This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021R2036
Commission Regulation (EU) 2021/2036 of 19 November 2021 amending Regulation (EC) No 1126/2008 adopting certain international accounting standards in accordance with Regulation (EC) No 1606/2002 of the European Parliament and of the Council as regards International Financial Reporting Standard 17 (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/2036 tad-19 ta’ Novembru 2021 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju 17 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/2036 tad-19 ta’ Novembru 2021 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju 17 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2021/8224
ĠU L 416, 23.11.2021, p. 3–79
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 15/10/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R1803
23.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 416/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2036
tad-19 ta’ Novembru 2021
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju 17
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta’ Ottubru 2008. |
(2) |
Fit-18 ta’ Mejju 2017, il-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB) ippubblika l-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRS) 17 Kuntratti tal-Assigurazzjoni u fil-25 ta’ Ġunju 2020 emendi għall-IFRS 17 (“l-IFRS 17”). |
(3) |
L-adozzjoni tal-IFRS 17 timplika b’konsegwenza, emendi għall-istandards jew għall-interpretazzjonijiet tal-istandards li ġejjin: L-IFRS 1 Adozzjoni għall-ewwel darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju, l-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji, l-IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li Ma Tkomplewx, l-IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Divulgazzjonijiet, IFRS 9 Strumenti Finanzjarji, IFRS 15 Dħul mill-Kuntratti mal-Klijenti, Standard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji, IAS 7 Rapport tal-Flussi ta’ Flus, IAS 16 Proprjetà, Impjanti u Tagħmir, IAS 19 Benefiċċji tal-Impjegati, IAS 28 Investimenti f’Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti, IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni, IAS 36 Indeboliment ta’ Assi, IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti, IAS 38 Assi Intanġibbli, IAS 40 Proprjetà għall-Investment, u Kumitat tal-Interpretazzjoni tal-Istandards SIC-27 Evalwazzjoni tas-Sustanza tat-Transazzjonijiet li Jinvolvu l-Forma Legali ta’ Kuntratt ta’ Kiri. |
(4) |
L-IFRS 17 jipprovdi approċċ komprensiv għall-kontabilità tal-kuntratti tal-assigurazzjoni. L-objettiv tal-IFRS 17 huwa li jiżgura li, fir-rapporti finanzjarji tagħha, kumpanija tipprovdi informazzjoni rilevanti li tkun tirrappreżenta fedelment il-kuntratti tal-assigurazjzoni. Dik l-informazzjoni tipprovdi bażi solida għall-utenti tar-rapporti finanzjarji biex jivvalutaw l-effett li l-kuntratti tal-assigurazzjoni għandhom fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-kumpanija, il-prestazzjoni finanzjarja u l-flussi tal-flus tal-kumpanija. |
(5) |
L-IFRS 17 japplika għal kuntratti tal-assigurazzjoni, kuntratti tar-riassigurazzjoni kif ukoll kuntratti ta’ investiment b’karatteristiċi ta’ parteċipazzjoni diskrezzjonali. Fl-Unjoni hemm ħafna kuntratti differenti tal-assigurazzjoni tal-ħajja u tat-tfaddil tal-ħajja, u l-aħjar stima totali approssimattiva tal-obbligazzjonijiet tagħhom hija ta’ EUR 5,9 triljun (esklużi l-kuntratti marbuta ma’ unitajiet). F’diversi Stati Membri, xi wħud minn dawk il-kuntratti għandhom karatteristiċi ta’ parteċipazzjoni diretta u diskrezzjonali, li jippermettu l-kondiviżjoni tar-riskji u l-flussi tal-flus bejn ġenerazzjonijiet differenti ta’ detenturi ta’ polza. |
(6) |
F’għadd ta’ Stati Membri, il-kuntratti tal-assigurazzjoni tal-ħajja huma ġestiti wkoll minn ġenerazzjoni għal oħra sabiex jimmitigaw l-iskopertura għar-riskji tar-rata tal-imgħax u tal-lonġevità u għandhom pula apposta ta’ assi sottostanti l-obbligazzjoni tal-assigurazzjoni, iżda dawk il-kuntratti ma għandhomx karatteristiċi ta’ parteċipazzjoni diretta kif definit mill-IFRS 17. Meta jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u wara l-approvazzjoni mis-superviżuri tal-assigurazzjoni, uħud minn dawk il-kuntratti jistgħu japplikaw l-aġġustament ta’ korrispondenza għall-komputazzjoni tal-proporzjon tas-Solvibbiltà II tagħhom. |
(7) |
L-Unjoni tista’ tadotta l-IFRS 17 kif maħruġ mill-IASB biss meta jissodisfa l-kriterji għall-adozzjoni stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. |
(8) |
Il-parir tal-approvazzjoni tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG) jikkonkluda li l-IFRS 17 jissodisfa l-kriterji għall-adozzjoni stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. Madankollu, l-EFRAG ma laħaqx kunsens dwar jekk ir-raggruppament, ta’ kuntratti mutwalizzati interġenerazzjonalment u b’korrispondenza mal-fluss tal-flus, f’koorti annwali jissodisfax il-kriterji tal-approvazzjoni teknika, jew iwassalx għall-ġid pubbliku Ewropew. Dan huwa konformi mal-fehmiet espressi mill-partijiet ikkonċernati dwar il-parir tal-approvazzjoni tal-EFRAG u mal-fehmiet tal-esperti tal-Istati Membri fil-Kumitat Regolatorju tal-Kontabilità. |
(9) |
Il-kumpaniji tal-Unjoni għandhom ikunu jistgħu japplikaw l-IFRS 17 kif maħruġ mill-IASB biex jiffaċilitaw l-elenkar f’pajjiżi terzi, jew biex jissodisfaw l-aspettattivi tal-investituri globali. |
(10) |
Madankollu, ir-rekwiżit ta’ koorti annwali bħala unità ta’ kontabilità għal gruppi ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni u investiment mhux dejjem jirrifletti l-mudell tan-negozju, u lanqas il-karatteristiċi legali u kuntrattwali ta’ kuntratti mutwalizzati interġenerazzjonalment u b’korrispondenza mal-fluss tal-flus imsemmija fil-premessi (5) u (6). Dawk il-kuntratti jirrappreżentaw aktar minn 70 % tat-total tal-obbligazzjonijiet tal-assigurazzjoni tal-ħajja fl-Unjoni. Ir-rekwiżit ta’ koorti annwali applikat għal kuntratti bħal dawn mhux dejjem ikollu bilanċ favorevoli bejn l-kostijiet u l-benefiċċji. |
(11) |
Fid-dawl tal-kuntest tas-suq tal-kapital globali tal-IFRS, id-devjazzjonijiet mill-IFRS għandhom ikunu limitati għal ċirkostanzi eċċezzjonali u b’ambitu dejjaq. |
(12) |
Għalhekk, minkejja d-definizzjoni ta’ grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni stabbilita fl-Appendiċi A tal-Anness ta’ dan ir-Regolament, il-kumpaniji tal-Unjoni għandu jkollhom l-għażla li jeżentaw il-kuntratti mutwalizzati interġenerazzjonalment u b’korrispondenza mal-fluss tal-flus mir-rekwiżit tal-koorti annwali tal-IFRS 17. |
(13) |
L-investituri għandhom ikunu jistgħu jifhmu jekk kumpanija applikatx l-eżenzjoni mir-rekwiżit ta’ koorti annwali għal gruppi ta’ kuntratti. Kumpanija għandha għalhekk tiddivulga skont l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji, fin-noti tar-rapporti finanzjarji tagħha l-użu tal-eżenzjoni bħala politika tal-kontabilità sinifikanti u tipprovdi informazzjoni spjegattiva oħra bħal għal liema portafolli applikat l-eżenzjoni. Dan ma għandux jimplika valutazzjoni kwantitattiva tal-impatt tal-użu tal-eżenzjoni fakultattiva mir-rekwiżit annwali tal-koorti. |
(14) |
Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta’ Diċembru 2027, tirrevedi l-eżenzjoni mir-rekwiżit tal-koorti annwali għal kuntratti mutwalizzati interġenerazzjonalment u b’korrispondenza mal-fluss tal-flus, filwaqt li tqis ir-rieżami ta’ wara l-implimentazzjoni mill-IASB tal-IFRS 17. |
(15) |
Jenħtieġ għalhekk li r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 jiġi emendat skont dan. |
(16) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju tal-Kontabbiltà, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 huwa emendat kif ġej:
(a) |
L-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju (IFRS) 17 Kuntratti tal-Assigurazzjoni huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament; |
(b) |
L-IFRS 1 Adozzjoni għall-ewwel darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju, l-IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji, l-IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li Ma Tkomplewx, l-IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Divulgazzjonijiet, IFRS 9 Strumenti Finanzjarji, IFRS 15 Dħul mill-Kuntratti mal-Klijenti, Standard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji, IAS 7 Rapport tal-Flussi ta’ Flus, IAS 16 Proprjetà, Impjanti u Tagħmir, IAS 19 Benefiċċji tal-Impjegati, IAS 28 Investimenti f’Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti, IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni, IAS 36 Indeboliment ta’ Assi, IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti, IAS 38 Assi Intanġibbli, IAS 40 Proprjetà għall-Investment, u Kumitat tal-Interpretazzjoni tal-Istandards SIC-27 Evalwazzjoni tas-Sustanza tat-Transazzjonijiet li Jinvolvu l-Forma Legali ta’ Kuntratt ta’ Kiri huma emendati f’konformità mal-IFRS 17 kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
1. Kull kumpanija għandha tapplika l-emenda msemmija fl-Artikolu 1, mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja tagħha li tibda fl-1 ta’ Jannar 2023 jew wara.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, kumpanija tista’ tagħżel li ma tapplikax ir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 22 tal-Anness ta’ dan ir-Regolament għal:
(a) |
gruppi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni b’karatteristiċi ta’ parteċipazzjoni diretta u gruppi ta’ kuntratti ta’ investiment b’karatteristiċi ta’ parteċipazzjoni diskrezzjonali kif definit fl-Appendiċi A tal-Anness ta’ dan ir-Regolament, u bi flussi ta’ flus li jaffettwaw jew huma affettwati minn flussi ta’ flus lid-detenturi ta’ poloz ta’ kuntratti oħra kif stabbilit fil-paragrafi B67 u B68 tal-Appendiċi B ta’ dak l-Anness; |
(b) |
gruppi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li huma ġestiti minn ġenerazzjoni għal oħra ta’ kuntratti u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 77b tad-Direttiva 2009/138/KE u li ġew approvati mill-awtoritajiet superviżorji għall-applikazzjoni tal-aġġustament ta’ korrispondenza. |
Meta kumpanija ma tapplikax ir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 22 tal-Anness ta’ dan ir-Regolament skont il-paragrafu 2(a) jew 2(b), hija għandha tiddivulga dan, f’konformità mal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji, fin-noti bħala politika kontabilistika sinifikanti u tipprovdi informazzjoni oħra ta’ spjegazzjoni bħal għal liema portafolli l-kumpanija tkun applikat din l-eżenzjoni.
Artikolu 3
Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-eżenzjoni fakultattiva stabbilita fl-Artikolu 2(2) sal-31 ta’ Diċembru 2027 u, fejn xieraq, tipproponi li temenda jew ittemm dik l-eżenzjoni.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Novembru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 tat-3 ta’ Novembru 2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1).
(3) Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1);
ANNESS
IFRS 17 Kuntratti tal-Assigurazzjoni
Standard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju 17
Kuntratti tal-Assigurazzjoni
Għan
1. |
L-IFRS 17 Kuntratti tal-Assigurazzjoni jistabbilixxi l-prinċipji għar-rikonoxximent, il-kejl, il-preżentazzjoni u d-divulgazzjoni tal-kuntratti tal-assigurazzjoni fl-ambitu tal-Istandard. L-għan tal-IFRS 17 huwa li jiżgura li entità tipprovdi informazzjoni rilevanti li tkun tirrappreżenta fedelment dawk il-kuntratti. Din l-informazzjoni tipprovdi bażi għall-utenti tar-rapporti finanzjarji sabiex jivvalutaw l-effett li l-kuntratti tal-assigurazzjoni għandhom fuq il-pożizzjoni finanzjarja, il-prestazzjoni finanzjarja u l-likwidità tal-entità. |
2. |
Entità għandha tikkunsidra d-drittijiet u l-obbligi sostantivi tagħha, kemm jekk jirriżultaw minn kuntratt, liġi jew inkella regolament, meta tiġi biex tapplika l-IFRS 17. Kuntratt huwa ftehim bejn żewġ partijiet jew aktar li joħloq drittijiet u obbligi infurzabbli. L-infurzabbiltà tad-drittijiet u l-obbligi f’kuntratt hija kwistjoni ta’ liġi. Il-kuntratti jistgħu jkunu bil-miktub, verbali jew implikati minn prattiki ta’ negozju abitwali ta’ entità. It-termini kuntrattwali jinkludu t-termini kollha f’kuntratt, espliċiti jew implikati, iżda entità għandha tinjora t-termini li ma jkollhom ebda sustanza kummerċjali (jiġifieri l-ebda effett dixxernibbli fuq l-ekonomija tal-kuntratt). It-termini implikati f’kuntratt jinkludu dawk imposti minn liġi jew regolament. Il-prattiki u l-proċessi għall-istabbiliment ta’ kuntratti mal-klijenti jvarjaw bejn il-ġurisdizzjonijiet legali, l-industriji u l-entitajiet. Barra minn hekk, huma jistgħu jvarjaw anki fi ħdan entità (pereżempju, jistgħu jiddependu fuq il-klassi tal-klijent jew in-natura tal-oġġetti jew tas-servizzi mwiegħda). |
Ambitu
3. |
Entità għandha tapplika l-IFRS 17 għal:
|
4. |
Ir-referenzi kollha fl-IFRS 17 għall-kuntratti tal-assigurazzjoni japplikaw ukoll għal:
|
5. |
Ir-referenzi kollha fl-IFRS 17 għall-kuntratti tal-assigurazzjoni maħruġa japplikaw ukoll għall-kuntratti tal-assigurazzjoni akkwistati mill-entità fi trasferiment ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni jew kombinament ta’ negozji għajr għall-kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma. |
6. |
L-Appendiċi A jiddefinixxi kuntratt tal-assigurazzjoni u l-paragrafi B2-B30 tal-Appendiċi B jipprovdu gwida dwar id-definizzjoni ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni. |
7. |
Entità ma għandhiex tapplika l-IFRS 17 għal:
|
8. |
Xi kuntratti jissodisfaw id-definizzjoni ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni, iżda għandhom bħala l-iskop primarju tagħhom il-forniment ta’ servizzi għal tariffa fissa. Entità tista’ tagħżel li tapplika l-IFRS 15 minflok l-IFRS 17 għal tali kuntratti li toħroġ jekk, u biss jekk, jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet speċifikati. L-entità tista’ tagħmel dik l-għażla kuntratt b’kuntratt, iżda l-għażla għal kull kuntratt hija irrevokabbli. Il-kundizzjonijiet huma:
|
8 A |
Xi kuntratti jissodisfaw id-definizzjoni ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni iżda jillimitaw il-kumpens għal eventi assigurati għall-ammont li altrimenti jkun meħtieġ biex jitħallas l-obbligu tad-detentur ta’ polza maħluq mill-kuntratt (pereżempju, self b’rinunzji ta’ mewt). Entità għandha tagħżel li tapplika l-IFRS 17 jew l-IFRS 9 għal tali kuntratti maħruġa minnha, sakemm tali kuntratti ma jkunux esklużi mill-ambitu tal-IFRS 17 mill-paragrafu 7. L-entità għandha tagħmel dik l-għażla għal kull portafoll ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni, u l-għażla għal kull portafoll hija irrevokabbli. |
Kombinament ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni
9. |
Sett jew serje ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni mal-istess kontroparti jew ma’ kontroparti relatata jistgħu jiksbu, jew ikunu mfassla sabiex jiksbu, effett kummerċjali kumplessiv. Sabiex tiġi rrapportata s-sustanza ta’ kuntratti bħal dawn, jista’ jkun meħtieġ li s-sett jew is-serje ta’ kuntratti jiġu ttrattati bħala wieħed sħiħ. Pereżempju, jekk id-drittijiet jew l-obbligi f’kuntratt wieħed ma jagħmlu xejn għajr jiċħdu interament id-drittijiet jew l-obbligi f’kuntratt ieħor li jkun iddaħħal fis-seħħ fl-istess ħin mal-istess kontroparti, l-effett ikkombinat ikun li ma jkun jeżisti l-ebda dritt jew obbligu. |
Is-separazzjoni tal-komponenti minn kuntratt tal-assigurazzjoni (il-paragrafi B31-B35)
10. |
Kuntratt ta’ assigurazzjoni jista’ jkun fih komponent wieħed jew aktar li jkun jaqa’ fl-ambitu ta’ Standard ieħor jekk ikunu kuntratti separati. Pereżempju, kuntratt tal-assigurazzjoni jista’ jinkludi komponent ta’ investiment jew komponent għal servizzi għajr servizzi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni (jew it-tnejn). Entità għandha tapplika l-paragrafi 11-13 sabiex tidentifika u tqis il-komponenti tal-kuntratt. |
11. |
Entità għandha:
|
12. |
Wara li tapplika l-paragrafu 11 biex tissepara kwalunkwe flussi ta’ flus relatati ma’ derivattivi inkorporati u komponenti ta’ investiment distinti, entità għandha tissepara mill-kuntratt tal-assigurazzjoni ospitanti kwalunkwe wegħda li tittrasferixxi oġġetti jew servizzi distinti, għajr servizzi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni, lil detentur ta’ polza, billi tapplika l-paragrafu 7 tal-IFRS 15. L-entità għandha tikkontabilizza tali wegħdiet billi tapplika l-IFRS 15. Meta tapplika l-paragrafu 7 tal-IFRS 15 biex tissepara l-wegħda, l-entità għandha tapplika l-paragrafi B33-B35 tal-IFRS 17 u, mar-rikonoxximent inizjali, għandha:
|
13. |
Wara li tapplika l-paragrafi 11-12, entità għandha tapplika l-IFRS 17 għall-komponenti kollha li jifdal tal-kuntratt tal-assigurazzjoni ospitanti. Minn hawn ’il quddiem, ir-referenzi kollha fl-IFRS 17 għal derivattivi inkorporati jirreferu għad-derivattivi li ma ġewx isseparati mill-kuntratt tal-assigurazzjoni ospitanti u r-referenzi kollha għal komponenti ta’ investiment jirreferu għall-komponenti ta’ investiment li ma ġewx isseparati mill-kuntratt tal-assigurazzjoni ospitanti (ħlief dawk ir-referenzi fil-paragrafi B31-B32). |
