This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R0247
Council Regulation (EC) No 247/2008 of 17 March 2008 amending Regulation (EC) No 1234/2007 establishing a common organisation of agricultural markets and on specific provisions for certain agricultural products (Single CMO Regulation)
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2008 tas- 17 ta’ Marzu 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS waħdanija)
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2008 tas- 17 ta’ Marzu 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS waħdanija)
ĠU L 76, 19.3.2008, p. 1–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32013R1308
19.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 76/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 247/2008
tas-17 ta’ Marzu 2008
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS waħdanija)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
L-għajnuna għall-ipproċessar għall-fibra qasira tal-kittien u l-fibra tal-qanneb li ma jkunx fihom aktar minn 7,5 % ta’ impuritajiet u skald tapplika sa tmiem is-sena tas-suq 2007/2008. Madankollu, fid-dawl tax-xejriet favorevoli tas-suq għal dan it-tip ta’ fibra taħt l-iskema kurrenti ta’ l-għajnuna, u bil-għan li jingħata kontribut għall-konsolidament ta’ prodotti innovattivi u s-swieq tagħhom, l-applikazzjoni ta’ din l-għajnuna għandha tiġi estiża sa tmiem is-sena tas-suq 2008/2009. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1673/2000 tas-27 ta’ Lulju 2000 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-kittien u tal-qanneb imkabbra għall-ħjut [fibri] (1) ipprovda għal żieda fil-livell ta’ għajnuna għall-ipproċessar ta’ fibri twal tal-kittien mis-sena tas-suq 2008/2009 ’il quddiem. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1673/2000 ġie sostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 mis-sena tas-suq 2008/2009. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 tfasslu fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1673/2000 peress li kienu se jiġu applikati minn dik is-sena tas-suq, u b’hekk stabilixxew l-għajnuna fil-livell previst. Peress li l-għajnuna għall-ipproċessar għall-fibri qosra tinżamm sa tmiem is-sena tas-suq 2008/2009, l-għajnuna għall-ipproċessar ta’ fibri twal tal-kittien għal dik is-sena tas-suq addizjonali għandha tinżamm fil-livell li sa issa kien previst fir-Regolament (KE) Nru 1673/2000 sa tmiem is-sena tas-suq 2007/2008. |
(3) |
Bil-għan li tiġi promossa l-produzzjoni ta’ fibra qasira ta’ kwalità għolja tal-kittien u tal-qanneb, l-għajnuna qed tingħata lil fibra li fiha massimu ta’ 7,5 % ta’ impuritajiet u skald. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jidderogaw minn dan il-limitu u jagħtu għajnuna għall-ipproċessar tal-fibra qasira tal-kittien li jkun fiha perċentwal ta’ impuritajiet u skald bejn 7,5 % u 15 %, u għall-fibra tal-qanneb li jkun fiha perċentwal ta’ impuritajiet u skald bejn 7,5 % u 25 %. Ġaladarba din il-possibbiltà hija miftuħa biss sa tmiem is-sena tas-suq 2007/2008, jeħtieġ li l-Istati Membri jingħataw il-possibbiltà li jidderogaw minn dak il-limitu għal sena oħra tas-suq. |
(4) |
Hekk kif żviluppaw bejjiegħa ġodda fis-suq huwa meħtieġ li jiġi garantit livell minimu ta’ provvista tal-materja prima. Għalhekk, sabiex il-livelli raġonevoli ta’ produzzjoni jkomplu jiġu żgurati fl-Istati Membri, jeħtieġ li jiġi estiż il-perjodu li fih japplikaw il-kwantitajiet nazzjonali garantiti. |
(5) |
Għajnuna addizzjonali ilha għal xi żmien tappoġġa l-issuktar tal-produzzjoni tradizzjonali tal-kittien f’ċerti reġjuni ta’ l-Olanda, il-Belġju u Franza. Sabiex l-istrutturi ta’ l-istabbilimenti agrikoli jitkomplew jitħallew jadattaw irwieħhom gradwalment għall-kundizzjonijiet il-ġodda tas-suq, jeħtieġ li din l-għajnuna tranżizzjonali tiġi estiża sa tmiem is-sena tas-suq 2008/2009. |
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 hu b’dan emendat kif ġej:
(1) |
It-titolu tas-Subsezzjoni II tas-Sezzjoni I tal-Kapitolu IV tat-Titolu I tal-Parti II għandha tinbidel b’dan li ġej: “Subsezzjoni II Kittien u qanneb imkabbra għall-fibra” |
(2) |
L-Artikolu 91 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(3) |
L-Artikolu 92(1) għandu jiġi ssostitwit bit-test li ġej: “1. L-ammont ta’ għajnuna għall-ipproċessar ipprovdut fl-Artikolu 91 għandu jkun stabbilit:
Madankollu, l-Istat Membru jista’, b’referenza għan-negozjanti tradizzjonali, jiddeċiedi wkoll li jagħti l-għajnuna:
Fil-każijiet li dwarhom jipprovdi t-tieni subparagrafu, l-Istat Membru għandu jagħti l-għajnuna fir-rigward ta’ kwantità li ma taqbiżx dik prodotta, fuq il-bażi ta’ 7,5 % ta’ impuritajiet u skald.” |
(4) |
L-Artikolu 94 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(5) |
L-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal wara l-Artikolu 94: “Artikolu 94a Għajnuna addizzjonali Matul is-sena tas-suq 2008/2009, għandha tingħata għajnuna addizzjonali lill-proċessur primarju awtorizzat rigward iż-żoni mogħtija għall-kittien fiż-żoni I u II kif deskritt fl-Anness A.III. ta’ l-Anness XI u l-produzzjoni tat-tiben li kienet soġġetta għal:
L-ammont ta’ l-għajnuna addizzjonali għandu jkun ta’ 120 EUR għal kull ettaru fiż-żona I u 50 EUR għal kull ettaru fiż-żona II.” |
(6) |
L-Anness XI għandu jiġi emendat skond l-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Marzu 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
I. JARC
(1) ĠU L 193, 29.7.2000, p. 16. Ir-Regolament kif mħassar bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).
ANNESS
Il-Punt A ta’ l-Anness XI għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:
“A.I. |
Tqassim tal-kwantità massima garantita għall-fibra twila tal-kittien fost l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 94(1):
|
A.II. |
Tqassim tal-kwantità massima garantita għas-sena tas-suq 2008/2009 għall-fibra qasira tal-kitten u tal-qanneb fost l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 94(1a): Il-kwantità msemmija fl-Artikolu 94(1a) għandha titqassam fil-forma ta’:
|
A.IIII. |
Żoni eliġibbli għall-għajnuna msemmija fl-Artikolu 94a Żona I
Żona II
|
(*) Madankollu, il-kwantità nazzjonali garantita stabbilita għall-Ungerija tikkonċerna l-fibri tal-qanneb biss.