EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TB0260

Kawża T-260/06: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 30 ta' Jannar 2008 — Arktouros vs Il-Kummissjoni ( Rikors għal annullament — Regolament (KE) Nru 1655/2000 — Tneħħija ta' l-għajnuna finanzjarja mogħtija għal proġett ekoloġiku — Deċiżjoni li ttemm il-proġett u li tordna l-ħlas lura tas-somom mogħtija bil-quddiem — Att konfermattiv — Skadenza tat-terminu biex jitressaq rikors — Inammissibbiltà )

ĠU C 171, 5.7.2008, p. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 171/34


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-30 ta' Jannar 2008 — Arktouros vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-260/06) (1)

(“Rikors għal annullament - Regolament (KE) Nru 1655/2000 - Tneħħija ta' l-għajnuna finanzjarja mogħtija għal proġett ekoloġiku - Deċiżjoni li ttemm il-proġett u li tordna l-ħlas lura tas-somom mogħtija bil-quddiem - Att konfermattiv - Skadenza tat-terminu biex jitressaq rikors - Inammissibbiltà’)

(2008/C 171/63)

Lingwa tal-kawża: Il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Etairia prostasias kai diacheirisis fysikou perivallontos kai agrias zoïs Arktouros (Tessaloniki, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u N. Keramidas, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: M. Konstantinidis, aġent)

Suġġett

Annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni E(2006) 3181 finali, tas-6 ta' Lulju 2006, li minn naħa, ittemm proġett li jikkonċerna azzjonijiet ta' konservazzjoni fil-Park Nazzjonali ta' Pindos ta' Fuq (il-Greċja) (Ellas — LIFE03/NAT/GR/000089), u, min-naħa l-oħra, tordna l-ħlas lura tal-ħlas bil-quddiem mogħti lir-rikorrenti bħala sostenn finanzjarju Komunitarju li kien ingħatalha skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2003) 2919 finali, ta' l-4 ta' Settembru 2003

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inamissibbli.

2)

Etairia prostasias kai diacheirisis fysikou perivallontos kai agrias zoïs Arktouros għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 281, 18.11.2006.


Top