuq il-ħarġa inizjali. |
Gwida għall-applikazzjoni
Fl-Appendiċi B, il-paragrafu B56 ġie emendat u ġew miżjuda nota ta’ qiegħ il-paġna għall-paragrafu B56, intestatura wara l-paragrafu B62 u l-paragrafi B62A u B62B.
STABILIMENT TA’ X’INHI PARTI MIT-TRANŻAZZJONI TAL-KOMBINAMENT TA’ NEGOZJU (APPLIKAZZJONI TAL-PARAGRAFU 51 U 52)
Għotjiet ta’ ħlas ibbażati fuq l-ishma tal-akkwirent skambjati ma’ għotjiet miżmuma mill-impjegati tat-trasferitur (applikazzjoni tal-paragrafu 52(b))
B56 |
Akkwirent jista’ jiskambja l-għotjiet ta’ pagament tiegħu bbażati fuq l-ishma (1) (għotjiet ta’ sostituzzjoni) ma’ għotjiet miżmuma mill-impjegati tat-trasferitur. Skambji ta’ opzjonijiet tal-ishma jew għotjiet oħra ta’ ħlas ibbażati fuq l-ishma flimkien ma’ kombinament ta’ negozju huma ġġustifikati bħala modifiki ta’ għotjiet ta’ ħlas ibbażati fuq l-ishma skont l-IFRS 2 Pagament ibbażat fuq l-ishma. Jekk l-akkwirent jissostitwixxi l-għotjiet tat-trasferitur, jew il-kejl kollu bbażat fuq is-suq tal-għotjiet ta’ sostituzzjoni tal-akkwirent jew parti minnu għandu jiġi inkluż fil-kejl tal-korrispettiv trasferit fil-kombinament ta’ negozju. Il-paragrafi B57–B62 jipprovdu gwida dwar kif għandu jiġi allokat il-kejl ibbażat fuq is-suq. Madankollu, f’sitwazzjonijiet, li fihom l-għotjiet tat-trasferitur jiskadu bħala konsegwenza ta’ kombinament ta’ negozju jew jekk l-akkwirent jibdel dawk l-għotjiet meta ma jkunx obbligat li jagħmel dan, il-kejl kollu bbażat fuq is-suq tal-għotjiet ta’ sostituzzjoni għandu jiġi rikonoxxut bħala prezz tal-ħlas fid-rapporti finanzjarji ta’ wara l-kombinament skont l-IFRS 2. Jiġifieri, xejn mill-kejl ibbażat fuq is-suq ta’ dawk l-għotjiet m’għandu jiġi inkluż fil-kejl tal-kunsiderazzjoni trasferita fil-kombinament ta’ negozju. L-akkwirent huwa obbligat li jibdel l-għotjiet tat-trasferitur jekk it-trasferitur jew l-impjegati tiegħu jkollhom il-kapaċità li jinfurzaw il-bdil. Pereżempju, għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ din il-gwida, l-akkwirent ikun obbligat li jibdel l-għotjiet tat-trasferitur jekk il-bdil ikun meħtieġ minn:
|
Tranżazzjonijiet ta’ ħlas ibbażati fuq l-ishma bl-ekwità saldata tat-trasferitur
B62A |
It-trasferitur jista’ jkollu tranżazzjonijiet ta’ ħlas pendenti bbażati fuq l-ishma li l-akkwirent ma jibdilx mat-tranżazzjonijiet ta’ ħlas tiegħu bbażati fuq l-ishma. Jekk vestiti, dawk it-tranżazzjonijiet ta’ ħlas ibbażati fuq l-ishma tat-trasferitur ikunu parti mill-interess bla dritt ta’ kontroll fit-trasferitur u jitkejlu bil-kejl tagħhom ibbażat fuq is-suq. Jekk ma jkunux vestiti, huma jitkejlu fil-kejl tagħhom ibbażat fuq is-suq bħal li kieku d-data tal-akkwiżizzjoni kienet id-data tal-għoti skont il-paragrafi 19 u 30. |
B62B |
Il-kejl ibbażat fuq is-suq tat-tranżazzjonijiet ta’ ħlas ibbażati fuq l-ishma mhux vestiti huwa allokat għall-interess bla dritt ta’ kontroll fuq il-bażi tal-proporzjon tal-parti tal-perjodu ta’ vestiment kompletata sal-parti l-kbira tal-perjodu ta’ vestiment totali jew il-perjodu ta’ vestiment oriġinali tat-tranżazzjoni ta’ ħlas ibbażata fuq l-ishma. Il-bilanċ huwa allokat għas-servizz ta’ wara l-kombinament. |
Appendiċi għall-emendi fl-IFRS 3
Emendi f’IFRSs oħra
IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Divugar
Il-paragrafu 44B huwa emendat u żdied il-paragrafu 44K.
DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI
44B |
L-IFRS 3 (kif rivedut fl-2008) neħħa l-paragrafu 3(c). Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Jekk xi entità tapplika l-IFRS 3 (rivedut fl-2008) għal perjodu aktar bikri, l-emenda għandha tiġi applikata wkoll għal dak il-perjodu aktar bikri. Madankollu, l-emenda ma tapplikax għal korrispettiv kontinġenti li tkun inħolqot minn kombinament ta’ negozju li d-data tal-akkwiżizzjoni għalih tkun ġiet qabel l-applikazzjoni tal-IFRS 3 (rivedut fl-2008). Minflok, entità għandha tiġġustifika tali korrispettiv skont il-paragrafi 65A–65E tal-IFRS 3 (kif emendat fl-2010). |
44K |
Il-paragrafu 44B ġie emendat bit-Titjib għall-IFRSs li ħareġ f’Mejju 2010. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2010 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. |
IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni
Il-paragrafu 97B huwa emendat u żdied il-paragrafu 97G.
DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI
97B |
L-IFRS 3 (kif rivedut fl-2008) neħħa l-paragrafu 4(c). Entità għandha tapplika dik l-emenda għal rapporti annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Jekk xi entità tapplika l-IFRS 3 (rivedut fl-2008) għal perjodu aktar bikri, l-emenda għandha tiġi applikata wkoll għal dak il-perjodu aktar bikri. Madankollu, l-emenda ma tapplikax għal korrispettiv kontinġenti li jkun inħoloq minn kombinament ta’ negozju li d-data tal-akkwiżizzjoni tiegħu tkun ġiet qabel l-applikazzjoni tal-IFRS (rivedut fl-2008). Minflok, entità għandha tiġġustifika tali korrispettiv skont il-paragrafi 65A–65E tal-IFRS 3 (kif emendat fl-2010). |
97G |
Il-paragrafu 97B ġie emendat bit-Titjib għall-IFRSs li ħareġ f’Mejju 2010. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2010 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. |
IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl
Il-paragrafu 103D huwa emendat u żdied il-paragrafu 103N.
DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI
103D |
L-IFRS 3 (kif rivedut fl-2008) neħħa l-paragrafu 2(f). Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Jekk xi entità tapplika l-IFRS 3 (rivedut fl-2008) għal perjodu aktar bikri, l-emenda għandha tiġi applikata wkoll għal dak il-perjodu aktar bikri. Madankollu, l-emenda ma tapplikax għal korrispettiv kontinġenti li jkun inħoloq minn kombinament ta’ negozju li d-data tal-akkwiżizzjoni tiegħu tkun ġiet qabel l-applikazzjoni tal-IFRS 3 (rivedut fl-2008). Minflok, entità għandha tiġġustifika tali korrispettiv skont il-paragrafi 65A–65E tal-IFRS 3 (kif emendat fl-2010). |
103N |
Il-paragrafu 103D ġie emendat bit-Titjib għall-IFRSs li ħareġ f’Mejju 2010. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2010 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. |
Emendi għall- IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Żvelar
Żdied il-paragrafu 32A. Ġew emendati l-paragrafi 34 u 36–38. Żdied il-paragrafu 44L.
IN-NATURA U L-LIVELL TAR-RISKJI LI JIRRIŻULTAW MILL-ISTRUMENTI FINANZJARJI
32A |
Li jiġu provduti divulgazzjonijiet kwalitattivi fil-kuntest ta’ divulgazzjonijiet kwantitattivi jippermetti lill-utenti li jikkollegaw divulgazzjonijiet relatati u għalhekk jiffurmaw stampa globali tan-natura u l-livell tar-riskji li jirriżultaw mill-istrumenti finanzjarji. L-interazzjoni bejn id-divulgazzjonijiet kwalitattivi u d-divulgazzjonijiet kwantitattivi tikkontribwixxi għad-divulgazzjoni ta’ informazzjoni b’mod li jippermetti lill-utenti jevalwaw aħjar l-iskopertura ta’ entità għar-riskji. |
Divulgazzjonijiet kwantitattivi
34 |
Għal kull tip ta’ riskju li jirriżulta mill-istrumenti finanzjarji, entità għandha tiddivulga:
|
Riskju ta’ kreditu
36 |
Entità għandha tiddivulga skont il-klassi tal-istrument finanzjarju:
|
Assi finanzjarji li la jkunu skaduew u lanqas indeboliti
37 |
Entità għandha tiddivulga skont il-klassi tal-assi finanzjarju:
|
Kollateral u titjibiet tal-kreditu oħra miksuba
38 |
Meta entità tikseb assi finanzjarji jew mhux finanzjarji matul il-perjodu billi tieħu l-pussess ta’ kollateral li jkollha bħala titolu jew titlob titjibiet tal-kreditu oħra (eż. garanziji), u dawn l-assi jissodisfaw il-kriterji ta’ rikonoxximent f’IFRSs oħra, entità għandha tiddivulga għal dawn l-assi miżmuma fid-data tar-rappurtar:
|
DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI
44L |
It-Titjib għall-IFRSs li ħareġ f’Mejju 2010 żied il-paragrafu 32A u emenda l-paragrafi 34 u 36–38. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2011 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk xi entità tapplika l-emendi għal perjodu aktar bikri, hija għandha tiddivulga dak il-fatt. |
Emendi għal IAS 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji
Qabel il-paragrafu 106 ġiet miżjuda intestatura. Il-paragrafu 106 ġie emendat. Wara l-paragrafu 106 żdiedu intestatura u l-paragrafu 106A. Il-paragrafu 107 ġie emendat. Żdied il-paragrafu 139F.