Il-livell ta’ aggregazzjoni tal-kuntratti tal-assigurazzjoni
14. |
Entità għandha tidentifika portafolli ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni. Portafoll jinkludi kuntratti soġġetti għal riskji simili u ġestiti flimkien. Il-kuntratti f’linja ta’ prodotti jkunu mistennija li jkollhom riskji simili u, b’hekk, ikunu mistennija li jkunu fl-istess portafoll jekk jiġu ġestiti flimkien. Il-kuntratti f’linji ta’ prodotti differenti (pereżempju annwalitajiet fissi bi primjum wieħed, imqabbla ma’ assigurazzjoni fuq il-ħajja b’terminu regolari) ma jkunux mistennija li jkollhom riskji simili u, b’hekk, ikunu mistennija li jkunu f’portafolli differenti. |
15. |
Il-paragrafi 16-24 japplikaw għall-kuntratti tal-assigurazzjoni maħruġa. Ir-rekwiżiti għal-livell ta’ aggregazzjoni tal-kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma huma stabbiliti fil-paragrafu 61. |
16. |
Entità għandha tiddividi portafoll tal-kuntratti tal-assigurazzjoni maħruġa f’minimu ta’:
|
17. |
Jekk entità jkollha informazzjoni raġonevoli u appoġġabbli biex tikkonkludi li sett ta’ kuntratti se jkun kollu fl-istess grupp li japplika l-paragrafu 16, hija tista’ tkejjel is-sett ta’ kuntratti biex tiddetermina jekk il-kuntratti humiex onerużi (ara l-paragrafu 47) u tivvaluta s-sett ta’ kuntratti biex tiddetermina jekk il-kuntratti għandhomx possibbiltà sinifikanti li sussegwentement isiru onerużi (ara l-paragrafu 19). Jekk l-entità ma jkollha ebda informazzjoni raġonevoli u appoġġabbli sabiex tikkonkludi li sett ta’ kuntratti se jkun kollu fl-istess grupp, hija għandha tiddetermina l-grupp li għalih jappartjenu l-kuntratti billi tikkunsidra kuntratti individwali. |
18. |
Għall-kuntratti maħruġa li għalihom entità tapplika l-approċċ ta’ allokazzjoni ta’ primjum (ara l-paragrafi 53-59), l-entità għandha tassumi li l-ebda kuntratt fil-portafoll ma huwa oneruż mar-rikonoxximent inizjali, sakemm il-fatti u ċ-ċirkostanzi ma jindikawx mod ieħor. Entità għandha tivvaluta jekk il-kuntratti li mhumiex onerużi mar-rikonoxximent inizjali għandhomx possibbiltà sinifikanti li sussegwentement isiru onerużi billi tivvaluta l-probabbiltà ta’ bidliet fil-fatti u ċ-ċirkostanzi applikabbli. |
19. |
Għall-kuntratti maħruġa li għalihom entità ma tapplikax l-approċċ ta’ allokazzjoni ta’ primjum (ara l-paragrafi 53-54), entità għandha tivvaluta jekk il-kuntratti li mhumiex onerużi mar-rikonoxximent inizjali għandhomx possibbiltà sinifikanti li jsiru onerużi:
|
20. |
Jekk, wara l-applikazzjoni tal-paragrafi 14-19, il-kuntratti fi ħdan portafoll jaqgħu fi gruppi differenti biss minħabba li l-liġi jew ir-regolament jirrestrinġu speċifikament il-kapaċità prattika tal-entità li tiffissa prezz jew livell differenti ta’ benefiċċji għad-detenturi tal-poloz b’karatteristiċi differenti, l-entità tista’ tinkludi dawk il-kuntratti fl-istess grupp. L-entità ma għandhiex tapplika dan il-paragrafu b’analoġija għal entrati oħrajn. |
21. |
Entità hija permessa li tissuddividi l-gruppi deskritti fil-paragrafu 16. Pereżempju, entità tista’ tagħżel li taqsam il-portafolli fi:
|
22. |
Entità ma għandhiex tinkludi l-kuntratti maħruġa aktar minn sena bogħod minn xulxin fl-istess grupp. Sabiex tikseb dan, l-entità għandha, jekk ikun meħtieġ, tkompli taqsam il-gruppi deskritti fil-paragrafi 16-21. |
23. |
Grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni għandu jinkludi kuntratt wieħed jekk dak ikun ir-riżultat tal-applikazzjoni tal-paragrafi 14-22. |
24. |
Entità għandha tapplika r-rekwiżiti ta’ kejl u rikonoxximent tal-IFRS 17 għall-gruppi ta’ kuntratti kif iddeterminati permezz tal-applikazzjoni tal-paragrafi 14-23. Entità għandha tistabbilixxi l-gruppi mar-rikonoxximent inizjali u żżid kuntratti mal-gruppi billi tapplika l-paragrafu 28. L-entità ma għandhiex terġa’ tivvaluta l-kompożizzjoni tal-gruppi sussegwentement. Sabiex tkejjel grupp ta’ kuntratti, entità tista’ tistma l-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni f’livell ogħla ta’ aggregazzjoni mill-grupp jew mill-portafoll, diment li l-entità tkun tista’ tinkludi l-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni xierqa fil-kejl tal-grupp, billi tapplika l-paragrafi 32(a), 40(a)(i) u 40(b) u billi talloka dawn l-estimi lil gruppi ta’ kuntratti. |
Rikonoxximent
25. |
Entità għandha tirrikonoxxi grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li hija toħroġ mal-ewwel wieħed li jiġi minn dawn:
|
26. |
Jekk ma jkun hemm ebda data ta’ maturità kuntrattwali, l-ewwel pagament mid-detentur ta’ polza jitqies li huwa dovut meta jiġi riċevut. Entità hija meħtieġa li tiddetermina jekk xi kuntratti jifformawx grupp ta’ kuntratti onerużi bl-applikazzjoni tal-paragrafu 16 qabel l-aktar data kmieni minn dawk stabbiliti fil-paragrafi 25(a) u 25(b) jekk il-fatti u ċ-ċirkostanzi jindikaw li hemm grupp bħal dan. |
27. |
[Imħassar] |
28. |
Fir-rikonoxximent ta’ grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni f’perjodu ta’ rapportar, entità għandha tinkludi biss il-kuntratti li individwalment jissodisfaw wieħed mill-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 25 u għandha tagħmel estimi għar-rati ta’ skont fid-data tar-rikonoxximent inizjali (ara l-paragrafu B73) u għall-unitajiet ta’ kopertura pprovduti fil-perjodu ta’ rapportar (ara l-paragrafu B119). Entità tista’ tinkludi aktar kuntratti fil-grupp wara t-tmiem ta’ perjodu ta’ rapportar, soġġetta għall-paragrafi 14-22. Entità għandha żżid kuntratt mal-grupp fil-perjodu ta’ rapportar li fih dak il-kuntratt jissodisfa wieħed mill-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 25. Dan jista’ jwassal għal bidla fid-determinazzjoni tar-rati ta’ skont fid-data tar-rikonoxximent inizjali bl-applikazzjoni tal-paragrafu B73. Entità għandha tapplika r-rati riveduti mill-bidu tal-perjodu ta’ rapportar li fih il-kuntratti ġodda jiżdiedu mal-grupp. |
Flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni (il-paragrafi B35 A-B35D)
28 A |
Entità għandha talloka flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni lil gruppi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni bl-użu ta’ metodu sistematiku u razzjonali li japplika l-paragrafi B35 A-B35B, sakemm ma tagħżilx li tirrikonoxxihom bħala spejjeż billi tapplika l-paragrafu 59(a). |
28 B |
Entità li ma tapplikax il-paragrafu 59(a) għandha tirrikonoxxi bħala assi l-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni mħallsa (jew il-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni li għalihom ġiet rikonoxxuta obbligazzjoni bl-applikazzjoni ta’ Standard tal-IFRS ieħor) qabel ma jiġi rikonoxxut il-grupp relatat ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni. Entità għandha tirrikonoxxi tali assi għal kull grupp relatat ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni. |
28C |
Entità għandha tirtira r-rikonoxximent ta’ assi għall-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni meta l-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni jiġu inklużi fil-kejl tal-grupp relatat ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni bl-applikazzjoni tal-paragrafu 38(c)(i) jew tal-paragrafu 55(a)(iii). |
28D |
Jekk japplika l-paragrafu 28, entità għandha tapplika l-paragrafi 28B-28C f’konformità mal-paragrafu B35C. |
28E |
Fit-tmiem ta’ kull perjodu ta’ rapportar, entità għandha tivvaluta l-potenzjal ta’ rkupru ta’ assi għall-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni jekk il-fatti u ċ-ċirkostanzi jindikaw li l-assi jista’ jiġi indebolit (ara l-paragrafu B35D). Jekk entità tidentifika telf minn indeboliment, l-entità għandha taġġusta l-ammont riportat tal-assi u tirrikonoxxi t-telf minn indeboliment fi profitt jew telf. |
28F |
Entità għandha tirrikonoxxi fil-profitt jew it-telf treġġigħ lura ta’ ftit mit-telf minn indeboliment jew tat-telf kollu li qabel kien rikonoxxut bl-applikazzjoni tal-paragrafu 28E u żżid l-ammont riportat tal-assi, sakemm il-kundizzjonijiet tal-indeboliment ma jibqgħux jeżistu jew ikunu tjiebu. |
Il-kejl (il-paragrafi B36-B119F)
29. |
Entità għandha tapplika l-paragrafi 30-52 għall-gruppi kollha ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni fl-ambitu tal-IFRS 17, bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:
|
30. |
Meta tapplika l-IAS 21 L-Effetti tal-Bidliet fir-Rati tal-Kambju għal grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li jiġġeneraw flussi ta’ flus f’munita barranija, entità għandha tittratta l-grupp ta’ kuntratti, inkluż il-marġini kuntrattwali ta’ servizz, bħala entrata monetarja. |
31. |
Fir-rapporti finanzjarji ta’ entità li toħroġ kuntratti tal-assigurazzjoni, il-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni ma għandhomx jirriflettu r-riskju ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ dik l-entità (riskju ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni huwa definit fl-IFRS 13 Il-Kejl tal-Valur Ġust). |
Il-kejl mar-rikonoxximent inizjali (il-paragrafi B36-B95F)
32. |
Mar-rikonoxximent inizjali, entità għandha tkejjel grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni fit-total ta’:
|
L-estimi tal-flussi futuri ta’ flus (il-paragrafi B36-B71)
33. |
Entità għandha tinkludi fil-kejl ta’ grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni l-flussi futuri ta’ flus kollha fil-limitu ta’ kull kuntratt fil-grupp (ara l-paragrafu 34). Billi tapplika l-paragrafu 24, entità tista’ tistma l-flussi futuri ta’ flus f’livell ogħla ta’ aggregazzjoni u mbagħad talloka l-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni li jirriżultaw għal gruppi ta’ kuntratti individwali. L-estimi tal-flussi futuri ta’ flus għandhom:
|
34. |
Il-flussi ta’ flus ikunu fil-limitu ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni jekk jirriżultaw minn drittijiet u obbligi sostantivi li jkunu jeżistu matul il-perjodu ta’ rapportar, li fih l-entità tista’ ġġiegħel lid-detentur ta’ polza jħallas il-primjums jew li fih l-entità jkollha obbligu sostantiv li tipprovdi servizzi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni lid-detentur ta’ polza (ara l-paragrafi B61-B71). Obbligu sostantiv li jiġu pprovduti servizzi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni jintemm meta:
|
35. |
Entità ma għandhiex tirrikonoxxi bħala obbligazzjoni jew bħala assi kwalunkwe ammont li jirrigwardja l-primjums jew il-pretensjonijiet mistennija lil hinn mil-limitu tal-kuntratt tal-assigurazzjoni. Dawn l-ammonti jirrigwardjaw il-kuntratti tal-assigurazzjoni futuri. |
Ir-rati ta’ skont (il-paragrafi B72-B85)
36. |
Entità għandha taġġusta l-estimi tal-flussi futuri ta’ flus sabiex ikunu jirriflettu l-valur taż-żmien tal-flus u r-riskji finanzjarji relatati ma’ dawk il-flussi ta’ flus, sakemm ir-riskji finanzjarji ma jiġux inklużi fl-estimi tal-flussi ta’ flus. Ir-rati ta’ skont applikati għall-estimi tal-flussi futuri ta’ flus deskritti fil-paragrafu 33 għandhom:
|
Aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju (il-paragrafi B86–B92)
37. |
Entità għandha taġġusta l-istima tal-valur attwali tal-flussi futuri ta’ flus sabiex dawn ikunu jirriflettu l-kumpens li l-entità teħtieġ sabiex iġġarrab l-inċertezza dwar l-ammont u t-twaqqit tal-flussi tal-flus li tirriżulta minn riskju mhux finanzjarju. |
Marġini kuntrattwali ta’ servizz
38. |
Il-marġini kuntrattwali ta’ servizz huwa komponent tal-assi jew tal-obbligazzjoni għall-grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li jirrappreżenta l-profitt mhux gwadanjat li l-entità tirrikonoxxi hekk kif tipprovdi servizzi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni fil-futur. Entità għandha tkejjel il-marġini kuntrattwali ta’ servizz mar-rikonoxximent inizjali ta’ grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni f’ammont li, sakemm ma japplikax il-paragrafu 47 (dwar il-kuntratti onerużi) jew il-paragrafu B123 A (dwar id-dħul mill-assigurazzjoni relatat mal-paragrafu 38(c)(ii)), ma jirriżulta f’ebda introjtu jew spejjeż minn:
|
39. |
Għall-kuntratti tal-assigurazzjoni akkwiżiti fi trasferiment ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni jew f’kombinament ta’ negozji fl-ambitu tal-IFRS 3, entità għandha tapplika l-paragrafu 38 f’konformità mal-paragrafi B93-B95F. |
Kejl sussegwenti
40. |
L-ammont riportat ta’ grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni fi tmiem kull perjodu ta’ rapportar għandu jkun it-total ta’:
|
41. |
Entità għandha tirrikonoxxi l-introjtu u l-ispejjeż għall-bidliet li ġejjin fl-ammont riportat tal-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal:
|
42. |
Entità għandha tirrikonoxxi l-introjtu u l-ispejjeż għall-bidliet li ġejjin fl-ammont riportat tal-obbligazzjoni għall-pretensjonijiet imġarrba:
|
marġini kuntrattwali ta’ servizz (il-paragrafi B96–B119B)
43. |
Il-marġini kuntrattwali ta’ servizz fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar jirrappreżenta l-profitt fil-grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li sa issa għadu ma ġiex rikonoxxut fi profitt jew telf minħabba li jirrigwardja servizz futur li jrid jiġi pprovdut skont il-kuntratti fil-grupp. |
44. |
Għall-kuntratti tal-assigurazzjoni mingħajr karatteristiċi diretti ta’ parteċipazzjoni, l-ammont riportat tal-marġini kuntrattwali ta’ servizz ta’ grupp ta’ kuntratti fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar huwa daqs l-ammont riportat fil-bidu tal-perjodu ta’ rapportar aġġustat għal:
|
45. |
Għall-kuntratti tal-assigurazzjoni b’karatteristiċi diretti ta’ parteċipazzjoni (ara l-paragrafi B101-B118), l-ammont riportat tal-marġini kuntrattwali ta’ servizz ta’ grupp ta’ kuntratti fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar huwa daqs l-ammont riportat fil-bidu tal-perjodu ta’ rapportar aġġustat għall-ammonti speċifikati fis-subparagrafi (a)-(e) hawn taħt. Entità mhijiex meħtieġa li tidentifika dawn l-aġġustamenti separatament. Minflok, jista’ jiġi ddeterminat ammont ikkombinat għal uħud mill-aġġustamenti, jew għalihom kollha. L-aġġustamenti huma:
|
46. |
Xi bidliet fil-marġini kuntrattwali ta’ servizz ipaċu l-bidliet fil-flussi tal-flus tal-eżekuzzjoni għall-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal, li ma jirriżultaw f’ebda bidla fl-ammont riportat totali tal-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal. Sakemm il-bidliet fil-marġini kuntrattwali ta’ servizz ma jpaċux il-bidliet fil-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni għall-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal, entità għandha tirrikonoxxi l-introjtu u l-ispejjeż għall-bidliet, billi tapplika l-paragrafu 41. |
Kuntratti onerużi
47. |
Kuntratt tal-assigurazzjoni jkun oneruż fid-data tar-rikonoxximent inizjali jekk il-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni allokati għall-kuntratt, kwalunkwe fluss ta’ flus mill-akkwiżizzjoni li kien rikonoxxut qabel u kwalunkwe fluss ta’ flus li jirriżulta mill-kuntratt fid-data tar-rikonoxximent inizjali fit-total ikunu ħruġ nett. Billi tapplika l-paragrafu 16(a), entità għandha tiġbor flimkien dawn il-kuntratti separatament mill-kuntratti li mhumiex onerużi. Sal-punt li japplika l-paragrafu 17, entità tista’ tidentifika l-grupp ta’ kuntratti onerużi billi tkejjel sett ta’ kuntratti minflok kuntratti individwali. Entità għandha tirrikonoxxi telf fil-profitt jew telf għall-ħruġ nett għall-grupp ta’ kuntratti onerużi, li jwassal biex l-ammont riportat tal-obbligazzjoni għall-grupp ikun daqs il-flussi tal-flus tal-eżekuzzjoni u l-marġini kuntrattwali ta’ servizz tal-grupp ikun żero. |
48. |
Grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni jsir oneruż (jew aktar oneruż) fuq il-kejl sussegwenti jekk l-ammonti li ġejjin jaqbżu l-ammont riportat tal-marġini kuntrattwali ta’ servizz:
Billi tapplika l-paragrafi 44(c)(i), 45(b)(ii) u 45(c)(ii), entità għandha tirrikonoxxi telf fil-profitt jew telf sal-limitu ta’ dak l-eċċess. |
49. |
Entità għandha tistabbilixxi (jew iżżid) komponent ta’ telf tal-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal għal grupp oneruż li juri t-telf rikonoxxut bl-applikazzjoni tal-paragrafi 47-48. Il-komponent tat-telf jiddetermina l-ammonti li huma ppreżentati fi profitt jew telf bħala treġġigħ lura tat-telf fuq gruppi onerużi u li konsegwentement jiġu esklużi mid-determinazzjoni tad-dħul mill-assigurazzjoni. |
50. |
Wara li entità tkun irrikonoxxiet telf fuq grupp oneruż ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni, hija għandha talloka:
|
51. |
Il-bidliet sussegwenti fil-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni tal-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal li għandhom jiġu allokati bl-applikazzjoni tal-paragrafu 50(a) huma:
|
52. |
L-allokazzjoni sistematika meħtieġa mill-paragrafu 50(a) għandha twassal biex l-ammonti totali allokati għall-komponent tat-telf f’konformità mal-paragrafi 48-50 ikunu ugwali għal żero sal-aħħar tal-perjodu ta’ kopertura ta’ grupp ta’ kuntratti. |
