EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013FB0071

Kawża F-71/13: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat- 12 ta’ Frar 2014 – CL vs AEA (Servizz pubbliku — Membru tal-persunal temporanju — Dmir ta’ għajnuna — Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-persunal — Fastidju psikoloġiku minn superjur ġerarkiku — Ċaħda tat-talba li tinfetaħ investigazzjoni amministrattiva — Rikors manifestament inammissibbli)

ĠU C 421, 24.11.2014, p. 56–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/56


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Frar 2014 – CL vs AEA

(Kawża F-71/13) (1)

((Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Dmir ta’ għajnuna - Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-persunal - Fastidju psikoloġiku minn superjur ġerarkiku - Ċaħda tat-talba li tinfetaħ investigazzjoni amministrattiva - Rikors manifestament inammissibbli))

2014/C 421/79

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: CL (rappreżentanti: S. Orlandi, J.-N. Louis u D. Abreu Caldas, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (rappreżentanti: O. Cornu, aġent, B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament taċ-ċaħda tat-talba tar-rikorrent li tinfetaħ investigazzjoni amministrattiva sabiex jiġu stabbiliti jew ippreċiżati l-fatti li taw lok għall-fastidju.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

CL għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.


(1)  ĠU C 274, 21.09.2013, p. 32.


Top