Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0904

    Kawża T-904/16: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2016 – Labiri vs KESE u Il-Kumitat tar-Reġjuni

    ĠU C 63, 27.2.2017, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.2.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 63/33


    Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2016 – Labiri vs KESE u Il-Kumitat tar-Reġjuni

    (Kawża T-904/16)

    (2017/C 063/44)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Vassiliki Labiri (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J.-N. Louis u N. De Montigny, avukati)

    Konvenuti: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, Il-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet

    Tiddikjara u tiddeċiedi li,

    id-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat tar-Reġjuni, tal-11 ta’ Mejju 2016, li tassenja mill-ġdid lir-rikorrent bħala amministratur fid-direttorat tat-traduzzjoni b’eżekuzzjoni tal-ftehim bonarju milħuq fil-Kawża F-33/15, hija annullata;

    il-KESE huwa ħati ta’ użu ħażin ta’ poter u kiser l-obbligu ta’ lealtà tiegħu lejn ir-rikorrent billi qarraq bih deliberatament dwar il-portata tal-ftehim milħuq bejn il-partijiet fl-4 ta’ Frar 2016;

    il-KESE u l-KtR huma kkundannati in solidum għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 266 TFUE, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata bi ksur manifest tar-ftehim bonarju milħuq fil-Kawża F-33/15, Labiri vs KESE.

    2.

    It-tieni motiv, ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter, sa fejn ir-rikorrent ġie mqarraq deliberatament dwar il-portata tal-ftehim milħuq bejn il-partijiet u iktar preċiżament dwar l-interpretazzjoni taż-żewġ kumitati tat-termini tal-ftehim.


    Top