Approċċ tal-allokazzjoni ta’ primjum
53. |
Entità tista’ tissimplifika l-kejl ta’ grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni billi tuża l-approċċ tal-allokazzjoni ta’ primjum stabbilit fil-paragrafi 55-59 jekk, u biss jekk, fil-bidu tal-grupp:
|
54. |
Il-kriterju fil-paragrafu 53(a) ma jiġix issodisfat jekk, fil-bidu tal-grupp, entità tistenna varjabbiltà sinifikanti fil-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni li taffettwa l-kejl tal-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal matul il-perjodu qabel tiġi mġarrba pretensjoni. Il-varjabbiltà fil-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni tiżdied, pereżempju, ma’:
|
55. |
Bl-użu tal-approċċ tal-allokazzjoni ta’ primjum, entità għandha tkejjel l-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal kif ġej:
|
56. |
Jekk il-kuntratti tal-assigurazzjoni fil-grupp ikollhom komponent ta’ finanzjament sinifikanti, entità għandha taġġusta l-ammont riportat tal-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal sabiex tkun tirrifletti l-valur taż-żmien tal-flus u l-effett tar-riskju finanzjarju bl-użu tar-rati ta’ skont speċifikati fil-paragrafu 36, kif iddeterminati mar-rikonoxximent inizjali. L-entità mhijiex meħtieġa li taġġusta l-ammont riportat tal-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal sabiex tkun tirrifletti l-valur taż-żmien tal-flus u l-effett tar-riskju finanzjarju jekk, mar-rikonoxximent inizjali, l-entità tistenna li ż-żmien bejn il-forniment ta’ kull parti tas-servizzi u d-data ta’ maturità tal-primjum relatat ma jkunx aktar minn sena. |
57. |
Jekk fi kwalunkwe ħin matul il-perjodu ta’ kopertura, il-fatti u ċ-ċirkostanzi jindikaw li grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni huwa oneruż, entità għandha tikkalkula d-differenza bejn:
|
58. |
Sakemm il-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni deskritti fil-paragrafu 57(b) jaqbżu l-ammont riportat deskritt fil-paragrafu 57(a), l-entità għandha tirrikonoxxi telf fil-profitt jew telf u żżid l-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal. |
59. |
Fl-applikazzjoni tal-approċċ tal-allokazzjoni ta’ primjum, entità:
|
Kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma
60. |
Ir-rekwiżiti fl-IFRS 17 huma mmodifikati għall-kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma, kif stabbilit fil-paragrafi 61-70 A. |
61. |
Entità għandha taqsam il-portafolli ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma billi tapplika l-paragrafi 14-24, ħlief li r-referenzi għal kuntratti onerużi f’dawk il-paragrafi għandhom jiġu sostitwiti b’referenza għall-kuntratti li fuqhom hemm qligħ nett mar-rikonoxximent inizjali. Għal xi kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma, l-applikazzjoni tal-paragrafi 14-24 se tirriżulta fi grupp li jkun magħmul minn kuntratt wieħed biss. |
Rikonoxximent
62. |
Minflok tapplika l-paragrafu 25, entità għandha tirrikonoxxi grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma mill-aktar kmieni minn dawn li ġejjin:
|
62 A |
Minkejja l-paragrafu 62(a), entità għandha tittardja r-rikonoxximent ta’ grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma li jipprovdu kopertura proporzjonata sad-data li fiha kwalunkwe kuntratt tal-assigurazzjoni sottostanti jiġi rikonoxxut inizjalment, jekk dik id-data tkun aktar tard mill-bidu tal-perjodu ta’ kopertura tal-grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma. |
Kejl
63. |
Fl-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ kejl tal-paragrafi 32-36 għall-kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma, safejn il-kuntratti sottostanti jitkejlu wkoll bl-applikazzjoni ta’ dawk il-paragrafi, l-entità għandha tuża suppożizzjonijiet konsistenti sabiex tkejjel l-estimi tal-valur attwali tal-flussi futuri ta’ flus għall-grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma u l-estimi tal-valur attwali tal-flussi futuri ta’ flus għall-grupp(i) ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni sottostanti. Barra minn hekk, l-entità għandha tinkludi fl-estimi tal-valur attwali tal-flussi futuri ta’ flus għall-grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma l-effett ta’ kwalunkwe riskju ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni mill-emittent tal-kuntratt ta’ riassigurazzjoni, inklużi l-effetti ta’ kollateral u telf minn tilwimiet. |
64. |
Minflok tapplika l-paragrafu 37, entità għandha tiddetermina l-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju sabiex ikun jirrappreżenta l-ammont ta’ riskju li jiġi ttrasferit mid-detentur tal-grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni lill-emittent ta’ dawk il-kuntratti. |
65. |
Ir-rekwiżiti tal-paragrafu 38 li jirrigwardjaw id-determinazzjoni tal-marġini kuntrattwali ta’ servizz mar-rikonoxximent inizjali huma mmodifikati sabiex jirriflettu l-fatt li, għal grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma, ma jkun hemm ebda profitt mhux gwadanjat, iżda minflok ikun hemm kost nett jew qligħ nett fuq l-akkwist tar-riassigurazzjoni. B’hekk, sakemm ma jkunx japplika l-paragrafu 65 A, mar-rikonoxximent inizjali, l-entità għandha tirrikonoxxi kwalunkwe kost nett jew qligħ nett fuq l-akkwist tal-grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma bħala marġini kuntrattwali ta’ servizz imkejjel f’ammont ugwali għat-total ta’:
|
65 A |
Jekk il-kost nett tal-akkwist ta’ kopertura ta’ riassigurazzjoni jkun jirrigwardja eventi li seħħew qabel l-akkwist tal-grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni, minkejja r-rekwiżiti tal-paragrafu B5, l-entità għandha tirrikonoxxi tali kost immedjatament fi profitt jew telf bħala spiża. |
66. |
Minflok tapplika l-paragrafu 44, entità għandha tkejjel il-marġini kuntrattwali ta’ servizz fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar għal grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma bħala l-ammont riportat iddeterminat fil-bidu tal-perjodu ta’ rapportar, aġġustat għal:
|
66 A |
Entità għandha taġġusta l-marġini kuntrattwali ta’ servizz ta’ grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma u, bħala riżultat, tirrikonoxxi l-introjtu, meta l-entità tirrikonoxxi telf mar-rikonoxximent inizjali ta’ grupp oneruż ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni sottostanti jew maż-żieda ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni sottostanti onerużi ma’ grupp (ara l-paragrafi B119C-B119E). |
66 B |
Entità għandha tistabbilixxi (jew taġġusta) komponent ta’ rkupru tat-telf tal-assi għall-kopertura li jifdal għal grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma li juru l-irkupru tat-telf rikonoxxut bl-applikazzjoni tal-paragrafi 66(c)(i)-(ii) u 66 A. Il-komponent tal-irkupru tat-telf jiddetermina l-ammonti li huma ppreżentati fi profitt jew telf bħala treġġigħ lura tal-irkupri tat-telf mill-kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma u, konsegwentement, jiġu esklużi mill-allokazzjoni tal-primjums imħallsin lir-riassiguratur (ara l-paragrafu B119F). |
67. |
Il-bidliet fil-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni li jirriżultaw mill-bidliet fir-riskju ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni mill-emittent ta’ kuntratt ta’ riassigurazzjoni miżmum ma jirrigwardjawx servizz futur u ma għandhomx jaġġustaw il-marġini kuntrattwali tas-servizz. |
68. |
Il-kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma ma jistgħux ikunu onerużi. Għaldaqstant, ir-rekwiżiti tal-paragrafi 47-52 ma japplikawx. |
Approċċ tal-allokazzjoni ta’ primjum għall-kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma
69. |
Entità tista’ tuża l-approċċ tal-allokazzjoni ta’ primjum stabbilit fil-paragrafi 55-56 u 59 (adattat sabiex ikun jirrifletti l-karatteristiċi tal-kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma li huma differenti mill-kuntratti tal-assigurazzjoni maħruġa, pereżempju, il-ġenerazzjoni tal-ispejjeż jew it-tnaqqis fl-ispejjeż, minflok id-dħul) sabiex tissimplifika l-kejl ta’ grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma, jekk fil-bidu tal-grupp:
|
70. |
Entità ma tistax tissodisfa l-kundizzjoni fil-paragrafu 69(a) jekk, fil-bidu tal-grupp, entità tistenna varjabbiltà sinifikanti fil-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni li taffettwa l-kejl tal-assi għall-kopertura li jifdal matul il-perjodu qabel ma tiġi mġarrba pretensjoni. Il-varjabbiltà fil-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni tiżdied, pereżempju, ma’:
|
70 A |
Jekk entità tkejjel grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma billi tapplika l-approċċ tal-allokazzjoni tal-primjum, l-entità għandha tapplika l-paragrafu 66 A billi taġġusta l-ammont riportat tal-assi għall-kopertura li jifdal minflok taġġusta l-marġini kuntrattwali ta’ servizz. |
Kuntratti ta’ investiment b’aspetti diskrezzjonarji ta’ parteċipazzjoni
71. |
Kuntratt ta’ investiment b’aspetti diskrezzjonarji ta’ parteċipazzjoni ma jinkludix trasferiment ta’ riskju sinifikanti tal-assigurazzjoni. Konsegwentement, ir-rekwiżiti fl-IFRS 17 għall-kuntratti tal-assigurazzjoni huma mmodifikati għall-kuntratti ta’ investiment b’aspetti diskrezzjonarji ta’ parteċipazzjoni kif ġej:
|
Modifika u rtirar tar-rikonoxximent
Modifika ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni
72. |
Jekk it-termini ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni jiġu mmodifikati, pereżempju, permezz ta’ ftehim bejn il-partijiet għall-kuntratt jew permezz ta’ bidla fir-regolament, entità għandha tirtira r-rikonoxximent tal-kuntratt oriġinali u tirrikonoxxi l-kuntratt immodifikat bħala kuntratt ġdid, billi tapplika l-IFRS 17 jew Standards applikabbli oħrajn jekk, u biss jekk, tiġi ssodisfata kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet f’(a)-(c). L-eżerċitar ta’ dritt inkluż fit-termini ta’ kuntratt mhuwiex modifika. Il-kundizzjonijiet huma li:
|
73. |
Jekk modifika ta’ kuntratt ma tissodisfa l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 72, l-entità għandha tittratta l-bidliet fil-flussi ta’ flus ikkawżati mill-modifika bħala bidliet fl-estimi tal-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni billi tapplika l-paragrafi 40-52. |
Irtirar tar-rikonoxximent
74. |
Entità għandha tirtira r-rikonoxximent ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni meta, u biss meta:
|
75. |
Meta kuntratt tal-assigurazzjoni jiġi eżawrit, l-entità ma tibqax f’riskju u, għalhekk, ma tibqax meħtieġa li tittrasferixxi riżorsi ekonomiċi sabiex tissodisfa l-kuntratt tal-assigurazzjoni. Pereżempju, meta entità tixtri riassigurazzjoni, hija għandha tirtira r-rikonoxximent tal-kuntratt(i) tal-assigurazzjoni sottostanti meta, u biss meta, il-kuntratt(i) tal-assigurazzjoni sottostanti jiġi/u eżawrit(i). |
76. |
Entità tirtira r-rikonoxximent ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni minn grupp ta’ kuntratti billi tapplika r-rekwiżiti li ġejjin fl-IFRS 17:
|
77. |
Meta entità tirtira r-rikonoxximent ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni minħabba li tittrasferixxi l-kuntratt lil parti terza jew tirtira r-rikonoxximent ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni u tirrikonoxxi kuntratt ġdid bl-applikazzjoni tal-paragrafu 72, l-entità għandha minflok tapplika l-paragrafu 76(b):
|
Il-preżentazzjoni fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja
78. |
Entità għandha tippreżenta separatament fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja l-ammont riportat ta’ portafolli ta’:
|
79. |
Entità għandha tinkludi kwalunkwe assi għall-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni rikonoxxuti billi tapplika l-paragrafu 28B fl-ammont riportat tal-portafolli relatati tal-kuntratti tal-assigurazzjoni maħruġa, kif ukoll kwalunkwe assi jew obbligazzjoni għall-flussi ta’ flus relatati mal-portafolli ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma (ara l-paragrafu 65(b)) fl-ammont riportat tal-portafolli ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma. |
Ir-rikonoxximent u l-preżentazzjoni fir-rapport(i) tal-prestazzjoni finanzjarja (il-paragrafi B120-B136)
80. |
Billi tapplika l-paragrafi 41 u 42, entità għandha tiddiżaggrega l-ammonti rikonoxxuti fir-rapport(i) tal-introjtu u introjtu komprensiv ieħor (minn hawn ’il quddiem ir-rapport(i) tal-prestazzjoni finanzjarja) fi:
|
81. |
Entità mhijiex meħtieġa li tiddiżaggrega l-bidla fl-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju bejn ir-riżultat tas-servizz ta’ assigurazzjoni u l-introjtu jew l-ispejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni. Jekk entità ma tagħmilx tali diżaggregazzjoni, hija għandha tinkludi l-bidla kollha fl-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju bħala parti mir-riżultat tas-servizz ta’ assigurazzjoni. |
82. |
Entità għandha tippreżenta l-introjtu jew l-ispejjeż mill-kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma separatament mill-ispejjeż jew l-introjtu mill-kuntratti tal-assigurazzjoni maħruġa. |
Ir-riżultat ta’ servizz ta’ assigurazzjoni
83. |
Entità għandha tippreżenta fi profitt jew telf id-dħul mill-assigurazzjoni li jirriżulta mill-gruppi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni maħruġa. Id-dħul mill-assigurazzjoni għandu juri l-għoti ta’ servizzi li jirriżultaw mill-grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni f’ammont li jirrifletti l-korrispettiv li għalih l-entità tistenna li tkun intitolata bi skambju għal dawk is-servizzi. Il-paragrafi B120-B127 jispeċifikaw kif entità tkejjel id-dħul mill-assigurazzjoni. |
84. |
Entità għandha tippreżenta fi profitt jew telf l-ispejjeż ta’ servizz ta’ assigurazzjoni li jirriżultaw minn grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni maħruġa, li jinkludu l-pretensjonijiet imġarrba (minbarra r-ripagamenti tal-komponenti ta’ investiment), spejjeż imġarrba oħrajn tas-servizz ta’ assigurazzjoni u ammonti oħrajn kif deskritti fil-paragrafu 103(b). |
85. |
Id-dħul mill-assigurazzjoni u l-ispejjeż tas-servizz ta’ assigurazzjoni ppreżentati fi profitt jew telf għandhom jeskludu kwalunkwe komponent ta’ investiment. Entità ma għandhiex tippreżenta informazzjoni dwar primjums fi profitt jew telf jekk dik l-informazzjoni tkun inkonsistenti mal-paragrafu 83. |
86. |
Entità tista’ tippreżenta l-introjtu jew l-ispejjeż minn grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma (ara l-paragrafi 60-70 A), għajr għall-introjtu jew l-ispejjeż ta’ finanzjament tal-assigurazzjoni, bħala ammont wieħed; inkella, l-entità tista’ tippreżenta separatament l-ammonti rkuprati mir-riassiguratur u allokazzjoni tal-primjums imħallsin li flimkien jagħtu ammont nett daqs dak l-ammont waħdieni. Jekk entità tippreżenta separatament l-ammonti rkuprati mir-riassiguratur u allokazzjoni tal-primjums imħallsin, hija għandha:
|
Introjtu jew spejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni (ara l-paragrafi B128-B136)
87. |
L-introjtu jew l-ispejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni jinkludu l-bidla fl-ammont riportat tal-grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li jirriżultaw minn:
|
87 A |
Entità għandha tapplika:
|
88. |
Meta tapplika l-paragrafu 87 A(b), sakemm ma japplikax il-paragrafu 89, entità għandha tagħmel għażla ta’ politika kontabilistika bejn:
|
89. |
Meta tapplika l-paragrafu 87 A(b) għall-kuntratti tal-assigurazzjoni b’karatteristiċi diretti ta’ parteċipazzjoni, li għalihom l-entità żżomm l-entrati sottostanti, entità għandha tagħmel għażla ta’ politika kontabilistika bejn:
|
90. |
Jekk entità tagħżel il-politika kontabilistika stabbilita fil-paragrafu 88(b) jew fil-paragrafu 89(b), hija għandha tinkludi f’introjtu komprensiv ieħor id-differenza bejn l-introjtu jew l-ispejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni mkejla fuq il-bażi stabbilita f’dawk il-paragrafi u l-introjtu jew l-ispejjeż totali tal-finanzjament tal-assigurazzjoni għall-perjodu. |
91. |
Jekk entità tittrasferixxi grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni jew tirtira r-rikonoxximent ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni bl-applikazzjoni tal-paragrafu 77:
|
92. |
Il-paragrafu 30 jitlob li entità tittratta kuntratt tal-assigurazzjoni bħala entrata monetarja skont l-IAS 21 għall-fini tal-konverżjoni tal-entrati tal-kambju fil-munita funzjonali tal-entità. Entità tinkludi d-differenzi tal-kambju fuq il-bidliet fl-ammont riportat tal-gruppi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni fir-rapport tal-introjtu, sakemm ma jkunux relatati ma’ bidliet fl-ammont riportat tal-gruppi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni inklużi f’introjtu komprensiv ieħor bl-applikazzjoni tal-paragrafu 90, f’liema każ huma għandhom jiġu inklużi f’introjtu komprensiv ieħor. |
Divulgazzjoni
93. |
