EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007XX1205(02)

Rapport finali ta' l-Uffiċjal tas-Smigħ fil-Każ COMP/E-2/39.140 — DaimlerChrysler (Skond l-Artiklu 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2001/462/KE, KEFA) tat- 23 ta' Mejju 2001 dwar it-termini ta' riferenza għall-Uffiċjali tas-Smigħ f'ċerti proċeduri dwar il-kompetizzjoni — ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21 )

ĠU C 291, 5.12.2007, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 291/11


Rapport finali ta' l-Uffiċjal tas-Smigħ fil-Każ COMP/E-2/39.140 — DaimlerChrysler

(Skond l-Artiklu 15 u 16 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2001/462/KE, KEFA) tat-23 ta' Mejju 2001dwar it-termini ta' riferenza għall-Uffiċjali tas-Smigħ f'ċerti proċeduri dwar il-kompetizzjoni — ĠU L 162, 19.6.2001, p. 21)

(2007/C 291/05)

L-abbozz tad-Deċiżjoni prezentata lill-Kummissjoni tirreferi għall-Artiklu 9 tar-Regolament tal-Kusill (KE) Nru 1/2003 (1) dwar il-provvediment ta' informazzjoni teknika għat-tiswija tà vetturi tal-marki Mercedes-Benz u Smart ta' DaimlerChrysler AG.

Il-Kummissjoni fethet investigazzjoni dwar il-provvediment tà informazzjoni teknika lir-ripararaturi indipendenti fit 22 ta' Diċembru 2004 ta' DaimlerChrysler AG, wara pubblikazzjoni ta' studju mill-istitut tà ricerka Ġermaniz IKA. Fl-1 ta' Diċembru 2006 il-Kummissjoni fethet proceduri taht il-kapitlu III tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 u adottat evalwazzjoni preliminari kif imsemmi fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament. Din l-evalwazzjoni stabbilixxiet it-tħassib tal-Kummissjoni dwar il-kompetizzjoni, li kien li DaimlerChrysler AG jidher li eskludiet lil kulħadd ħlief lir-riparaturi awtorizzati minn aċċess totali għal informazzjoni teknika tagħha. L-evalwazzjoni preliminari tal Kummissjoni intbagħtet lil DaimlerChrysler AG fl-1 ta' Diċembru 2006.

Bħala risposta għal din, DaimlerChrysler AG ipprezentat l-impenji fl-14 ta' Frar 2007.

Fit-22 ta' Marzu 2007, il-Kummissjoni ippublikat notifika fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea konformi ma' l-Artikolu 27(4) tar Regolament (KE) Nru1/2003, li tistieden kumpaniji interessati biex jibagħtu l-kummenti fuq din in notifika sa xahar mill-pubblikazzjoni tagħha. Il-kummenti rcevuti bħala twegieba għal din l-istedina, principalment jikkonfermaw l-effikaċja tà l-impenji proposti minn DaimlerChrysler AG.

Il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li bl-impenji proposti minn Daimler Chrysler AG u bla ħsara ghall-Artiklu 9(2) tar Regolament (KE) Nru1/2003 m'hemmx iktar lok għal-azzjoni.

F'Deciżjoni taht l-Artikolu 9 tar Regolament (KE) Nru 1/2003, ma giex stabbilit l-ebda ksur fir-regolamenti tal-kompetizzjoni, imma il-partijiet aċċettaw li jirrimedjaw ghat-thassib espress mill-Kummissjoni f'valutazzjoni preliminari. F'dan il-proċess hemm ir-rieda miż-żewġ naħat li jissimplifikaw il-ħtiġiet amministrattivi u legali li huma inerenti f'investigazzjoni sħiħa dwar ksur suspettat. Din hi r-raġuni għaliex f'diversi Deċiżjonijiet li ttieħdu diġà mill-Kulleġġ (2), kien aċċettat li l-proċess ikun sodisfaċenti meta l-partijiet jinfurmaw lill-Kummissjoni li huma rċevew aċċess suffiċjenti għall-informazzjoni li huma kkunsidraw li kienet neċessarja biex jipproponu impenji sabiex jilqgħu għat-tħassib espress mill-Kummissjoni.

Dan il-każ ukoll kien ittrattat bl-istess mod, id-DaimlerChrysler AG kienu ssottomettew Dikjarazzjoni lill-Kummissjoni għal dan il-għan fit-22 ta' Mejju 2007.

Fid-dawl ta' dan t'hawn fuq, jiena nikkunsidra li f'dan il-każ id-drittijiet tal-partijiet li jkunu mismugħa kienu rrispettati.

Brussell, il-11 ta' Lulju 2007.

Karen WILLIAMS


(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.

(2)  Ara d-Deċiżjoni tat-22.6.2005 COMP/39.116 — Coca-Cola u d-Deċiżjoni tad-19.1.2005 COMP/37.214 — DFB.


Top