STRUTTURA U KONTENUT
Dikjarazzjoni tal-bidliet fl-ekwità
Informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata fid-dikjarazzjoni tal-bidliet fl-ekwità
106 |
Entità għandha tippreżenta dikjarazzjoni tal-bidliet fl-ekwità kif mitlub mill-paragrafu. Id-dikjarazzjoni tal-bidliet fl-ekwità tinkludi l-informazzjoni li ġejja:
|
Informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata fid-dikjarazzjoni tal-bidliet fl-ekwità jew fin-noti
106A |
Fid-dikjarazzjoni tal-bidliet fl-ekwità jew fin-noti, entità għandha tippreżenta, għal kull komponent tal-ekwità, analiżi ta’ introjtu komprensiv ieħor skont l-oġġett (ara l-paragrafu 106(d)(ii)). |
107 |
Entità għandha tippreżenta, jew fid-dikjarazzjoni tal-bidliet fl-ekwità jew fin-noti, l-ammonti ta’ dividendi rikonoxxuti bħala distribuzzjonijiet lis-sidien matul il-perjodu, u l-ammont relatat ta’ dividend għal kull sehem. |
TRANŻIZZJONI U DATA EFFETTIVA
139F |
Il-paragrafi 106 u 107 ġew emendati u l-paragrafu 106A ġie miżjud mit-Titjib għall-IFRSs li ħareġ f’Mejju 2010. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2011 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. |
Rekwiżiti tat-tranżizzjoni għall-emendi li jinħolqu b’riżultat tal-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati
Emendi fl-IFRSs
IAS 21 Effetti tat-Tibdiliet fir-Rati tal-Kambju
Il-paragrafu 60B huwa emendat u żdied il-paragrafu 60D.
DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI
60B |
L-IAS 27 (kif emendat fl-2008) żied il-paragrafi 48A–48D u emenda l-paragrafu 49. Entità għandha tapplika dawk l-emendi b’mod prospettiv għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Jekk xi entità tapplika l-IAS 27 (emendat fl-2008) għal perjodu aktar bikri, l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri. |
60D |
Il-paragrafu 60B ġie emendat mit-Titjib fl-IFRSs li ħareġ f’Mejju 2010. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2010 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. |
IAS 28 Investimenti f’Kumpaniji Assoċjati
Il-paragrafu 41B huwa emendat u żdied il-paragrafu 41E.
DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI
41B |
L-IAS 27 (kif emendat fl-2008) emenda l-paragrafi 18, 19 u 35 u żied il-paragrafu 19A. Entità għandha tapplika l-emenda għall-paragrafu 35 b’mod retrospettiv u l-emendi għall-paragrafi 18 u 19 u l-paragrafu 19A b’mod prospettiv għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Jekk xi entità tapplika l-IAS 27 (emendat fl-2008) għal perjodu aktar bikri, l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri. |
41E |
Il-paragrafu 41B ġie emendat bit-Titjib għall-IFRSs li ħareġ f’Mejju 2010. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2010 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk xi entità tapplika l-emenda qabel l-1 ta’ Lulju 2010, hija għandha tiddivulga dan il-fatt. |
IAS 31 Interessi f’Impriżi Konġunti
Il-paragrafu 58A huwa emendat u żdied il-paragrafu 58D.
DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI
58A |
L-IAS 27 (kif emendat fl-2008) emenda l-paragrafi 45 u 46 u żied il-paragrafi 45A u 45B. Entità għandha tapplika l-emenda għall-paragrafu 46 b’mod retrospettiv u l-emendi għall-paragrafu 45 u l-paragrafi 45A u 45B b’mod prospettiv għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2009 jew wara. Jekk xi entità tapplika l-IAS 27 (emendat fl-2008) għal perjodu aktar bikri, l-emendi għandhom jiġu applikati għal dak il-perjodu aktar bikri. |
58D |
Il-paragrafu 58A ġie emendat bit-Titjib għall-IFRSs li ħareġ f’Mejju 2010. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Lulju 2010 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk xi entità tapplika l-emenda qabel l-1 ta’ Lulju 2010, hija għandha tiddivulga dan il-fatt. |
Emendi għal IAS 34 Rappurtar Finanzjarju Interim
KONTENUT TA’ RAPPORT FINANZJARJU INTERIM
Avvenimenti u tranżazzjonijiet sinifikanti
15 |
Fir-rapport finanzjarju interim tagħha, entità għandha tinkludi spjegazzjoni tal-avvenimenti u t-tranżazzjonijiet li jkunu sinifikanti biex wieħed jifhem il-bidliet il-pożizzjoni finanzjarja u l-prestazzjoni tal-entità mit-tmiem tal-aħħar perjodu ta’ rappurtar annwali. L-informazzjoni divugata b’rabta ma’ dawk l-avvenimenti għandha taġġorna l-informazzjoni rilevanti ppreżentata fl-aktar rapport finanzjarju annwali riċenti. |
15A |
Utent tar-rapport finanzjarju interim ta’ entità sejjer ikollu aċċess għall-iżjed rapport finanzjarju annwali riċenti ta’ dik l-entità. Għalhekk, in-noti ta’ rapport finanzjarju interim m’għandhomx għalfejn jipprovdu aġġornamenti relattivament insinifikanti għall-informazzjoni li tkun ġiet irrapportata fl-aktar rapport finanzjarju annwali riċenti. |
15B |
Din li ġejja hija lista ta’ avvenimenti u tranżazzjonijiet li jeħtieġu divulgazzjonijiet jekk ikunu sinifikanti: il-lista mhijiex eżawrjenti.
|
15C |
IFRSs individwali jipprovdu gwida dwar ir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni għal bosta mill-affarijiet elenkati fil-paragrafu 15B. Fejn xi avveniment jew tranżazzjoni jkun/tkun sinifikanti biex wieħed jifhem il-bidliet fil-pożizzjoni jew il-prestazzjoni finanzjarja ta’ entità mill-aħħar perjodu ta’ rappurtar annwali, ir-rapport finanzjarju interim tagħha għandu jipprovdi spjegazzjoni u aġġornament tal-informazzjoni rilevanti inkluża fid-rapporti finanzjarji tal-aħħar perjodu ta’ rappurtar annwali. |
16–18 |
[Imħassra] |
Divulgazzjonijiet oħra
16A |
Minbarra d-divulgazzjoni ta’ avvenimenti u tranżazzjonijiet sinifikanti skont il-paragrafi 15–15C, entità għandha tinkludi l-informazzjoni segwenti, fin-noti dwar id-rapporti finanzjarji interim tagħha, jekk ma tkunx divulgata xi mkien ieħor fir-rapport finanzjarju interim. L-informazzjoni normalment għandha tiġi rrapportata fuq bażi tas-sena finanzjarja sa dik id-data.
|
DATA EFFETTIVA
49 |
Il-paragrafu 15 ġie emendat, żdiedu l-paragrafi 15A–15C u 16A u l-paragrafi 16–18 ġew revokati bit-Titjib għall-IFRSs li ħareġ f’Mejju 2010. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2011 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk xi entità tapplika l-emendi għal perjodu aktar bikri, hija għandha tiddivulga dak il-fatt. |
Emenda għal IFRIC 13 Programmi ta’ Lealtà tal-Klijenti
Żdied il-paragrafu 10A.
DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI
10A |
Il-paragrafu AG2 ġie emendat bit-Titjib fl-IFRSs li ħareġ f’Mejju 2010. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2011 jew wara. Applikazzjoni aktar bikrija hija permessa. Jekk xi entità tapplika l-emenda għal perjodu aktar bikri, hija għandha tiddivulga dak il-fatt. |
Appendiċi
Gwida għall-applikazzjoni
Il-paragrafu AG2 huwa emendat.
AG2 |
Entità tista' tistma l-valur ġust tal-krediti ta' għotja billi tirreferi għall-valur ġust tal-għotjiet li għalih jistgħu jinfdew. Il-valur ġust tal-krediti ta' għotja jqis, kif xieraq:
Jekk il-klijenti jistgħu jagħżu minn firxa ta' għotjiet differenti, il-valur ġust tal-krediti ta' għotja se jirrifletti l-valuri ġusti tal-firxa ta' għotjiet disponibbli, peżati proporzjonalment mal-frekwenza li biha jkun mistenni li tintgħażel kull għotja. |
(1) Fil-paragrafi B56–B62, it-terminu “għotjiet ta’ pagament ibbażati fuq l-ishma” jirreferi għal tranżazzjonijiet ta’ ħlas vestiti jew mhux vestiti bbażati fuq l-ishma.