L-għan tar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni huwa li entità tiddivulga l-informazzjoni fin-noti li, flimkien mal-informazzjoni pprovduta fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja, fir-rapport(i) tal-prestazzjoni finanzjarja u fir-rapport tal-flussi ta’ flus, tipprovdi bażi għall-utenti tar-rapporti finanzjarji biex jivvalutaw l-effett li l-kuntratti li jaqgħu fl-ambitu tal-IFRS 17 għandhom fuq il-pożizzjoni finanzjarja, il-prestazzjoni finanzjarja u l-flussi ta’ flus tal-entità. Sabiex tilħaq dak l-għan, entità għandha tiddivulga informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar:
|
94. |
Entità għandha tikkunsidra l-livell ta’ dettall meħtieġ sabiex tissodisfa l-għan tad-divulgazzjoni u kemm għandha tagħmel enfasi fuq kull wieħed mid-diversi rekwiżiti. Jekk id-divulgazzjonijiet ipprovduti, wara li jiġu applikati l-paragrafi 97–132, ma jkunux biżżejjed sabiex jintlaħaq l-għan imsemmi fil-paragrafu 93, entità għandha tiddivulga l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa sabiex tilħaq dak l-għan. |
95. |
Entità għandha taggrega jew tiddiżaggrega l-informazzjoni sabiex informazzjoni utli ma tinħebiex bl-inklużjoni ta’ ammont kbir ta’ dettall insinifikanti jew bl-aggregazzjoni ta’ entrati li għandhom karatteristiċi differenti. |
96. |
Il-paragrafi 29-31 tal-IAS 1 jistabbilixxu r-rekwiżiti relatati mal-materjalità u l-aggregazzjoni tal-informazzjoni. Eżempji ta’ bażijiet ta’ aggregazzjoni li jistgħu jkunu xierqa għall-informazzjoni divulgata dwar il-kuntratti tal-assigurazzjoni huma:
|
Spjegazzjoni tal-ammonti rikonoxxuti
97. |
Mid-divulgazzjonijiet mitluba mill-paragrafi 98-109 A, huma biss dawk fil-paragrafi 98-100, 102-103, 105-105B u 109 A li japplikaw għall-kuntratti li għalihom ġie applikat l-approċċ tal-allokazzjoni ta’ primjum. Jekk entità tuża l-approċċ tal-allokazzjoni ta’ primjum, hija għandha tiddivulga wkoll:
|
98. |
Entità għandha tiddivulga r-rikonċiljazzjonijiet li juru kif inbidlu l-ammonti riportati netti tal-kuntratti li jaqgħu fl-ambitu tal-IFRS 17 matul il-perjodu minħabba l-flussi ta’ flus u l-introjtu u l-ispejjeż rikonoxxuti fir-rapport(i) tal-prestazzjoni finanzjarja. Għandhom jiġu ddivulgati rikonċiljazzjonijiet separati għall-kuntratti tal-assigurazzjoni maħruġa u għall-kuntratti tal-riassigurazzjoni miżmuma. Entità għandha tadatta r-rekwiżiti tal-paragrafi 100-109 sabiex ikunu jirriflettu l-aspetti tal-kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma, li jvarjaw minn dawk tal-kuntratti tal-assigurazzjoni maħruġa; pereżempju, il-ġenerazzjoni tal-ispejjeż jew it-tnaqqis fl-ispejjeż, aktar milli d-dħul. |
99. |
Entità għandha tipprovdi biżżejjed informazzjoni fir-rikonċiljazzjonijiet sabiex tippermetti lill-utenti tar-rapporti finanzjarji jidentifikaw il-bidliet mill-flussi tal-flus u l-ammonti li huma rikonoxxuti fir-rapport(i) tal-prestazzjoni finanzjarja. Sabiex tikkonforma ma’ dan ir-rekwiżit, entità għandha:
|
100. |
Entità għandha tiddivulga r-rikonċiljazzjonijiet mill-bilanċi tal-ftuħ sal-bilanċi tal-għeluq separatament għal kull wieħed u waħda minn:
|
101. |
Għal kuntratti tal-assigurazzjoni għajr dawk li għalihom ġie applikat l-approċċ tal-allokazzjoni ta’ primjum deskritt fil-paragrafi 53-59 jew 69-70 A, entità għandha tiddivulga wkoll ir-rikonċiljazzjonijiet mill-bilanċi tal-ftuħ sal-bilanċi tal-għeluq separatament għal kull wieħed jew waħda minn:
|
102. |
L-għan tar-rikonċiljazzjonijiet fil-paragrafi 100-101 huwa li jiġu pprovduti tipi differenti ta’ informazzjoni dwar ir-riżultat tas-servizz tal-assigurazzjoni. |
103. |
Entità għandha tiddivulga separatament fir-rikonċiljazzjonijiet mitluba fil-paragrafu 100 kull wieħed mill-ammonti li ġejjin relatati mas-servizzi, jekk ikunu applikabbli:
|
104. |
Entità għandha tiddivulga separatament fir-rikonċiljazzjonijiet mitluba fil-paragrafu 101 kull wieħed mill-ammonti li ġejjin relatati mas-servizzi, jekk ikunu applikabbli:
|
105. |
Sabiex tikkompleta r-rikonċiljazzjonijiet fil-paragrafi 100-101, entità għandha tiddivulga wkoll separatament kull wieħed mill-ammonti li ġejjin mhux relatati mas-servizzi pprovduti fil-perjodu, jekk ikunu applikabbli:
|
105 A |
Entità għandha tiddivulga rikonċiljazzjoni mill-bilanċ tal-ftuħ sal-bilanċ tal-għeluq ta’ assi għall-flussi tal-flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni rikonoxxuti billi tapplika l-paragrafu 28B. Entità għandha taggrega l-informazzjoni għar-rikonċiljazzjoni f’livell li jkun konsistenti ma’ dak għar-rikonċiljazzjoni tal-kuntratti tal-assigurazzjoni, billi tapplika l-paragrafu 98. |
105 B |
Entità għandha tiddivulga separatament fir-rikonċiljazzjoni mitluba mill-paragrafu 105 A kwalunkwe telf minn indeboliment u treġġigħ lura ta’ telf minn indeboliment rikonoxxut billi tapplika l-paragrafu 28E-28F. |
106. |
Għall-kuntratti tal-assigurazzjoni maħruġa għajr dawk li għalihom ġie applikat l-approċċ tal-allokazzjoni ta’ primjum deskritt fil-paragrafi 53-59, entità għandha tiddivulga analiżi tad-dħul mill-assigurazzjoni rikonoxxut fil-perjodu, li tinkludi:
|
107. |
Għall-kuntratti tal-assigurazzjoni għajr dawk li għalihom kien applikat l-approċċ tal-allokazzjoni ta’ primjum deskritt fil-paragrafi 53-59 jew 69-70 A, entità għandha tiddivulga l-effett fuq ir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja separatament għall-kuntratti tal-assigurazzjoni maħruġa u għall-kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma li huma inizjalment rikonoxxuti fil-perjodu, filwaqt li turi l-effett tagħhom mar-rikonoxximent inizjali fuq:
|
108. |
Fid-divulgazzjonijiet mitluba mill-paragrafu 107, entità għandha tiddivulga separatament l-ammonti li jirriżultaw minn:
|
109. |
Għall-kuntratti tal-assigurazzjoni għajr dawk li għalihom kien applikat l-approċċ tal-allokazzjoni ta’ primjum deskritt fil-paragrafi 53-59 jew 69-70 A, entità għandha tiddivulga meta hija tistenna li tirrikonoxxi l-marġini kuntrattwali tas-servizz li jifdal fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar fi profitt jew telf, b’mod kwantitattiv, f’faxex ta’ żmien xierqa. Tali informazzjoni għandha tiġi pprovduta separatament għall-kuntratti tal-assigurazzjoni maħruġa u għall-kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma. |
109 A |
Entità għandha tiddivulga b’mod kwantitattiv, f’faxex ta’ żmien xierqa, meta hija tistenna li tirtira r-rikonoxximent ta’ assi għall-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni bl-applikazzjoni tal-paragrafu 28C. |
Introjtu jew spejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni
110. |
Entità għandha tiddivulga u tispjega l-ammont totali ta’ introjtu jew spejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni fil-perjodu ta’ rapportar. B’mod partikolari, entità għandha tispjega r-relazzjoni bejn l-introjtu jew l-ispejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni u r-redditu tal-investiment fuq l-assi tagħha, sabiex l-utenti tar-rapporti finanzjarji tagħha jkunu jistgħu jevalwaw is-sorsi ta’ introjtu jew spejjeż finanzjarji rikonoxxuti fi profitt jew telf u introjtu komprensiv ieħor. |
111. |
Għall-kuntratti b’karatteristiċi diretti ta’ parteċipazzjoni, l-entità għandha tiddeskrivi l-kompożizzjoni tal-entrati sottostanti u tiddivulga l-valur ġust tagħhom. |
112. |
Għall-kuntratti b’karatteristiċi diretti ta’ parteċipazzjoni, jekk entità tagħżel li ma taġġustax il-marġini kuntrattwali tas-servizz għal xi bidliet fil-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni, bl-applikazzjoni tal-paragrafu B115, hija għandha tiddivulga l-effett ta’ dik l-għażla fuq l-aġġustament għall-marġini kuntrattwali tas-servizz fil-perjodu attwali. |
113. |
Għall-kuntratti b’karatteristiċi diretti ta’ parteċipazzjoni, jekk entità tbiddel il-bażi tad-diżaggregazzjoni tal-introjtu jew l-ispejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni bejn profitt jew telf u introjtu komprensiv ieħor, bl-applikazzjoni tal-paragrafu B135, hija għandha tiddivulga, fil-perjodu meta tkun seħħet il-bidla fl-approċċ:
|
Ammonti ta’ tranżizzjoni
114. |
Entità għandha tipprovdi divulgazzjonijiet li jippermettu lill-utenti tar-rapporti finanzjarji jidentifikaw l-effett tal-gruppi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni mkejla fid-data tat-tranżizzjoni bl-applikazzjoni tal-approċċ retrospettiv immodifikat (ara l-paragrafi C6-C19 A) jew tal-approċċ tal-valur ġust (ara l-paragrafi C20-C24B) fuq il-marġini kuntrattwali tas-servizz u d-dħul mill-assigurazzjoni f’perjodi sussegwenti. B’hekk, entità għandha tiddivulga r-rikonċiljazzjoni tal-marġini kuntrattwali tas-servizz billi tapplika l-paragrafu 101(c), kif ukoll l-ammont ta’ dħul mill-assigurazzjoni billi tapplika l-paragrafu 103(a), separatament, għal:
|
115. |
Għall-perjodi kollha li fihom isiru d-divulgazzjonijiet bl-applikazzjoni tal-paragrafi 114(a) jew 114(b), sabiex l-utenti tar-rapporti finanzjarji jkunu jistgħu jifhmu n-natura u s-sinifikat tal-metodi użati u tal-ġudizzji applikati fid-determinazzjoni tal-ammonti tat-tranżizzjoni, entità għandha tispjega kif hija ddeterminat il-kejl tal-kuntratti tal-assigurazzjoni fid-data tat-tranżizzjoni. |
116. |
Entità li tagħżel li tiddiżaggrega l-introjtu jew l-ispejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni bejn profitt jew telf u introjtu komprensiv ieħor tapplika l-paragrafi C18(b), C19(b), C24(b) u C24(c) sabiex tiddetermina d-differenza kumulattiva bejn l-introjtu jew l-ispejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni li kienu jiġu rikonoxxuti fi profitt jew telf u l-introjtu jew l-ispejjeż totali tal-finanzjament tal-assigurazzjoni fid-data tat-tranżizzjoni għall-gruppi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li għalihom tapplika d-diżaggregazzjoni. Għall-perjodi kollha li fihom jeżistu l-ammonti stabbiliti bl-applikazzjoni ta’ dawn il-paragrafi, l-entità għandha tiddivulga rikonċiljazzjoni mill-bilanċ tal-ftuħ sal-bilanċ tal-għeluq tal-ammonti kumulattivi inklużi f’introjtu komprensiv ieħor għall-assi finanzjarji mkejla skont il-valur ġust permezz ta’ introjtu komprensiv ieħor relatat mal-gruppi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni. Ir-rikonċiljazzjoni għandha tinkludi, pereżempju, il-qligħ jew it-telf rikonoxxut f’introjtu komprensiv ieħor fil-perjodu u l-qligħ jew it-telf diġà rikonoxxut f’introjtu komprensiv ieħor f’perjodi preċedenti riklassifikati fil-perjodu għal profitt jew telf. |
Ġudizzji sinifikanti fl-applikazzjoni tal-IFRS 17
117. |
Entità għandha tiddivulga l-ġudizzji sinifikanti u l-bidliet fil-ġudizzji magħmula bl-applikazzjoni tal-IFRS 17. B’mod speċifiku, entità għandha tiddivulga l-inputs, is-suppożizzjonijiet u t-tekniki ta’ stima użati, inklużi:
|
118. |
Jekk, wara li tapplika l-paragrafu 88(b) jew il-paragrafu 89(b), entità tagħżel li tiddiżaggrega l-introjtu jew l-ispejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni f’ammonti ppreżentati fi profitt jew telf u ammonti ppreżentati f’introjtu komprensiv ieħor, l-entità għandha tiddivulga spjegazzjoni tal-metodi użati sabiex tiddetermina l-introjtu jew l-ispejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni rikonoxxuti fi profitt jew telf. |
119. |
Entità għandha tiddivulga l-livell ta’ fiduċja użat sabiex tiddetermina l-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju. Jekk l-entità tuża teknika għajr it-teknika tal-livell ta’ fiduċja sabiex tiddetermina l-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju, hija għandha tiddivulga t-teknika użata u l-livell ta’ fiduċja li jikkorrespondi għar-riżultati ta’ dik it-teknika. |
120. |
Entità għandha tiddivulga l-kurva tar-rendiment (jew il-medda ta’ kurvi tar-rendiment) użata għall-iskontar tal-flussi ta’ flus li ma jvarjawx abbażi tar-redditi fuq l-entrati sottostanti, billi tapplika l-paragrafu 36. Meta entità tipprovdi din id-divulgazzjoni b’mod aggregat għal għadd ta’ gruppi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni, hija għandha tipprovdi tali divulgazzjonijiet fil-forma ta’ medji ponderati, jew meded relattivament dojoq. |
In-natura u l-firxa tar-riskji li jirriżultaw mill-kuntratti li jaqgħu fl-ambitu tal-IFRS 17
121. |
Entità għandha tiddivulga informazzjoni li tippermetti lill-utenti tar-rapporti finanzjarji tagħha jevalwaw in-natura, l-ammont, it-twaqqit u l-inċertezza tal-flussi futuri ta’ flus li jirriżultaw mill-kuntratti li jaqgħu fl-ambitu tal-IFRS 17. Il-paragrafi 122–132 fihom rekwiżiti għad-divulgazzjonijiet li normalment ikunu meħtieġa sabiex jiġi ssodisfat dan ir-rekwiżit. |
122. |
Dawn id-divulgazzjonijiet jiffokaw fuq ir-riskji finanzjarji u tal-assigurazzjoni li jinħolqu mill-kuntratti tal-assigurazzjoni u kif dawn ġew immaniġġjati. Ir-riskji finanzjarji tipikament jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, riskju ta’ kreditu, riskju ta’ likwidità u riskju tas-suq. |
123. |
Jekk l-informazzjoni divulgata dwar l-iskopertura għar-riskju ta’ entità fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar ma tkunx rappreżentattiva tal-iskopertura għar-riskju tagħha matul il-perjodu, l-entità għandha tiddivulga dak il-fatt, ir-raġuni għaliex l-iskopertura fi tmiem il-perjodu mhijiex rappreżentattiva u aktar informazzjoni li hija rappreżentattiva tal-iskopertura għar-riskju tagħha matul il-perjodu. |
124. |
Għal kull tip ta’ riskju li jinħoloq mill-kuntratti li jaqgħu fl-ambitu tal-IFRS 17, entità għandha tiddivulga:
|
125. |
Għal kull tip ta’ riskju li jinħoloq mill-kuntratti li jaqgħu fl-ambitu tal-IFRS 17, entità għandha tiddivulga:
|
126. |
Entità għandha tiddivulga informazzjoni dwar l-effett tal-oqfsa regolatorji li topera fihom; pereżempju, ir-rekwiżiti kapitali minimi jew il-garanziji tar-rati tal-imgħax meħtieġa. Jekk entità tapplika l-paragrafu 20 sabiex tiddetermina l-gruppi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li għalihom hija tapplika r-rekwiżiti ta’ rikonoxximent u kejl tal-IFRS 17, hija għandha tiddivulga dak il-fatt. |
It-tipi kollha ta’ riskju—il-konċentrazzjonijiet tar-riskju
127. |
Entità għandha tiddivulga informazzjoni dwar il-konċentrazzjonijiet ta’ riskju li jirriżultaw minn kuntratti li jaqgħu fl-ambitu tal-IFRS 17, inkluża deskrizzjoni ta’ kif l-entità tiddetermina l-konċentrazzjonijiet u deskrizzjoni tal-karatteristika kondiviża li tidentifika kull konċentrazzjoni (pereżempju, it-tip ta’ event assigurat, l-industrija, iż-żona ġeografika jew il-munita). Il-konċentrazzjonijiet ta’ riskju finanzjarju jistgħu jirriżultaw, pereżempju, mill-garanziji tar-rata tal-imgħax li jidħlu fis-seħħ fl-istess livell għal għadd kbir ta’ kuntratti. Il-konċentrazzjonijiet ta’ riskju finanzjarju jistgħu jirriżultaw ukoll mill-konċentrazzjonijiet ta’ riskju mhux finanzjarju; pereżempju, jekk entità tipprovdi protezzjoni għal responsabbiltà għal dannu minn prodotti lil kumpaniji tal-farmaċewtika, kif ukoll ikollha investimenti f’dawk il-kumpaniji. |
Riskji tas-swieq u tal-assigurazzjoni—analiżi tas-sensittività
128. |
Entità għandha tiddivulga informazzjoni dwar is-sensittivitajiet għall-bidliet fil-varjabbli tar-riskju li jirriżultaw mill-kuntratti li jaqgħu fl-ambitu tal-IFRS 17. Sabiex tikkonforma ma’ dan ir-rekwiżit, entità għandha tiddivulga:
|
129. |
Jekk entità tħejji analiżi tas-sensittività li turi kif l-ammonti differenti minn dawk speċifikati fil-paragrafu 128(a) huma affettwati mill-bidliet fil-varjabbli tar-riskju u tuża dik l-analiżi tas-sensittività sabiex tiġġestixxi r-riskji li jirriżultaw mill-kuntratti li jaqgħu fl-ambitu tal-IFRS 17, hija tista’ tuża dik l-analiżi tas-sensittività minflok l-analiżi speċifikata fil-paragrafu 128(a). L-entità għandha tiddivulga wkoll:
|
Riskju tal-assigurazzjoni—l-iżvilupp tal-pretensjonijiet
130. |
Entità għandha tiddivulga l-pretensjonijiet attwali mqabbla mal-estimi preċedenti tal-ammont mhux skontat tal-pretensjonijiet (jiġifieri l-iżvilupp tal-pretensjonijiet). Id-divulgazzjoni dwar l-iżvilupp tal-pretensjonijiet għandha tibda mal-perjodu meta jkunu nħolqu l-ewwel pretensjoni(jiet) materjali u li għalihom ikun għad hemm inċertezza dwar l-ammont u t-twaqqit tal-pagamenti tal-pretensjonijiet fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar; iżda d-divulgazzjoni mhijiex meħtieġa li tibda aktar minn 10 snin qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar. L-entità mhijiex meħtieġa li tiddivulga informazzjoni dwar l-iżvilupp tal-pretensjonijiet li għalihom l-inċertezza dwar l-ammont u t-twaqqit tal-pagamenti tal-pretensjonijiet ġeneralment tiġi riżolta fi żmien sena. Entità għandha tirrikonċilja d-divulgazzjoni dwar l-iżvilupp tal-pretensjonijiet mal-ammont riportat aggregat tal-gruppi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni, li l-entità tiddivulga meta tapplika l-paragrafu 100(c). |
Riskju ta’ kreditu—informazzjoni oħra
131. |
Għar-riskju ta’ kreditu li jinħoloq mill-kuntratti li jaqgħu fl-ambitu tal-IFRS 17, entità għandha tiddivulga:
|
Riskju ta’ likwidità—informazzjoni oħra
132. |
Għar-riskju ta’ likwidità li jinħoloq mill-kuntratti li jaqgħu fl-ambitu tal-IFRS 17, entità għandha tiddivulga:
|
Appendiċi A
Termini definiti
Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-IFRS 17 Kuntratti tal-Assigurazzjoni.
