Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0743

    Kawża T-743/16 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – CX vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku — Uffiċjali — Sanzjoni dixxiplinari — Revoka — Drittijiet tad-difiża — Dmir ta’ premura — Artikolu 22(1) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal — Artikoli 41 u 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali — Responsabbiltà — Realtà tad-dannu — Rabta kawżali”)

    ĠU C 82, 4.3.2019, p. 48–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.3.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 82/48


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2018 – CX vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-743/16 RENV) (1)

    ((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sanzjoni dixxiplinari - Revoka - Drittijiet tad-difiża - Dmir ta’ premura - Artikolu 22(1) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal - Artikoli 41 u 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali - Responsabbiltà - Realtà tad-dannu - Rabta kawżali”))

    (2019/C 82/55)

    Lingwa tal-kawża: il-franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: CX (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Simonetti u C. Ehrbar, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tas-16 ta’ Ottubru 2013 li fiha l-Kummissjoni kkonstatat li r-rikorrent kien ħati ta’ żewġ żbalji gravi u, konsegwentement, ġiet imposta fuqu s-sanzjoni tar-revoka mingħajr tnaqqis tad-drittijiet tiegħu għal pensjoni kif ukoll, min-naħa l-oħra, għal kumpens għad-danni li r-rikorrent allegatament kien sofra minħabba din id-deċiżjoni.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tas-16 ta’ Ottubru 2013 li biha l-Kummissjoni Ewropea imponiet fuq CX is-sanzjoni tar-revoka mingħajr tnaqqis pro tempore tad-drittijiet tiegħu għal pensjoni hija annullata.

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


    (1)  ĠU C 85, 22.3.2014 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea taħt in-numru F-5/14 u ttrasferita lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-1.9.2016).


    Top