EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TA0399

Kawża T-399/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Frar 2022 – Polskie Górnictwo Naftowe i Gazownictwo vs Il-Kummissjoni Ewropea (Ċaħda ta’ lment) (“Kompetizzjoni – Abbuż minn pożizzjoni dominanti – Swieq tal-gass tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant – Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ lment – Nuqqas ta’ interess tal-Unjoni – Eċċezzjoni tal-azzjoni tal-Istat – Obbligu ta’ eżami diliġenti – Drittijiet proċedurali skont ir-Regolament (KE) Nru 773/2004”)

ĠU C 128, 21.3.2022, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 128, 21.3.2022, p. 8–8 (GA)

21.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 128/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Frar 2022 – Polskie Górnictwo Naftowe i Gazownictwo vs Il-Kummissjoni Ewropea (Ċaħda ta’ lment)

(Kawża T-399/19) (1)

(“Kompetizzjoni - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Swieq tal-gass tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant - Deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ lment - Nuqqas ta’ interess tal-Unjoni - Eċċezzjoni tal-azzjoni tal-Istat - Obbligu ta’ eżami diliġenti - Drittijiet proċedurali skont ir-Regolament (KE) Nru 773/2004”)

(2022/C 128/24)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrent: Polskie Górnictwo Naftowe i Gazownictwo S.A. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentanti: K. Karasiewicz, radca prawny, T. Kaźmierczak, K. Kicun u P. Moskwa, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Ernst, G. Meessen u J. Szczodrowski, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Gazprom PJSC (Moska, ir-Russja), Gazprom export LLC (Sankt-Peterburg, ir-Russja) (rappreżentanti: J. Karenfort, J. Hainz, B. Evtimov, N. Tuominen, J. Heithecker, avukati, u D. O’Keeffe, solicitor)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 3003 final tas-17 ta’ April 2019 dwar ċaħda ta’ lment (Każ AT.40497 – Prezz Pollakk tal-gass).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2019) 3003 tas-17 ta’ April 2019, dwar ċaħda ta’ lment (Każ AT.40497 – Prezz Pollakk tal gass), hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Polskie Górnictwo Naftowe i Gazownictwo S.A.

3)

Gazprom PJSC u Gazprom export LLC għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 288, 26.8.2019.


Top