marġini kuntrattwali ta’ servizz |
Komponent tal-ammont riportat tal-assi jew tal-obbligazzjoni għal grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li jirrappreżenta l-profitt mhux gwadanjat li l-entità se tirrikonoxxi hekk kif tipprovdi servizzi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni taħt il-kuntratti tal-assigurazzjoni fil-grupp. |
||||||||||||
perjodu tal-kopertura |
Il-perjodu li matulu l-entità tipprovdi servizzi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni. Dan il-perjodu jinkludi s-servizzi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li jirrigwardjaw il-primjums kollha fil-limitu tal-kuntratt tal-assigurazzjoni. |
||||||||||||
aġġustament tal-esperjenza |
Differenza bejn:
|
||||||||||||
riskju finanzjarju |
Ir-riskju ta’ bidla possibbli fil-futur f’waħda jew aktar minn rata tal-imgħax speċifikata, prezz ta’ strument finanzjarju, prezz tal-prodott bażiku, rata tal-kambju, indiċi ta’ prezzijiet jew rati, klassifikazzjoni ta’ kreditu jew indiċi ta’ kreditu jew kwalunkwe varjabbli ieħor, diment li, fil-każ ta’ varjabbli mhux finanzjarju, il-varjabbli ma jkunx speċifiku għal parti għall-kuntratt. |
||||||||||||
flussi tal-flus tal-eżekuzzjoni |
Stima espliċita, imparzjali u ponderata għall-probabbiltà (jiġifieri l-valur mistenni) tal-valur attwali tal-ħruġ ta’ flus fil-futur nieqes il-valur attwali tal-influssi ta’ flus fil-futur li jirriżultaw hekk kif l-entità tissodisfa l-kuntratti tal-assigurazzjoni, inkluż aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju. |
||||||||||||
grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni |
Sett ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li jirriżultaw mill-qasma ta’ portafoll ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni fi, bħala minimu, kuntratti maħruġa f’perjodu ta’ mhux aktar minn sena u li, mar-rikonoxximent inizjali:
|
||||||||||||
flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni |
Flussi ta’ flus li jirriżultaw mill-kostijiet tal-bejgħ, tas-sottoskrizzjoni u tal-bidu ta’ grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni (maħruġa jew li mistennija jinħarġu) li huma direttament attribwibbli għall-portafoll ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li għalihom jappartjeni l-grupp. Tali flussi ta’ flus jinkludu flussi ta’ flus li mhumiex direttament attribwibbli għal kuntratti individwali jew gruppi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni fi ħdan il-portafoll. |
||||||||||||
kuntratt tal-assigurazzjoni |
Kuntratt li abbażi tiegħu parti waħda (l-emittent) taċċetta riskju tal-assigurazzjoni sinifikanti minn parti oħra (id-detentur ta’ polza) billi taqbel li tikkumpensa lid-detentur ta’ polza jekk event inċert u speċifikat fil-futur (l-event assigurat) jaffettwa b’mod avvers lid-detentur ta’ polza. |
||||||||||||
servizzi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni |
Is-servizzi li ġejjin li entità tipprovdi lil detentur ta’ polza ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni:
|
||||||||||||
kuntratt tal-assigurazzjoni b’karatteristiċi diretti ta’ parteċipazzjoni |
Kuntratt tal-assigurazzjoni li għalih, fil-bidu:
|
||||||||||||
kuntratt ta’ assigurazzjoni mingħajr karatteristiċi ta’ parteċipazzjoni diretta |
Kuntratt tal-assigurazzjoni li mhuwiex kuntratt tal-assigurazzjoni b’karatteristiċi diretti ta’ parteċipazzjoni. |
||||||||||||
riskju tal-assigurazzjoni |
Riskju, għajr riskju finanzjarju, ittrasferit mid-detentur ta’ kuntratt lill-emittent. |
||||||||||||
event assigurat |
event inċert fil-futur kopert minn kuntratt tal-assigurazzjoni li joħloq riskju tal-assigurazzjoni. |
||||||||||||
komponent ta’ investiment |
L-ammonti li kuntratt tal-assigurazzjoni jitlob lill-entità tħallas lura lil detentur ta’ polza fiċ-ċirkostanzi kollha, irrispettivament minn jekk iseħħx event assigurat. |
||||||||||||
kuntratt ta’ investiment b’aspetti diskrezzjonarji ta’ parteċipazzjoni |
Strument finanzjarju li jipprovdi lil investitur partikolari bid-dritt kuntrattwali li jirċievi, bħala suppliment għal ammont li mhuwiex soġġett għad-diskrezzjoni tal-emittent, ammonti addizzjonali:
|
||||||||||||
obbligazzjoni għall-pretensjonijiet imġarrba |
Obbligu ta’ entità li:
|
||||||||||||
obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal |
Obbligu ta’ entità li:
|
||||||||||||
detentur ta’ polza |
Parti li għandha dritt għal kumpens skont kuntratt tal-assigurazzjoni jekk iseħħ event assigurat. |
||||||||||||
portafoll ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni |
Kuntratti tal-assigurazzjoni soġġetti għal riskji simili u ġestiti flimkien. |
||||||||||||
kuntratt ta’ riassigurazzjoni |
Kuntratt tal-assigurazzjoni maħruġ minn entità waħda (ir-riassiguratur) sabiex jikkumpensa lil entità oħra għall-pretensjonijiet li jirriżultaw minn kuntratt tal-assigurazzjoni wieħed jew aktar maħruġ(a) minn dik l-entità l-oħra (kuntratti sottostanti). |
||||||||||||
aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju |
Il-kumpens li teħtieġ entità sabiex iġġorr l-inċertezza dwar l-ammont u t-twaqqit tal-flussi ta’ flus li tinħoloq mir-riskju mhux finanzjarju hekk kif l-entità tissodisfa l-kuntratti tal-assigurazzjoni. |
||||||||||||
entrati sottostanti |
Entrati li jiddeterminaw uħud mill-ammonti pagabbli lil detentur ta’ polza. L-entrati sottostanti jistgħu jinkludu kwalunkwe entrata; pereżempju, portafoll ta’ referenza tal-assi, l-assi netti tal-entità jew subsett speċifikat tal-assi netti tal-entità. |
Appendiċi B
Gwida tal-applikazzjoni
Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-IFRS 17 Kuntratti tal-Assigurazzjoni.
B1
Dan l-appendiċi jipprovdi gwida dwar dawn li ġejjin:
(a) |
id-definizzjoni ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni (ara l-paragrafi B2–B30); |
(b) |
is-separazzjoni tal-komponenti minn kuntratt tal-assigurazzjoni (ara l-paragrafi B31-B35); |
(ba) |
l-assi għall-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni (ara l-paragrafi B35 A-B35D); |
(c) |
il-kejl (ara l-paragrafi B36–B119F); |
(d) |
id-dħul mill-assigurazzjoni (ara l-paragrafi B120–B127); |
(e) |
l-introjtu jew l-ispejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni (ara l-paragrafi B128-B136); u |
(f) |
ir-rapporti finanzjarji interim (ara l-paragrafu B137). |
Definizzjoni ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni (Appendiċi A)
B2 |
Din it-taqsima tipprovdi gwida dwar id-definizzjoni ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni kif speċifikat fl-Appendiċi A. Hija tindirizza dawn li ġejjin:
|
event inċert fil-futur
B3 |
L-inċertezza (jew riskju) hija l-essenza ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni. Għaldaqstant, mill-inqas waħda minn dawn li ġejjin tkun inċerta fil-bidu ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni:
|
B4 |
F’xi kuntratti tal-assigurazzjoni, l-event assigurat huwa s-sejba ta’ telf matul it-terminu tal-kuntratt, anki jekk dak it-telf jirriżulta minn event li jkun seħħ qabel il-bidu tal-kuntratt. F’kuntratti tal-assigurazzjoni oħrajn, l-event assigurat huwa event li jseħħ matul it-terminu tal-kuntratt, anki jekk it-telf li jirriżulta jiġi skopert wara t-tmiem tat-terminu tal-kuntratt. |
B5 |
Xi kuntratti tal-assigurazzjoni jkopru eventi li diġà seħħew, iżda li l-effett finanzjarju tagħhom għadu inċert. Eżempju huwa kuntratt tal-assigurazzjoni li jipprovdi kopertura tal-assigurazzjoni kontra l-iżvilupp sfavorevoli ta’ event li diġà seħħ. F’kuntratti bħal dawn, l-event assigurat huwa d-determinazzjoni tal-kost aħħari ta’ dawk il-pretensjonijiet. |
Pagamenti in natura
B6 |
Xi kuntratti tal-assigurazzjoni jirrikjedu jew jippermettu li jsiru pagamenti in natura. F’każijiet bħal dawn, l-entità tipprovdi prodotti jew servizzi lid-detentur ta’ polza sabiex issalda l-obbligu tal-entità bil-għan li tikkumpensa lid-detentur ta’ polza għall-eventi assigurati. Eżempju huwa meta l-entità tissostitwixxi oġġett misruq minflok tirrimborża lid-detentur ta’ polza għall-ammont ta’ telf tiegħu. Eżempju ieħor huwa meta entità tuża l-isptarijiet u l-persunal mediku tagħha sabiex tipprovdi servizzi mediċi koperti mill-kuntratt tal-assigurazzjoni. Dawn il-kuntratti huma kuntratti tal-assigurazzjoni, anki jekk il-pretensjonijiet jiġu saldati in natura. Il-kuntratti ta’ servizzi b’tariffi fissi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 8 huma wkoll kuntratti tal-assigurazzjoni iżda, billi tapplika l-paragrafu 8, entità tista’ tagħżel li tikkontabilizzahom billi tapplika l-IFRS 17 jew l-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti mal-Klijenti. |
Id-distinzjoni bejn riskju tal-assigurazzjoni u riskji oħrajn
B7 |
Id-definizzjoni ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni tirrikjedi li parti waħda taċċetta riskju sinifikanti tal-assigurazzjoni minn parti oħra. L-IFRS 17 jiddefinixxi r-riskju tal-assigurazzjoni bħala “riskju, għajr għal riskju finanzjarju, ittrasferit mid-detentur ta’ kuntratt lill-emittent”. Kuntratt li jesponi lill-emittent għal riskju finanzjarju mingħajr riskju sinifikanti tal-assigurazzjoni mhuwiex kuntratt tal-assigurazzjoni. |
B8 |
Id-definizzjoni ta’ riskju finanzjarju fl-Appendiċi A tirreferi għal varjabbli finanzjarji u varjabbli mhux finanzjarji. Eżempji ta’ varjabbli mhux finanzjarji mhux speċifiċi għal parti għall-kuntratt jinkludu indiċi ta’ telf minn terremoti f’reġjun partikolari jew temperaturi f’belt partikolari. Riskju finanzjarju jeskludi riskju minn varjabbli mhux finanzjarji li huma speċifiċi għal parti għall-kuntratt, bħal meta jseħħ jew ma jseħħx nar li jagħmel ħsara jew jeqred assi ta’ dik il-parti. Barra minn hekk, ir-riskju ta’ bidliet fil-valur ġust ta’ assi mhux finanzjarju mhuwiex riskju finanzjarju jekk il-valur ġust ikun jirrifletti l-bidliet fil-prezzijiet tas-suq għal assi bħal dawn (jiġifieri varjabbli finanzjarju) u l-kundizzjoni ta’ assi mhux finanzjarju speċifiku miżmum minn parti għal kuntratt (jiġifieri varjabbli mhux finanzjarju). Pereżempju, jekk garanzija tal-valur residwu ta’ karozza speċifika li fiha d-detentur ta’ polza għandu interess assigurabbli tesponi lill-garanti għar-riskju ta’ bidliet fil-kundizzjoni fiżika tal-karozza, dak ir-riskju huwa riskju tal-assigurazzjoni, mhux riskju finanzjarju. |
B9 |
Xi kuntratti jesponu lill-emittent għal riskju finanzjarju minbarra għal riskju sinifikanti tal-assigurazzjoni. Pereżempju, ħafna kuntratti tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja jiggarantixxu rata ta’ redditu minima lid-detenturi tal-poloz, billi joħolqu riskju finanzjarju, u fl-istess ħin iwiegħdu benefiċċji tal-mewt li jistgħu jaqbżu b’mod sinifikanti l-bilanċ tal-kont ta’ detentur ta’ polza, u b’hekk joħolqu riskju tal-assigurazzjoni fil-forma ta’ riskju ta’ mortalità. Kuntratti bħal dawn huma kuntratti tal-assigurazzjoni. |
B10 |
Skont xi kuntratti, event assigurat jiskatta l-ħlas ta’ ammont marbut ma’ indiċi tal-prezzijiet. Kuntratti bħal dawn huma kuntratti tal-assigurazzjoni, diment li l-pagament kontinġenti fuq l-event assigurat jista’ jkun sinifikanti. Pereżempju, annwalità kontinġenti fuq il-ħajja marbuta ma’ indiċi tal-għoli tal-ħajja tittrasferixxi riskju tal-assigurazzjoni minħabba li l-pagament jiġi skattat minn event inċert fil-futur—is-sopravivenza tal-persuna li tirċievi l-annwalità. Ir-rabta mal-indiċi tal-prezzijiet hija derivattiva, iżda hija tittrasferixxi wkoll ir-riskju tal-assigurazzjoni minħabba li l-għadd ta’ pagamenti li għalihom japplika l-indiċi jiddependi fuq is-sopravivenza tal-benefiċjarju tal-annwalità. Jekk it-trasferiment li jirriżulta ta’ riskju tal-assigurazzjoni jkun sinifikanti, id-derivattiv jissodisfa d-definizzjoni ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni, f’liema każ dan ma għandux jiġi sseparat mill-kuntratt ospitanti (ara l-paragrafu 11(a)). |
B11 |
Riskju tal-assigurazzjoni huwa r-riskju li l-entità taċċetta mingħand id-detentur ta’ polza. Dan ifisser li l-entità trid taċċetta, mingħand id-detentur ta’ polza, riskju li għalih id-detentur ta’ polza kien diġà espost. Kwalunkwe riskju ġdid maħluq mill-kuntratt għall-entità jew għad-detentur ta’ polza mhuwiex riskju tal-assigurazzjoni. |
B12 |
Id-definizzjoni ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni tirreferi għal effett avvers fuq id-detentur ta’ polza. Din id-definizzjoni ma tillimitax il-pagament mill-entità għal ammont ugwali għall-effett finanzjarju tal-event avvers. Pereżempju, id-definizzjoni tinkludi kopertura tal-assigurazzjoni “ġdida għal antika” li tħallas lid-detentur ta’ polza ammont li jippermetti s-sostituzzjoni ta’ assi użat u danneġġjat b’wieħed ġdid. Bl-istess mod, id-definizzjoni ma tillimitax il-pagament skont kuntratt tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja għat-telf finanzjarju mġarrab mid-dipendenti tal-persuna mejta, u lanqas ma teskludi kuntratti li jispeċifikaw il-ħlas ta’ ammonti stabbiliti minn qabel sabiex jikkwantifikaw it-telf ikkawżat minn mewt jew aċċident. |
B13 |
Xi kuntratti jirrikjedu li jsir pagament jekk iseħħ event inċert u speċifikat fil-futur, iżda ma jirrikjedux il-ħtieġa ta’ effett avvers fuq id-detentur ta’ polza bħala prekundizzjoni għall-pagament. Dan it-tip ta’ kuntratt mhuwiex kuntratt tal-assigurazzjoni, anki jekk id-detentur jużah sabiex jimmitiga skopertura għal riskju sottostanti. Pereżempju, jekk id-detentur juża derivattiv sabiex jiħħeġġja varjabbli finanzjarju jew mhux finanzjarju sottostanti korrelatat mal-flussi ta’ flus minn assi tal-entità, id-derivattiv ma jkunx kuntratt tal-assigurazzjoni minħabba li l-pagament mhuwiex kundizzjonali fuq jekk id-detentur huwiex affettwat b’mod avvers minn tnaqqis fil-flussi ta’ flus mill-assi. Id-definizzjoni ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni tirreferi għal event inċert fil-futur li għalih effett avvers fuq id-detentur ta’ polza huwa prekundizzjoni kuntrattwali għal pagament. Prekundizzjoni kuntrattwali ma tirrikjedix li l-entità tinvestiga jekk l-event effettivament ikkawżax effett avvers, iżda tippermetti lill-entità tiċħad il-pagament jekk ma tkunx issodisfata li l-event ikkawża effett avvers. |
B14 |
Riskju ta’ skadenza jew persistenza (jiġifieri r-riskju li d-detentur ta’ polza jikkanċella l-kuntratt aktar kmieni jew aktar tard minn meta kien mistenni mill-emittent meta pprezza l-kuntratt) mhuwiex riskju tal-assigurazzjoni minħabba li l-varjabbiltà li tirriżulta fil-pagament lid-detentur ta’ polza mhijiex kontinġenti fuq event inċert fil-futur li jaffettwa b’mod avvers lid-detentur ta’ polza. Bl-istess mod, riskju ta’ spejjeż (jiġifieri r-riskju ta’ żidiet mhux mistennija fil-kostijiet amministrattivi assoċjati mat-tħaddim ta’ kuntratt, aktar milli fil-kostijiet assoċjati ma’ eventi assigurati) mhuwiex riskju tal-assigurazzjoni minħabba li żieda mhux mistennija fi spejjeż bħal dawn ma taffettwax b’mod avvers lid-detentur ta’ polza. |
B15 |
Konsegwentement, kuntratt li jesponi lill-entità għal riskju ta’ skadenza, riskju ta’ persistenza jew riskju ta’ spejjeż mhuwiex kuntratt tal-assigurazzjoni, sakemm ma jesponix ukoll lill-entità għal riskju sinifikanti tal-assigurazzjoni. Madankollu, jekk l-entità tnaqqas ir-riskju tagħha billi tuża kuntratt sekondarju għat-trasferiment ta’ parti mir-riskju mhux tal-assigurazzjoni lil parti oħra, it-tieni kuntratt jesponi lill-parti l-oħra għal riskju tal-assigurazzjoni. |
B16 |
Entità tista’ taċċetta riskju sinifikanti tal-assigurazzjoni mingħand id-detentur ta’ polza biss jekk l-entità tkun separata mid-detentur ta’ polza. Fil-każ ta’ entità ta’ benefiċċju komuni, l-entità ta’ benefiċċju komuni taċċetta riskju mingħand kull detentur ta’ polza u tippulja dak ir-riskju. Għalkemm id-detenturi tal-poloz iġorru dak ir-riskju ppuljat b’mod kollettiv minħabba li għandhom l-interess residwu fl-entità, l-entità ta’ benefiċċju komuni hija entità separata li aċċettat ir-riskju. |
Riskju sinifikanti tal-assigurazzjoni
B17 |
Kuntratt huwa kuntratt tal-assigurazzjoni biss jekk jittrasferixxi riskju sinifikanti tal-assigurazzjoni. Il-paragrafi B7-B16 jiddiskutu r-riskju tal-assigurazzjoni. Il-paragrafi B18-B23 jiddiskutu l-valutazzjoni ta’ jekk ir-riskju tal-assigurazzjoni huwiex sinifikanti. |
B18 |
Riskju tal-assigurazzjoni jkun sinifikanti jekk, u biss jekk, event assigurat jista’ jwassal biex l-emittent iħallas ammonti addizzjonali li jkunu sinifikanti fi kwalunkwe xenarju waħdieni, minbarra xenarji li ma għandhom ebda sustanza kummerċjali (jiġifieri ebda effett dixxernibbli fuq l-ekonomija tat-tranżazzjoni). Jekk event assigurat jista’ jfisser li jkun hemm ammonti addizzjonali sinifikanti li jkunu pagabbli fi kwalunkwe xenarju li jkollu sustanza kummerċjali, il-kundizzjoni fis-sentenza preċedenti tista’ tiġi ssodisfata jekk l-event assigurat ikun estremament improbabbli, jew saħansitra jekk il-valur attwali mistenni (jiġifieri ponderat għall-probabbiltà) tal-flussi tal-flus kontinġenti jkun proporzjon żgħir tal-valur attwali mistenni tal-flussi tal-flus li jifdal mill-kuntratt tal-assigurazzjoni. |
