This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52023M10959
Prior notification of a concentration (Case M.10959 – SATS / TEMASEK / PH 243WFS) (Text with EEA relevance) 2023/C 23/05
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10959 – SATS / TEMASEK / PH 243WFS) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) 2023/C 23/05
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10959 – SATS / TEMASEK / PH 243WFS) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) 2023/C 23/05
PUB/2023/92
ĠU C 23, 23.1.2023, pp. 20–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
23.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 23/20 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10959 – SATS / TEMASEK / PH 243WFS)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 23/05)
1.
Fis-16 ta’ Jannar 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
WFS Global Holdings S.A.S. (“WFS”, Franza), |
|
— |
SATS Ltd (“SATS”, Singapore), ikkontrollata minn Temasek Holdings (Private) Limited (“Temasek”, Singapore). |
SATS, permezz ta’ SATS International SAS, se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ WFS kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
WFS tipprovdi prinċipalment servizzi ta’ mmaniġġar tal-merkanzija (inklużi l-ħażna u l-ħżin tal-merkanzija, is-servizzi relatati mal-merkanzija, il-loġistika globali għat-trasport tal-merkanzija bl-ajru u l-ġestjoni tal-faċilitajiet tal-merkanzija). Barra minn hekk, WFS tipprovdi servizzi ta’ groundhandling (inklużi servizzi ta’ rampa, bagalji u passiġġieri), u, barra miż-ŻEE, servizzi ta’ inġinerija u manutenzjoni għal tagħmir tal-ajruport u tagħmir tal-infrastruttura tal-fuel fl-Amerka ta’ Fuq, |
|
— |
SATS tipprovdi servizzi fuq l-art, immaniġġar tal-merkanzija u servizzi oħra relatati mal-avjazzjoni prinċipalment fl-Asja. Finalment hija kkontrollata minn Temasek, kumpanija ta’ investiment prinċipalment attiva f’Singapore u l-bqija tal-Asja. L-investimenti tagħha jkopru diversi industriji, inklużi s-servizzi finanzjarji, it-trasport, it-teknoloġiji industrijali, it-telekomunikazzjonijiet, il-media u t-teknoloġija, il-konsumatur u l-proprjetà immobbli, eċċ. Temasek tikkontrolla wkoll lil Singapore Airlines, kumpanija tal-avjazzjoni li tipprovdi servizzi tat-trasport bl-ajru għall-passiġġieri u l-merkanzija, servizzi ta’ lounge tal-ajruport u servizzi tekniċi, ta’ manutenzjoni u tiswija, kif ukoll Gategroup, li jipprovdi, fost l-oħrajn, servizzi ta’ catering matul it-titjira, servizzi ta’ bejgħ bl-imnut abbord, tagħmir ta’ catering waqt it-titjira u servizzi relatati, lounges tal-ajruporti u servizzi ‘ ħwienet fl-ajruport. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10959 – SATS / TEMASEK / PH 243WFS
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz tal-posta:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).