B19 |
Barra minn hekk, kuntratt jittrasferixxi riskju sinifikanti tal-assigurazzjoni biss jekk ikun hemm xenarju li jkollu sustanza kummerċjali fejn l-emittent ikollu possibbiltà ta’ telf abbażi tal-valur attwali. Madankollu, anki jekk kuntratt ta’ riassigurazzjoni ma jesponix lill-emittent għall-possibbiltà ta’ telf sinifikanti, dak il-kuntratt jitqies bħala li jittrasferixxi riskju sinifikanti tal-assigurazzjoni jekk jittrasferixxi għand ir-riassiguratur sostanzjalment ir-riskju tal-assigurazzjoni kollu relatat mal-porzjonijiet riassigurati tal-kuntratti tal-assigurazzjoni sottostanti. |
B20 |
L-ammonti addizzjonali deskritti fil-paragrafu B18 jiġu ddeterminati abbażi tal-valur attwali. Jekk kuntratt tal-assigurazzjoni jirrikjedi li jsir pagament meta jseħħ event bi twaqqit inċert u jekk il-pagament ma jkunx aġġustat għall-valur taż-żmien tal-flus, jista’ jkun hemm xenarji li fihom il-valur attwali tal-pagament jiżdied, anki jekk il-valur nominali tiegħu jkun fiss. Eżempju ta’ dan huwa assigurazzjoni li tipprovdi benefiċċju fiss tal-mewt meta jmut id-detentur ta’ polza, mingħajr data ta’ skadenza għall-kopertura (li ta’ spiss issir referenza għaliha bħala assigurazzjoni fuq il-ħajja kollha għal ammont fiss). Hija xi ħaġa ċerta li d-detentur tal-polza se jmut, iżda d-data tal-mewt hija inċerta. Il-pagamenti jistgħu jsiru meta detentur ta’ polza individwali jmut aktar kmieni milli mistenni. Minħabba li dawk il-pagamenti mhumiex aġġustati għall-valur taż-żmien tal-flus, jista’ jeżisti riskju sinifikanti tal-assigurazzjoni anki jekk ma jkun hemm ebda telf ġenerali fuq il-portafoll ta’ kuntratti. Bl-istess mod, it-termini kuntrattwali li jdewmu r-rimborż f’waqtu lid-detentur ta’ polza jistgħu jeliminaw ir-riskju sinifikanti tal-assigurazzjoni. Entità għandha tuża r-rati ta’ skont meħtieġa fil-paragrafu 36 sabiex tiddetermina l-valur attwali tal-ammonti addizzjonali. |
B21 |
L-ammonti addizzjonali deskritti fil-paragrafu B18 jirreferu għall-valur attwali tal-ammonti li jaqbżu dawk li jkunu pagabbli jekk ma jkun seħħ ebda event assigurat (minbarra xenarji li ma għandhomx sustanza kummerċjali). Dawk l-ammonti addizzjonali jinkludu l-ġestjoni tal-pretensjonijiet u l-kostijiet tal-valutazzjoni, iżda jeskludu:
|
B22 |
Entità għandha tivvaluta s-sinifikat tar-riskju tal-assigurazzjoni kuntratt kuntratt. Konsegwentement, ir-riskju tal-assigurazzjoni jista’ jkun sinifikanti anki jekk ikun hemm probabbiltà minima ta’ telf sinifikanti għal portafoll jew grupp ta’ kuntratti. |
B23 |
Mill-paragrafi B18–B22 jirriżulta li, jekk kuntratt iħallas benefiċċju tal-mewt li jaqbeż l-ammont pagabbli fuq sopravivenza, il-kuntratt ikun kuntratt tal-assigurazzjoni, ħlief jekk il-benefiċċju tal-mewt addizzjonali ma jkunx sinifikanti (kif iġġudikat b’referenza għall-kuntratt innifsu aktar milli għal portafoll sħiħ ta’ kuntratti). Kif irrimarkat fil-paragrafu B21(b), ir-rinunzja, mal-mewt, tal-imposti ta’ kanċellazzjoni jew ċediment ma tiġix inkluża f’din il-valutazzjoni jekk dik ir-rinunzja ma tikkumpensax lid-detentur ta’ polza għal riskju li kien jeżisti qabel. Bl-istess mod, kuntratt ta’ annwalità li jħallas somom regolari għall-bqija tal-ħajja ta’ detentur ta’ polza huwa kuntratt tal-assigurazzjoni, sakemm il-pagamenti aggregati kontinġenti fuq il-ħajja ma jkunux insinifikanti. |
Bidliet fil-livell ta’ riskju tal-assigurazzjoni
B24 |
Għal xi kuntratti, it-trasferiment ta’ riskju tal-assigurazzjoni lill-emittent iseħħ wara perjodu ta’ żmien. Pereżempju, ikkunsidra kuntratt li jipprovdi redditu speċifikat fuq l-investiment u li jinkludi opzjoni għad-detentur ta’ polza li juża r-rikavat tal-investiment fil-maturità sabiex jixtri annwalità kontinġenti fuq il-ħajja bl-istess rati li titlob l-entità lil benefiċjarji ta’ annwalitajiet ġodda oħrajn fil-mument li d-detentur tal-polza jeżerċita dik l-opzjoni. Kuntratt bħal dan jittrasferixxi riskju tal-assigurazzjoni lill-emittent biss wara li tiġi eżerċitata l-opzjoni, minħabba li l-entità tibqa’ libera li tipprezza l-annwalità fuq bażi li tirrifletti r-riskju tal-assigurazzjoni li jiġi ttrasferit lill-entità f’dak il-mument. Konsegwentement, il-flussi ta’ flus li jseħħu mal-eżerċitar tal-opzjoni jaqgħu barra mil-limitu tal-kuntratt u, qabel l-eżerċitar, ma jkun hemm ebda fluss ta’ flus tal-assigurazzjoni fil-limitu tal-kuntratt. Madankollu, jekk il-kuntratt jispeċifika r-rati tal-annwalità (jew bażi għajr għar-rati tas-suq għall-iffissar tar-rati tal-annwalità), il-kuntratt jittrasferixxi r-riskju tal-assigurazzjoni lill-emittent minħabba li l-emittent ikun espost għar-riskju li r-rati tal-annwalità jkunu sfavorevoli għall-emittent meta d-detentur tal-polza jeżerċita l-opzjoni. F’dak il-każ, il-flussi ta’ flus li jseħħu meta tiġi eżerċitata l-opzjoni jkunu fil-limitu tal-kuntratt. |
B25 |
Kuntratt li jissodisfa d-definizzjoni ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni jibqa’ kuntratt tal-assigurazzjoni sakemm jiġu eżawriti d-drittijiet u l-obbligi kollha (jiġifieri jiġu rilaxxati, ikkanċellati jew jiskadu), sakemm ma jiġix irtirat ir-rikonoxximent tal-kuntratt bl-applikazzjoni tal-paragrafi 74-77, minħabba modifika f’kuntratt. |
Eżempji ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni
B26 |
Dawn li ġejjin huma eżempji ta’ kuntratti li huma kuntratti tal-assigurazzjoni, jekk it-trasferiment ta’ riskju tal-assigurazzjoni jkun sinifikanti:
|
B27 |
Dawn li ġejjin huma eżempji ta’ entrati li mhumiex kuntratti tal-assigurazzjoni:
|
B28 |
Entità għandha tapplika Standards applikabbli oħrajn, bħall-IFRS 9 u l-IFRS 15, għall-kuntratti deskritti fil-paragrafu B27. |
B29 |
Il-garanziji relatati ma’ kreditu u l-kuntratti tal-assigurazzjoni ta’ kreditu diskussi fil-paragrafu B27(f) jistgħu jieħdu diversi forom ġuridiċi, bħal dik ta’ garanzija, xi tipi ta’ ittri ta’ kreditu, kuntratt ta’ inadempjenza tal-kreditu jew kuntratt tal-assigurazzjoni. Dawk il-kuntratti huma kuntratti tal-assigurazzjoni jekk jirrikjedu li l-emittent jagħmel pagamenti speċifikati sabiex jirrimborża lid-detentur għal telf li huwa jġarrab minħabba li debitur speċifikat jonqos milli jagħmel pagament meta dovut lid-detentur ta’ polza bl-applikazzjoni tat-termini oriġinali jew immodifikati ta’ strument ta’ dejn. Madankollu, tali kuntratti tal-assigurazzjoni huma esklużi mill-ambitu tal-IFRS 17, sakemm l-emittent ma jkunx diġà asserixxa b’mod espliċitu li huwa jqis il-kuntratti bħala kuntratti tal-assigurazzjoni u ma jkunx uża l-kontabbiltà applikabbli għall-kuntratti tal-assigurazzjoni (ara l-paragrafu 7(e)). |
B30 |
Il-garanziji relatati ma’ kreditu u l-kuntratti tal-assigurazzjoni ta’ kreditu li jirrikjedu li jsir pagament, anki jekk id-detentur ta’ polza ma jkun ġarrab ebda telf fuq in-nuqqas tad-debitur li jagħmel il-pagamenti meta jkunu dovuti, jaqgħu barra mill-ambitu tal-IFRS 17 minħabba li ma jittrasferixxu ebda riskju sinifikanti tal-assigurazzjoni. Dawn il-kuntratti jinkludu dawk li jirrikjedu li jsir pagament:
|
Is-separazzjoni tal-komponenti minn kuntratt tal-assigurazzjoni (il-paragrafi 10-13)
Il-komponenti ta’ investiment (il-paragrafu 11(b))
B31 |
Il-paragrafu 11(b) jirrikjedi li entità tissepara komponent ta’ investiment distint mill-kuntratt tal-assigurazzjoni ospitanti. Komponent ta’ investiment ikun distint jekk, u biss jekk, jiġu ssodisfati ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
|
B32 |
Komponent ta’ investiment u komponent ta’ assigurazzjoni jkunu interrelatati ħafna jekk, u biss jekk:
|
Wegħdiet li jiġu ttrasferiti prodotti jew servizzi distinti għajr servizzi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni (il-paragrafu 12)
B33 |
Il-paragrafu 12 jirrikjedi li entità tissepara minn kuntratt tal-assigurazzjoni wegħda li prodotti jew servizzi distinti, għajr servizzi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni, jiġu ttrasferiti lil detentur ta’ polza. Għall-finijiet ta’ separazzjoni, entità ma għandhiex tikkunsidra l-attivitajiet li entità trid twettaq sabiex tissodisfa kuntratt, sakemm l-entità ma tittrasferixxix prodott jew servizz, għajr servizzi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni, lid-detentur ta’ polza hekk kif iseħħu dawk l-attivitajiet. Pereżempju, entità jista’ jkollha bżonn twettaq diversi kompiti amministrattivi sabiex tagħmel kuntratt. It-twettiq ta’ dawk il-kompiti ma jittrasferixxix servizz lid-detentur ta’ polza waqt li jkunu qegħdin jitwettqu dawk il-kompiti. |
B34 |
Prodott jew servizz, għajr servizz ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni, imwiegħed lil detentur ta’ polza jkun distint jekk id-detentur ta’ polza jkun jista’ jibbenefika mill-prodott jew mis-servizz waħdu jew flimkien ma’ riżorsi oħrajn li jkunu faċilment disponibbli għad-detentur ta’ polza. Riżorsi faċilment disponibbli huma prodotti jew servizzi li jinbiegħu separatament (mill-entità jew minn entità oħra), jew riżorsi li d-detentur ta’ polza kellu diġà (mingħand l-entità jew minn tranżazzjonijiet jew eventi oħrajn). |
B35 |
Prodott jew servizz, għajr servizz ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni, li jiġi mwiegħed lid-detentur ta’ polza ma jkunx distint jekk:
|
Flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni (il-paragrafi 28 A-28F)
B35 A |
Sabiex tapplika l-paragrafu 28 A, entità għandha tuża metodu sistematiku u razzjonali biex talloka:
|
B35B |
Fit-tmiem ta’ kull perjodu ta’ rapportar, entità għandha tirrevedi l-ammonti allokati kif speċifikat fil-paragrafu B35 A biex ikunu jirriflettu kwalunkwe bidla fis-suppożizzjonijiet li jiddeterminaw l-inputs għall-metodu tal-allokazzjoni użat. Entità ma għandhiex tbiddel l-ammonti allokati għal grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni wara li l-kuntratti kollha jkunu żdiedu mal-grupp (ara l-paragrafu B35C). |
B35C |
Entità tista’ żżid kuntratti tal-assigurazzjoni ma’ grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni matul aktar minn perjodu ta’ rapportar wieħed (ara l-paragrafu 28). F’dawk iċ-ċirkostanzi, entità għandha tirtira r-rikonoxximent tal-porzjon ta’ assi għal flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni li jirrigwardja l-kuntratti tal-assigurazzjoni miżjuda mal-grupp f’dak il-perjodu u tkompli tirrikonoxxi assi għall-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni sal-punt li l-assi jkun jirrigwardja l-kuntratti tal-assigurazzjoni li mistennija jiżdiedu mal-grupp f’perjodu ta’ rapportar futur. |
B35D |
Sabiex tapplika l-paragrafu 28E:
|
Kejl (il-paragrafi 29-71)
Estimi tal-flussi futuri ta’ flus (il-paragrafi 33-35)
B36 |
Din it-taqsima tindirizza:
|
L-użu imparzjali tal-informazzjoni raġonevoli u appoġġabbli kollha disponibbli mingħajr kost jew sforz bla bżonn (il-paragrafu 33(a))
B37 |
L-għan tal-istima tal-flussi futuri tal-flus huwa li jiddetermina l-valur mistenni, jew il-medja ponderata għall-probabbiltà, tal-firxa sħiħa ta’ eżiti possibbli, billi tiġi kkunsidrata l-informazzjoni raġonevoli u appoġġabbli kollha disponibbli fid-data tar-rapportar mingħajr kost jew sforz bla bżonn. Informazzjoni raġonevoli u appoġġabbli disponibbli fid-data tar-rapportar mingħajr kost jew sforz bla bżonn tinkludi informazzjoni dwar l-eventi passati u l-kundizzjonijiet attwali, kif ukoll previżjonijiet tal-kundizzjonijiet futuri (ara l-paragrafu B41). L-informazzjoni li tkun disponibbli mis-sistemi ta’ informazzjoni tal-entità titqies bħala li hija disponibbli mingħajr kost jew sforz bla bżonn. |
B38 |
Il-punt tat-tluq għal stima tal-flussi tal-flus huwa firxa ta’ xenarji li tirrifletti l-firxa sħiħa ta’ eżiti possibbli. Kull xenarju jispeċifika l-ammont u t-twaqqit tal-flussi tal-flus għal eżitu partikolari u l-probabbiltà stmata ta’ dak l-eżitu. Il-flussi tal-flus minn kull xenarju jiġu skontati u ponderati skont il-probabbiltà stmata ta’ dak l-eżitu sabiex jinkiseb valur attwali mistenni. Konsegwentement, l-għan mhuwiex li jiġi żviluppat l-aktar eżitu probabbli, jew eżitu aktar probabbli milli le, għall-flussi futuri ta’ flus. |
B39 |
Meta tiġi kkunsidrata l-firxa sħiħa ta’ eżiti possibbli, l-għan huwa li tiġi inkorporata l-informazzjoni raġonevoli u appoġġabbli kollha disponibbli mingħajr kost jew sforz bla bżonn b’mod imparzjali, aktar milli li jiġi identifikat kull xenarju possibbli. Fil-prattika, l-iżvilupp ta’ xenarji espliċiti mhuwiex neċessarju jekk l-istima li tirriżulta tkun konsistenti mal-għan tal-kejl li tiġi kkunsidrata l-informazzjoni raġonevoli u appoġġabbli kollha disponibbli mingħajr kost jew sforz bla bżonn meta tiġi ddeterminata l-medja. Pereżempju, jekk entità testima li d-distribuzzjoni tal-probabbiltà tal-eżiti hija ġeneralment konsistenti ma’ distribuzzjoni tal-probabbiltà li tista’ tiġi deskritta kompletament b’għadd żgħir ta’ parametri, ikun biżżejjed li jiġi stmat l-għadd iżgħar ta’ parametri. Bl-istess mod, f’xi każijiet, immudellar relattivament sempliċi jista’ jagħti tweġiba fi ħdan firxa aċċettabbli ta’ preċiżjoni, mingħajr il-ħtieġa għal ħafna simulazzjonijiet dettaljati. Madankollu, f’xi każijiet, il-flussi tal-flus jistgħu jiġu xprunati minn fatturi sottostanti kumplessi u jistgħu jirrispondu b’mod mhux lineari għall-bidliet fil-kundizzjonijiet ekonomiċi. Dan jista’ jseħħ jekk, pereżempju, il-flussi tal-flus ikunu jirriflettu serje ta’ opzjonijiet interrelatati li huma impliċiti jew espliċiti. F’każijiet bħal dawn, x’aktarx ikun meħtieġ immudellar stokastiku aktar sofistikat sabiex jissodisfa l-għan tal-kejl. |
B40 |
Ix-xenarji żviluppati għandhom jinkludu estimi imparzjali tal-probabbiltà ta’ telf katastrofiku skont il-kuntratti eżistenti. Dawk ix-xenarji jeskludu l-pretensjonijiet possibbli skont il-kuntratti futuri possibbli. |
B41 |
Entità għandha testima l-probabbiltajiet u l-ammonti tal-pagamenti futuri skont il-kuntratti eżistenti abbażi tal-informazzjoni miksuba, inklużi:
|
Varjabbli tas-suq u varjabbli mhux tas-suq
B42 |
L-IFRS 17 jidentifika żewġ tipi ta’ varjabbli:
|
B43 |
Il-varjabbli tas-suq ġeneralment iwasslu għal riskju finanzjarju (pereżempju, rati tal-imgħax osservabbli) u l-varjabbli mhux tas-suq ġeneralment iwasslu għal riskju mhux finanzjarju (pereżempju, rati ta’ mortalità). Madankollu, dan mhux dejjem ikun il-każ. Pereżempju, jista’ jkun hemm suppożizzjonijiet li jirrigwardjaw ir-riskji finanzjarji li l-varjabbli għalihom ma jistgħux jiġu osservati fis-swieq jew ikunu derivati direttament minnhom (pereżempju, rati tal-imgħax li ma jistgħux jiġu osservati fis-swieq jew ikunu derivati direttament minnhom). |
Varjabbli tas-suq (il-paragrafu 33(b))
B44 |
L-estimi tal-varjabbli tas-suq għandhom ikunu konsistenti mal-prezzijiet tas-swieq osservabbli fid-data tal-kejl. Entità għandha timmassimizza l-użu ta’ inputs osservabbli u ma għandhiex tissostitwixxi l-estimi tagħha għad-data tas-suq osservabbli ħlief kif deskritt fil-paragrafu 79 tal-IFRS 13 Kejl tal-Valur Ġust. B’mod konsistenti mal-IFRS 13, jekk ikun meħtieġ li jiġu derivati l-varjabbli (pereżempju, minħabba li ma jkun jeżisti ebda varjabbli tas-suq osservabbli), huma għandhom ikunu konsistenti kemm jista’ jkun mal-varjabbli tas-suq osservabbli. |
B45 |
Il-prezzijiet tas-suq iħalltu firxa ta’ fehmiet dwar l-eżiti futuri possibbli u jirriflettu wkoll il-preferenzi tar-riskji tal-parteċipanti fis-suq. Konsegwentement, huma mhumiex l-unika previżjoni tal-eżitu futur. Jekk l-eżitu reali jkun differenti mill-prezz tas-suq preċedenti, dan ma jfissirx li l-prezz tas-suq kien ‘ħażin’. |
B46 |
Applikazzjoni importanti tal-varjabbli tas-suq hija l-kunċett ta’ assi replikanti jew portafoll ta’ replikazzjoni tal-assi. Assi replikanti huwa wieħed li l-flussi tal-flus tiegħu jkunu jaqblu eżattament, fix-xenarji kollha, mal-flussi ta’ flus kuntrattwali ta’ grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni fir-rigward tal-ammont, it-twaqqit u l-inċertezza. F’xi każijiet, jista’ jkun jeżisti assi replikanti għal uħud mill-flussi ta’ flus li jirriżultaw minn grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni. Il-valur ġust ta’ dak l-assi jirrifletti kemm il-valur attwali mistenni tal-flussi ta’ flus mill-assi, kif ukoll ir-riskju assoċjat ma’ dawk il-flussi ta’ flus. Jekk ikun jeżisti portafoll ta’ replikazzjoni tal-assi għal uħud mill-flussi ta’ flus li jirriżultaw minn gruppi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni, l-entità tista’ tuża l-valur ġust ta’ dawk l-assi sabiex tkejjel il-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni rilevanti minflok testima b’mod espliċitu l-flussi ta’ flus u r-rata ta’ skont. |
B47 |
L-IFRS 17 ma jirrikjedix li entità tuża teknika ta’ portafoll replikanti. Madankollu, jekk ikun jeżisti assi jew portafoll replikanti għal uħud mill-flussi ta’ flus li jirriżultaw mill-kuntratti tal-assigurazzjoni u entità tagħżel li tuża teknika differenti, l-entità għandha tissodisfa lilha nnifisha li teknika ta’ replikazzjoni tal-portafoll mhux probabbli li twassal għal kejl materjalment differenti ta’ dawk il-flussi ta’ flus. |
B48 |
Tekniki għajr għal teknika ta’ replikazzjoni tal-portafoll, bħal tekniki ta’ mmudellar stokastiku, jistgħu jkunu aktar robusti jew aktar faċli biex jiġu implimentati jekk ikun hemm interdipendenzi sinifikanti bejn il-flussi ta’ flus li jvarjaw skont ir-redditi fuq l-assi u flussi ta’ flus oħrajn. Huwa meħtieġ ġudizzju sabiex tiġi ddeterminata t-teknika li tissodisfa bl-aħjar mod l-għan tal-konsistenza mal-varjabbli osservabbli tas-swieq f’ċirkostanzi speċifiċi. B’mod partikolari, it-teknika użata trid tirriżulta fil-kejl ta’ kwalunkwe opzjoni u garanzija inklużi fil-kuntratti tal-assigurazzjoni li jkunu konsistenti mal-prezzijiet osservabbli tas-swieq (jekk ikun hemm) għal tali opzjonijiet u garanziji. |
Varjabbli mhux tas-suq
B49 |
L-estimi tal-varjabbli mhux tas-suq għandhom jirriflettu l-evidenza raġonevoli u appoġġabbli kollha disponibbli mingħajr kost jew sforz bla bżonn, kemm esterna kif ukoll interna. |
B50 |
Id-dejta esterna mhux tas-suq (pereżempju, l-istatistika tal-mortalità nazzjonali) jista’ jkollha aktar jew inqas rilevanza mid-dejta interna (pereżempju, l-istatistika tal-mortalità żviluppata internament), skont iċ-ċirkostanzi. Pereżempju, entità li toħroġ kuntratti tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja ma għandhiex tiddependi biss fuq l-istatistika tal-mortalità nazzjonali, iżda għandha tikkunsidra s-sorsi interni u esterni l-oħrajn kollha ta’ informazzjoni raġonevoli u appoġġabbli disponibbli mingħajr kost jew sforz bla bżonn meta tiżviluppa estimi imparzjali ta’ probabbiltajiet għax-xenarji ta’ mortalità għall-kuntratti tal-assigurazzjoni tagħha. Fl-iżvilupp ta’ dawk il-probabbiltajiet, entità għandha tagħti aktar piż lill-informazzjoni aktar persważiva. Pereżempju:
|
B51 |
Il-probabbiltajiet stmati għall-varjabbli mhux tas-suq ma għandhomx jikkontradixxu l-varjabbli tas-swieq osservabbli. Pereżempju, il-probabbiltajiet stmati għax-xenarji tar-rata tal-inflazzjoni futuri għandhom ikunu kemm jista’ jkun konsistenti mal-probabbiltajiet implikati mir-rati tal-imgħax fis-suq. |
B52 |
F’xi każijiet, entità tista’ tikkonkludi li l-varjabbli tas-suq ivarjaw b’mod indipendenti mill-varjabbli mhux tas-suq. Jekk dan ikun il-każ, l-entità għandha tikkunsidra xenarji li jirriflettu l-firxa ta’ eżiti għall-varjabbli mhux tas-suq, b’kull xenarju juża l-istess valur osservat tal-varjabbli tas-suq. |
B53 |
F’każijiet oħrajn, il-varjabbli tas-suq u l-varjabbli mhux tas-suq jistgħu jiġu kkorrelati. Pereżempju, jista’ jkun hemm evidenza li r-rati ta’ skadenza (varjabbli mhux tas-suq) huma korrelati mar-rati tal-imgħax (varjabbli tas-suq). Bl-istess mod, jista’ jkun hemm evidenza li l-livelli ta’ pretensjonijiet għal assigurazzjoni tad-djar jew tal-karozzi huma korrelati maċ-ċikli ekonomiċi u, għalhekk, mar-rati tal-imgħax u mal-ammonti tal-ispejjeż. L-entità għandha tiżgura li l-probabbiltajiet għax-xenarji u l-aġġustamenti tar-riskju għar-riskju mhux finanzjarju li huwa relatat mal-varjabbli tas-suq huma konsistenti mal-prezzijiet osservati tas-suq li jiddependu fuq dawk il-varjabbli tas-suq. |
L-użu tal-estimi attwali (il-paragrafu 33(c))
B54 |
Fl-istima ta’ kull xenarju ta’ fluss ta’ flus u tal-probabbiltà tiegħu, entità għandha tuża l-informazzjoni raġonevoli u appoġġabbli kollha disponibbli mingħajr kost jew sforz bla bżonn. Entità għandha tirrevedi l-estimi li tkun għamlet fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar preċedenti u taġġornahom. Meta tagħmel dan, entità għandha tikkunsidra jekk:
|
B55 |
Il-probabbiltà assenjata għal kull xenarju għandha tirrifletti l-kundizzjonijiet fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar. Konsegwentement, bl-applikazzjoni tal-IAS 10 eventi wara l-Perjodu ta’ Rapportar, event li jseħħ wara t-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar u li jirrisolvi inċertezza li kienet teżisti fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar ma jipprovdi ebda evidenza tal-kundizzjonijiet li kienu jeżistu f’dik id-data. Pereżempju, jista’ jkun hemm probabbiltà ta’ 20 fil-mija fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar li tfaqqa’ maltempata kbira matul is-sitt xhur li jkun fadal ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni. Wara t-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar, iżda qabel l-awtorizzazzjoni għall-ħruġ tar-rapporti finanzjarji, tfaqqa’ maltempata kbira. Il-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni skont dak il-kuntratt ma għandhomx jirriflettu l-maltempata li, b’għaqal b’lura, hija magħrufa li seħħet. Minflok, il-flussi ta’ flus inklużi fil-kejl jinkludu l-probabbiltà ta’ 20 fil-mija evidenti fi tmiem il-perjodu ta’ rapportar (b’divulgazzjoni li tapplika l-IAS 10 li seħħ event li ma jirrikjedix aġġustament wara t-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar). |
B56 |
L-estimi attwali tal-flussi ta’ flus mistennija mhux bilfors ikunu identiċi għall-esperjenza attwali l-aktar riċenti. Pereżempju, jekk nissuponu li l-esperjenza tal-mortalità fil-perjodu ta’ rapportar kienet 20 fil-mija agħar mill-esperjenza tal-mortalità preċedenti u mill-aspettattivi preċedenti tal-esperjenza tal-mortalità. Hemm diversi fatturi li setgħu kkawżaw il-bidla f’daqqa fl-esperjenza, inklużi:
|
B57 |
Entità għandha tinvestiga r-raġunijiet għall-bidla fl-esperjenza u tiżviluppa estimi ġodda ta’ flussi ta’ flus u probabbiltajiet fid-dawl tal-aktar esperjenza riċenti, l-esperjenza preċedenti u informazzjoni oħra. Ir-riżultat għall-eżempju msemmi fil-paragrafu B56 normalment ikun li l-valur attwali mistenni tal-benefiċċji tal-mewt jinbidel, iżda mhux sa 20 fil-mija. Fl-eżempju msemmi fil-paragrafu B56, jekk ir-rati tal-mortalità jkomplu jkunu ferm ogħla mill-estimi preċedenti għal raġunijiet li mistennija jissoktaw, il-probabbiltà stmata assenjata lix-xenarji ta’ mortalità għolja tiżdied. |
B58 |
L-estimi tal-varjabbli mhux tas-suq għandhom jinkludu informazzjoni dwar il-livell attwali ta’ eventi assigurati u informazzjoni dwar ix-xejriet. Pereżempju, ir-rati ta’ mortalità naqsu b’mod konsistenti fuq perjodi twal f’ħafna pajjiżi. Id-determinazzjoni tal-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni tirrifletti l-probabbiltajiet li jiġu assenjati lil kull xenarju ta’ xejriet possibbli, filwaqt li tiġi kkunsidrata l-informazzjoni raġonevoli u appoġġabbli kollha disponibbli mingħajr kost jew sforz bla bżonn. |
B59 |
Bl-istess mod, jekk il-flussi ta’ flus allokati lil grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni jkunu sensittivi għall-inflazzjoni, id-determinazzjoni tal-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni għandha tirrifletti l-estimi attwali tar-rati tal-inflazzjoni futuri possibbli. Minħabba li r-rati tal-inflazzjoni x’aktarx ikunu korrelati mar-rati tal-imgħax, il-kejl tal-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni għandu jirrifletti l-probabbiltajiet għal kull xenarju ta’ inflazzjoni b’mod li jkun konsistenti mal-probabbiltajiet implikati mir-rati tal-imgħax tas-suq użati fl-istima tar-rata ta’ skont (ara l-paragrafu B51). |
B60 |
Meta testima l-flussi ta’ flus, entità għandha tqis l-aspettattivi attwali tal-eventi futuri li jistgħu jaffettwaw lil dawk il-flussi ta’ flus. L-entità għandha tiżviluppa xenarji ta’ flussi ta’ flus li jkunu jirriflettu dawk l-eventi futuri, kif ukoll estimi imparzjali tal-probabbiltà ta’ kull xenarju. Madankollu, entità ma għandhiex tqis l-aspettattivi attwali tal-bidliet futuri fil-leġiżlazzjoni li jbiddlu jew jirrilaxxaw l-obbligu preżenti jew joħolqu obbligi ġodda skont il-kuntratt tal-assigurazzjoni eżistenti sakemm il-bidla fil-leġiżlazzjoni tiġi ppromulgata b’mod sostantiv. |
Flussi tal-flus fil-limitu kuntrattwali (il-paragrafu 34)
B61 |
L-estimi tal-flussi tal-flus f’xenarju għandhom jinkludu l-flussi tal-flus kollha fil-limitu ta’ kuntratt eżistenti u ebda fluss ta’ flus ieħor. Entità għandha tapplika l-paragrafu 2 sabiex tiddetermina l-limitu ta’ kuntratt eżistenti. |
B62 |
Ħafna kuntratti tal-assigurazzjoni għandhom karatteristiċi li jippermettu lid-detenturi tal-poloz jieħdu azzjonijiet li jbiddlu l-ammont, it-twaqqit, in-natura jew l-inċertezza tal-ammonti li jirċievu. Tali karatteristiċi jinkludu opzjonijiet ta’ tiġdid, opzjonijiet ta’ ċessjoni, opzjonijiet ta’ konverżjoni u opzjonijiet li tieqaf tħallas il-primjums waqt li tkun għadek qed tirċievi benefiċċji skont il-kuntratti. Il-kejl ta’ grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni għandu jirrifletti, abbażi tal-valur mistenni, l-estimi attwali tal-entità ta’ kif id-detenturi tal-poloz fil-grupp se jeżerċitaw l-opzjonijiet disponibbli, filwaqt li l-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju għandu jirrifletti l-estimi attwali tal-entità ta’ kif l-imġiba proprja tad-detenturi tal-poloz tista’ tkun differenti mill-imġiba mistennija. Dan ir-rekwiżit li jiġi ddeterminat il-valur mistenni japplika irrispettivament mill-għadd ta’ kuntratti fi grupp; pereżempju, huwa japplika anki jekk il-grupp ikun magħmul minn kuntratt wieħed. B’hekk, il-kejl ta’ grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni ma għandux jassumi probabbiltà ta’ 100 fil-mija li d-detenturi tal-poloz se:
|
B63 |
Meta emittent ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni jkun meħtieġ mill-kuntratt li jġedded jew ikompli b’mod ieħor bil-kuntratt, huwa għandu japplika l-paragrafu 34 sabiex jivvaluta jekk il-primjums u l-flussi ta’ flus relatati li jirriżultaw mill-kuntratt imġedded humiex fil-limitu tal-kuntratt oriġinali. |
B64 |
Il-paragrafu 34 jirreferi għall-kapaċità prattika ta’ entità li tiffissa prezz f’data futura (data ta’ tiġdid) li jkun jirrifletti b’mod sħiħ ir-riskji fil-kuntratt minn dik id-data. Entità għandha dik il-kapaċità prattika fin-nuqqas ta’ restrizzjonijiet li jimpedixxu lill-entità milli tiffissa l-istess prezz għal kuntratt ġdid bl-istess karatteristiċi bħall-kuntratt eżistenti maħruġ f’dik id-data, jew jekk tista’ temenda l-benefiċċji sabiex tkun konsistenti mal-prezz li hija se tiddebita. Bl-istess mod, entità għandha l-kapaċità prattika li tiffissa prezz meta tkun tista’ tirrevedi l-prezz ta’ kuntratt eżistenti sabiex il-prezz ikun jirrifletti l-bidliet ġenerali fir-riskji f’portafoll ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni, anki jekk il-prezz iffissat għal kull detentur ta’ polza individwali ma jkunx jirrifletti l-bidla fir-riskju għal dak id-detentur ta’ polza speċifiku. Meta tivvaluta jekk l-entità għandhiex il-kapaċità prattika li tiffissa prezz li jkun jirrifletti b’mod sħiħ ir-riskji fil-kuntratt jew fil-portafoll, hija għandha tikkunsidra r-riskji kollha li tikkunsidra meta tissottoskrivi kuntratti ekwivalenti fid-data ta’ tiġdid għas-servizz li jifdal. Meta tiddetermina l-estimi tal-flussi futuri ta’ flus fi tmiem perjodu ta’ rapportar, entità għandha tirrivaluta l-limitu ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni sabiex ikun jinkludi l-effett tal-bidliet fiċ-ċirkostanzi fuq id-drittijiet u l-obbligi sostantivi tal-entità. |
B65 |
Il-flussi tal-flus fil-limitu ta’ kuntratt tal-assigurazzjoni huma dawk li huma relatati direttament mal-eżekuzzjoni tal-kuntratt, inklużi l-flussi ta’ flus li għalihom l-entità għandha diskrezzjoni fuq l-ammont jew it-twaqqit. Il-flussi ta’ flus fil-limitu jinkludu:
|
B66 |
Il-flussi ta’ flus li ġejjin ma għandhomx jiġu inklużi meta jiġu stmati l-flussi ta’ flus li jirriżultaw hekk kif l-entità tissodisfa kuntratt tal-assigurazzjoni eżistenti:
|
B66 A |
Qabel ir-rikonoxximent ta’ grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni, entità tista’ tkun meħtieġa tirrikonoxxi assi jew obbligazzjoni għal flussi ta’ flus relatati mal-grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni minbarra flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni jew minħabba l-okkorrenza tal-flussi ta’ flus jew inkella minħabba r-rekwiżiti ta’ Standard tal-IFRS ieħor. Il-flussi ta’ flus huma relatati mal-grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni jekk dawk il-flussi ta’ flus kienu jkunu inklużi fil-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni fid-data tar-rikonoxximent inizjali tal-grupp li kieku tħallsu jew ġew riċevuti wara dik id-data. Sabiex tapplika l-paragrafu 38(c)(ii), entità għandha tirtira r-rikonoxximent ta’ tali assi jew obbligazzjoni sal-punt li l-assi jew l-obbligazzjoni ma jkunux rikonoxxuti separatament mill-grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni jekk il-fluss tal-flus jew l-applikazzjoni tal-Istandard tal-IFRS ikunu seħħew fid-data tar-rikonoxximent inizjali tal-grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni. |
Kuntratti bi flussi ta’ flus li jaffettwaw jew li huma affettwati minn flussi ta’ flus lil detenturi ta’ poloz ta’ kuntratti oħrajn
B67 |
Xi kuntratti tal-assigurazzjoni jaffettwaw il-flussi ta’ flus lid-detenturi ta’ poloz ta’ kuntratti oħrajn ikunu jeħtieġu:
|
B68 |
Xi drabi, dawn il-kuntratti jaffettwaw il-flussi tal-flus lid-detenturi ta’ poloz ta’ kuntratti fi gruppi oħrajn. Il-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni ta’ kull grupp jirriflettu kemm il-kuntratti fil-grupp iwasslu sabiex l-entità tiġi affettwata mill-flussi ta’ flus mistennija, kemm jekk lid-detenturi tal-poloz f’dak il-grupp kif ukoll jekk lid-detenturi tal-poloz fi grupp ieħor. B’hekk, il-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni għal grupp:
|
B69 |
Pereżempju, safejn il-pagamenti lid-detenturi tal-poloz fi grupp wieħed jitnaqqsu minn sehem fir-redditi fuq l-entrati sottostanti ta’ CU350 għal CU250 minħabba l-pagamenti ta’ ammont garantit lid-detenturi tal-poloz fi grupp ieħor, il-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni tal-ewwel grupp jinkludu l-pagamenti ta’ CU100 (jiġifieri jkunu CU350) u l-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni tat-tieni grupp jeskludu l-pagamenti ta’ CU100 tal-ammont garantit. |
B70 |
Jistgħu jintużaw approċċi prattiċi differenti sabiex jiddeterminaw il-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni ta’ gruppi ta’ kuntratti li jaffettwaw jew li huma affettwati minn flussi ta’ flus lil detenturi ta’ poloz ta’ kuntratti fi gruppi oħrajn. F’xi każijiet, entità tista’ tkun kapaċi tidentifika l-bidla fl-entrati sottostanti u l-bidla li tirriżulta fil-flussi ta’ flus biss f’livell ogħla ta’ aggregazzjoni mill-gruppi. F’każijiet bħal dawn, l-entità għandha talloka l-effett tal-bidla fl-entrati sottostanti għal kull grupp fuq bażi razzjonali u sistematika. |
B71 |
Wara li jkunu ġew ipprovduti s-servizzi tal-kuntratti tal-assigurazzjoni kollha lill-kuntratti fi grupp, il-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni xorta jistgħu jinkludu l-pagamenti li mistennija jsiru lid-detenturi tal-poloz attwali fi gruppi oħrajn jew lil detenturi ta’ poloz futuri. Entità mhijiex meħtieġa li tkompli talloka dawn il-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni lil gruppi speċifiċi, iżda minflok tista’ tirrikonoxxi u tkejjel obbligazzjoni għal tali flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni li jirriżultaw mill-gruppi kollha. |
Rati ta’ skont (il-paragrafu 36)
B72 |
Entità għandha tuża r-rati ta’ skont li ġejjin meta tapplika l-IFRS 17:
|
B73 |
Sabiex tiddetermina r-rati ta’ skont fid-data tar-rikonoxximent inizjali ta’ grupp ta’ kuntratti deskritti fil-paragrafi B72(b)-B72(e), entità tista’ tuża rati ta’ skont bil-medja ponderata matul il-perjodu li fih jinħarġu l-kuntratti fil-grupp, liema perjodu ma jistax ikun ta’ aktar minn sena meta jiġi applikat il-paragrafu 22. |
B74 |
L-estimi tar-rati ta’ skont għandhom ikunu konsistenti ma’ estimi oħrajn użati sabiex ikejlu l-kuntratti tal-assigurazzjoni bil-għan li jiġu evitati għadd doppju jew ommissjonijiet; pereżempju:
|
B75 |
Il-paragrafu B74(b) jirrikjedi li l-flussi ta’ flus li jvarjaw abbażi tar-redditi fuq l-entrati sottostanti jiġu skontati bl-użu ta’ rati li jirriflettu dik il-varjabbiltà, jew jiġu aġġustati għall-effett ta’ dik il-varjabbiltà u skontati b’rata li tirrifletti l-aġġustament li jkun sar. Il-varjabbiltà hija fattur rilevanti, irrispettivament minn jekk tirriżultax minħabba termini kuntrattwali jew minħabba li l-entità teżerċita diskrezzjoni u irrispettivament minn jekk l-entità żżommx l-entrati sottostanti. |
B76 |
Il-flussi ta’ flus li jvarjaw skont ir-redditi fuq l-entrati sottostanti b’redditi varjabbli, iżda li huma soġġetti għal garanzija ta’ redditu minimu, ma jvarjawx biss abbażi tar-redditi fuq l-entrati sottostanti, anki meta l-ammont garantit ikun aktar baxx mir-redditu mistenni fuq l-entrati sottostanti. B’hekk, entità għandha taġġusta r-rata li tirrifletti l-varjabbiltà tar-redditi fuq l-entrati sottostanti għall-effett tal-garanzija, anki meta l-ammont garantit ikun aktar baxx mir-redditu mistenni fuq l-entrati sottostanti. |
B77 |
L-IFRS 17 ma jirrikjedix li entità taqsam il-flussi ta’ flus stmati f’dawk li jvarjaw abbażi tar-redditi fuq l-entrati sottostanti u dawk li ma jagħmlux dan. Jekk entità ma taqsamx il-flussi ta’ flus stmati b’dan il-mod, l-entità għandha tapplika rati ta’ skont xierqa għall-flussi ta’ flus stmati fis-sħuħija tagħhom; pereżempju, bl-użu ta’ tekniki ta’ mmudellar stokastiku jew tekniki ta’ kejl newtrali għar-riskji. |
B78 |
Ir-rati ta’ skont għandhom jinkludu biss fatturi rilevanti, jiġifieri fatturi li jirriżultaw mill-valur taż-żmien tal-flus, il-karatteristiċi tal-flussi ta’ flus u l-karatteristiċi tal-likwidità tal-kuntratti tal-assigurazzjoni. Dawn ir-rati ta’ skont jistgħu ma jkunux direttament osservabbli fis-suq. B’hekk, meta ma jkunux disponibbli rati tas-swieq osservabbli għal strument bl-istess karatteristiċi, jew ikunu disponibbli rati tas-swieq osservabbli għal strumenti simili, iżda li ma jidentifikawx separatament il-fatturi li jiddistingwu l-istrument mill-kuntratti tal-assigurazzjoni, entità għandha testima r-rati xierqa. L-IFRS 17 ma jirrikjedi ebda teknika ta’ stima partikolari għad-determinazzjoni tar-rati ta’ skont. Meta tapplika teknika ta’ stima, entità għandha:
|
B79 |
Għall-flussi ta’ flus tal-kuntratti tal-assigurazzjoni li ma jvarjawx skont ir-redditi fuq l-entrati sottostanti, ir-rata ta’ skont tirrifletti l-kurva tar-rendiment fil-munita xierqa għall-istrumenti li ma jesponu lid-detentur għal ebda riskju ta’ kreditu jew li jesponuh għal riskju ta’ kreditu negliġibbli, aġġustata sabiex tkun tirrifletti l-karatteristiċi tal-likwidità tal-grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni. Dak l-aġġustament għandu jirrifletti d-differenza bejn il-karatteristiċi tal-likwidità tal-grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni u l-karatteristiċi tal-likwidità tal-assi użati sabiex tiġi ddeterminata l-kurva tar-rendiment. Il-kurvi tar-rendiment jirriflettu l-assi nnegozjati fi swieq attivi li, ġeneralment, id-detentur ikun jista’ jbiegħ faċilment fi kwalunkwe ħin mingħajr ma jġarrab kostijiet sinifikanti. B’kuntrast, skont xi kuntratti tal-assigurazzjoni, l-entità ma tistax tiġi sfurzata tagħmel pagamenti aktar kmieni minn meta jseħħu eventi assigurati jew mid-dati speċifikati fil-kuntratti. |
B80 |
B’hekk, għall-flussi ta’ flus tal-kuntratti tal-assigurazzjoni li ma jvarjawx skont ir-redditi fuq l-entrati sottostanti, entità tista’ tiddetermina r-rati ta’ skont billi taġġusta kurva tar-rendiment mingħajr riskji ta’ likwidità sabiex tkun tirrifletti d-differenzi bejn il-karatteristiċi tal-likwidità tal-istrumenti finanzjarji li fuqhom huma msejsa r-rati osservati fis-suq u l-karatteristiċi tal-likwidità tal-kuntratti tal-assigurazzjoni (approċċ minn isfel għal fuq). |
B81 |
Inkella, entità tista’ tiddetermina r-rati ta’ skont xierqa għall-kuntratti tal-assigurazzjoni abbażi ta’ kurva tar-rendiment li tirrifletti r-rati ta’ redditu attwali tas-suq impliċiti f’kejl tal-valur ġust ta’ portafoll ta’ assi ta’ referenza (approċċ minn fuq għal isfel). Entità għandha taġġusta dik il-kurva tar-rendiment sabiex telimina kwalunkwe fattur li mhuwiex rilevanti għall-kuntratti tal-assigurazzjoni, iżda mhijiex meħtieġa li taġġusta l-kurva tar-rendiment għad-differenzi fil-karatteristiċi tal-likwidità tal-kuntratti tal-assigurazzjoni u l-portafoll ta’ referenza. |
B82 |
Fl-istima tal-kurva tar-rendiment deskritta fil-paragrafu B81:
|
B83 |
Fl-aġġustament tal-kurva tar-rendiment, entità għandha taġġusta r-rati tas-suq osservati fi tranżazzjonijiet riċenti fi strumenti b’karatteristiċi simili għal ċaqliq fil-fatturi tas-suq mid-data tat-tranżazzjoni u għandha taġġusta r-rati tas-suq osservati sabiex ikunu jirriflettu l-grad ta’ dissimilarità bejn l-istrument li jkun qed jitkejjel u l-istrument li l-prezzijiet tat-tranżazzjonijiet tiegħu huma osservabbli. Għall-flussi ta’ flus tal-kuntratti tal-assigurazzjoni li ma jvarjawx skont ir-redditi fuq l-assi fil-portafoll ta’ referenza, dawn l-aġġustamenti jinkludu:
|
B84 |
Fil-prinċipju, għall-flussi ta’ flus tal-kuntratti tal-assigurazzjoni li ma jvarjawx skont ir-redditi tal-assi fil-portafoll ta’ referenza, għandu jkun hemm kurva tar-rendiment mingħajr riskji ta’ illikwidità waħda li telimina l-inċertezza kollha dwar l-ammont u t-twaqqit tal-flussi ta’ flus. Madankollu, fil-prattika, l-approċċ minn fuq għal isfel u l-approċċ minn isfel għal fuq jistgħu jirriżultaw f’kurvi tar-rendiment differenti, anki fl-istess munita. Dan minħabba l-limitazzjonijiet inerenti fl-istima tal-aġġustamenti magħmula taħt kull approċċ u n-nuqqas possibbli ta’ aġġustament għall-karatteristiċi differenti tal-likwidità fl-approċċ minn fuq għal isfel. Entità mhijiex meħtieġa li tirrikonċilja r-rata ta’ skont determinata skont l-approċċ magħżul minnha mar-rata ta’ skont li kienet tiġi ddeterminata skont l-approċċ l-ieħor. |
B85 |
L-IFRS 17 ma jispeċifikax restrizzjonijiet fuq il-portafoll ta’ referenza tal-assi użati fl-applikazzjoni tal-paragrafu B81. Madankollu, se jkunu meħtieġa inqas aġġustamenti sabiex jiġu eliminati l-fatturi li huma rilevanti għall-kuntratti tal-assigurazzjoni meta l-portafoll tal-assi ta’ referenza jkollu karatteristiċi simili. Pereżempju, jekk il-flussi ta’ flus mill-kuntratti tal-assigurazzjoni ma jvarjawx skont ir-redditi fuq l-entrati sottostanti, ikunu meħtieġa inqas aġġustamenti jekk entità tkun użat l-istrumenti tad-dejn bħala punt tat-tluq minflok l-istrumenti tal-ekwità. Għall-istrumenti tad-dejn, l-għan ikun li jiġu eliminati mir-rendiment totali tal-bonds l-effett tar-riskju ta’ kreditu u fatturi oħrajn li mhumiex rilevanti għall-kuntratti tal-assigurazzjoni. Mod wieħed ta’ kif jiġi stmat l-effett ta’ riskju ta’ kreditu huwa li jintuża l-prezz tas-suq ta’ derivattiv ta’ kreditu bħala punt ta’ referenza. |
Aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju (il-paragrafu 37)
B86 |
L-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju jirrigwardja r-riskju li jirriżulta mill-kuntratti tal-assigurazzjoni għajr għal riskju finanzjarju. Ir-riskju finanzjarju huwa inkluż fl-estimi tal-flussi futuri ta’ flus jew ir-rata ta’ skont użata sabiex taġġusta l-flussi ta’ flus. Ir-riskji koperti mill-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju huma r-riskju tal-assigurazzjoni u riskji mhux finanzjarji oħrajn, bħar-riskju ta’ skadenza u r-riskju ta’ spejjeż (ara l-paragrafu B14). |
B87 |
L-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju għall-kuntratti tal-assigurazzjoni jkejjel il-kumpens li tkun teħtieġ l-entità sabiex tagħmel l-entità indifferenti bejn:
Pereżempju, l-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju jkejjel il-kumpens li tkun teħtieġ l-entità sabiex tagħmilha indifferenti bejn l-issodisfar ta’ obbligazzjoni li—minħabba riskju mhux finanzjarju—għandha probabbiltà ta’ 50 fil-mija li tkun CU90 u probabbiltà ta’ 50 fil-mija li tkun CU110 u l-issodisfar ta’ obbligazzjoni li hija ffissata għal CU100. B’riżultat ta’ dan, l-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju jwassal informazzjoni lill-utenti ta’ rapporti finanzjarji dwar l-ammont mitlub mill-entità għall-inċertezza dwar l-ammont u t-twaqqit tal-flussi ta’ flus li tirriżulta minn riskju mhux finanzjarju. |
B88 |
Minħabba li l-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju jirrifletti l-kumpens li tkun teħtieġ l-entità sabiex iġġorr ir-riskju mhux finanzjarju li jirriżulta mill-ammont u t-twaqqit inċerti tal-flussi ta’ flus, l-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju jirrifletti wkoll:
|
B89 |
L-għan tal-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju huwa li jkejjel l-effett ta’ inċertezza fil-flussi ta’ flus li jirriżultaw mill-kuntratti tal-assigurazzjoni, għajr għall-inċertezza li tirriżulta minn riskju finanzjarju. Konsegwentement, l-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju għandu jirrifletti r-riskji mhux finanzjarji kollha assoċjati mal-kuntratti tal-assigurazzjoni. Huwa ma għandux jirrifletti r-riskji li ma jirriżultawx mill-kuntratti tal-assigurazzjoni, bħalma hu r-riskju operazzjonali ġenerali. |
B90 |
L-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju għandu jiġi inkluż fil-kejl b’mod espliċitu. L-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju huwa kunċettwalment separat mill-estimi tal-flussi futuri ta’ flus u mir-rati ta’ skont li jaġġustaw dawk il-flussi ta’ flus. L-entità ma għandhiex tgħodd darbtejn l-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju billi, pereżempju, tinkludi wkoll l-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju impliċitament meta tiddetermina l-estimi tal-flussi futuri ta’ flus jew ir-rati ta’ skont. Ir-rati ta’ skont li jiġu ddivulgati sabiex jikkonformaw mal-paragrafu 120 ma għandhom jinkludu ebda aġġustament impliċitu għal riskju mhux finanzjarju. |
B91 |
L-IFRS 17 ma jispeċifikax it-teknika/i ta’ stima użata/i sabiex jiġi ddeterminat l-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju. Madankollu, sabiex ikun jirrifletti l-kumpens li tkun teħtieġ l-entità sabiex iġġorr ir-riskju mhux finanzjarju, l-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju għandu jkollu l-karatteristiċi li ġejjin:
|
B92 |
Entità għandha tapplika ġudizzju meta tiddetermina teknika ta’ stima xierqa għall-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju. Meta tapplika dak il-ġudizzju, entità għandha tikkunsidra wkoll jekk it-teknika tipprovdix divulgazzjoni informattiva u konċiża sabiex l-utenti tar-rapporti finanzjarji jkunu jistgħu jistabbilixxu parametru referenzjarju għall-prestazzjoni tal-entità kontra l-prestazzjoni ta’ entitajiet oħrajn. Il-paragrafu 119 jirrikjedi li entità tuża teknika oħra għajr it-teknika tal-livell ta’ fiduċja għad-determinazzjoni tal-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju sabiex tiddivulga t-teknika użata u l-livell ta’ fiduċja li jikkorrespondi għar-riżultati ta’ dik it-teknika. |
Rikonoxximent inizjali tat-trasferimenti ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni u kombinamenti ta’ negozji (paragrafu 39)
B93 |
Meta entità takkwista l-kuntratti tal-assigurazzjoni maħruġa jew il-kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma fi trasferiment ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li ma jifformawx negozju jew f’kombinament ta’ negozji fl-ambitu tal-IFRS 3, l-entità għandha tapplika l-paragrafi 14-24 biex tidentifika l-gruppi ta’ kuntratti akkwiżiti, daqs li kieku daħlet fil-kuntratti fid-data tat-tranżazzjoni. |
B94 |
Entità għandha tuża l-korrispettiv riċevut jew imħallas għall-kuntratti bħala indikatur tal-primjums riċevuti. Il-korrispettiv riċevut jew imħallas għall-kuntratti jeskludi l-korrispettiv riċevut jew imħallas għal kwalunkwe assi u obbligazzjoni oħra akkwiżiti fl-istess tranżazzjoni. F’kombinament ta’ negozji fl-ambitu tal-IFRS 3, il-korrispettiv riċevut jew imħallas huwa l-valur ġust tal-kuntratti f’dik id-data. Meta tiġi biex tiddetermina dak il-valur ġust, entità ma għandhiex tapplika l-paragrafu 47 tal-IFRS 13 (li jirrigwardja l-aspetti ta’ ġbid bla avviż). |
B95 |
Sakemm ma japplikax l-approċċ ta’ allokazzjoni tal-primjum għall-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal kif speċifikat fil-paragrafi 55-59 u 69-70 A, mar-rikonoxximent inizjali, il-marġini kuntrattwali tas-servizz jiġi kkalkolat bl-applikazzjoni tal-paragrafu 38 għall-kuntratti tal-assigurazzjoni akkwiżiti maħruġa u bl-applikazzjoni tal-paragrafu 65 għall-kuntratti ta’ riassigurazzjoni akkwiżiti miżmuma bl-użu tal-korrispettiv riċevut jew imħallas għall-kuntratti bħala indikatur għall-primjums riċevuti jew imħallsin fid-data tar-rikonoxximent inizjali. |
B95 A |
Jekk il-kuntratti tal-assigurazzjoni akkwiżiti maħruġa jkunu onerużi, bl-applikazzjoni tal-paragrafu 47, l-entità għandha tirrikonoxxi l-eċċess tal-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni fuq il-korrispettiv imħallas jew riċevut bħala parti minn avvjament jew qligħ fuq xiri bi prezz innegozjat għal kuntratti akkwiżiti f’kombinament ta’ negozji fl-ambitu tal-IFRS 3, jew bħala telf fi profitt jew telf għal kuntratti akkwiżiti fi trasferiment. L-entità għandha tistabbilixxi komponent ta’ telf tal-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal għal dak l-eċċess u tapplika l-paragrafi 49-52 sabiex talloka l-bidliet sussegwenti fil-flussi tal-flus tal-eżekuzzjoni għal dak il-komponent ta’ telf. |
B95B |
Għal grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni li għalihom japplikaw il-paragrafi 66 A-66B, entità għandha tiddetermina l-komponent tal-irkupru tat-telf tal-assi għall-kopertura li jifdal fid-data tat-tranżazzjoni billi timmultiplika:
|
B95C |
L-entità għandha tirrikonoxxi l-ammont tal-komponent ta’ rkupru tat-telf iddeterminat bl-applikazzjoni tal-paragrafu B95B bħala parti minn avvjament jew qligħ fuq xiri bi prezz innegozjat għall-kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma akkwiżiti f’kombinament ta’ negozji fl-ambitu tal-IFRS 3, jew bħala introjtu fi profitt jew telf għal kuntratti akkwiżiti fi trasferiment. |
B95D |
Billi tapplika l-paragrafi 14-22, fid-data tat-tranżazzjoni, entità tista’ tinkludi, fi grupp oneruż ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni, kemm kuntratti tal-assigurazzjoni onerużi koperti minn grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma, kif ukoll kuntratti onerużi mhux koperti mill-grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma. Sabiex tapplika l-paragrafu B95B f’każijiet bħal dawn, entità għandha tuża bażi sistematika u razzjonali ta’ allokazzjoni biex tiddetermina l-porzjon tal-komponent tat-telf tal-grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li jirrigwardja l-kuntratti tal-assigurazzjoni koperti mill-grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma. |
Assi għall-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni
B95E |
Meta entità takkwista kuntratti tal-assigurazzjoni maħruġa fi trasferiment ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li ma jifformawx negozju jew f’kombinament ta’ negozji fl-ambitu tal-IFRS 3, l-entità għandha tirrikonoxxi assi għall-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni skont il-valur ġust fid-data tat-tranżazzjoni għad-drittijiet sabiex jinkisbu:
|
B95F |
Fid-data tat-tranżazzjoni, l-ammont ta’ kwalunkwe assi għall-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni ma għandux jiġi inkluż fil-kejl tal-grupp akkwiżit ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni bl-applikazzjoni tal-paragrafi B93-B95 A. |
Bidliet fl-ammont riportat tal-marġini kuntrattwali tas-servizz għall-kuntratti tal-assigurazzjoni mingħajr karatteristiċi diretti ta’ parteċipazzjoni (paragrafu 44)
B96 |
Għall-kuntratti tal-assigurazzjoni mingħajr karatteristiċi diretti ta’ parteċipazzjoni, il-paragrafu 44(c) jirrikjedi aġġustament għall-marġini kuntrattwali ta’ servizz ta’ grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni għal bidliet fil-flussi tal-flus tal-eżekuzzjoni li jirrigwardjaw servizz futur. Dawn il-bidliet jinkludu:
|
B97 |
Entità ma għandhiex taġġusta l-marġini kuntrattwali tas-servizz għal grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni mingħajr karatteristiċi diretti ta’ parteċipazzjoni għall-bidliet li ġejjin fil-flussi tal-flus tal-eżekuzzjoni minħabba li ma jirrigwardjawx servizz futur:
|
B98 |
It-termini ta’ xi kuntratti tal-assigurazzjoni mingħajr karatteristiċi diretti ta’ parteċipazzjoni jagħtu diskrezzjoni lil entità fuq il-flussi tal-flus li jridu jitħallsu lid-detenturi ta’ poloz. Bidla fil-flussi tal-flus diskrezzjonarji titqies bħala li tirrigwardja servizz futur u, għaldaqstant, taġġusta l-marġini kuntrattwali tas-servizz. Sabiex tistabbilixxi kif għandha tiġi identifikata bidla fil-flussi tal-flus diskrezzjonarji, entità għandha tispeċifika fil-bidu tal-kuntratt il-bażi li fuqha tistenna li tistabbilixxi l-impenn tagħha skont il-kuntratt; pereżempju, abbażi ta’ rata tal-imgħax fissa, jew abbażi ta’ redditi li jvarjaw skont ir-redditi tal-assi speċifikati. |
B99 |
Entità għandha tuża dik l-ispeċifikazzjoni sabiex tagħmel distinzjoni bejn l-effett tal-bidliet fis-suppożizzjonijiet li jirrigwardjaw riskju finanzjarju fuq dak l-impenn (li ma jaġġustawx il-marġini kuntrattwali tas-servizz) u l-effett tal-bidliet diskrezzjonarji għal dak l-impenn (li jaġġustaw il-marġini kuntrattwali tas-servizz). |
B100 |
Jekk entità ma tkunx tista’ tispeċifika fil-bidu tal-kuntratt xi tqis li huwa l-impenn tagħha skont il-kuntratt u xi tqis li huwa diskrezzjonarju, hija għandha tqis l-impenn tagħha bħala li huwa r-redditu impliċitu fl-istima tal-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni fil-bidu tal-kuntratt, aġġornat sabiex ikun jirrifletti s-suppożizzjonijiet attwali li jirrigwardjaw ir-riskju finanzjarju. |
Bidliet fl-ammont riportat tal-marġini kuntrattwali tas-servizz għall-kuntratti tal-assigurazzjoni b’karatteristiċi diretti ta’ parteċipazzjoni (il-paragrafu 45)
B101 |
Il-kuntratti tal-assigurazzjoni b’karatteristiċi diretti ta’ parteċipazzjoni huma kuntratti tal-assigurazzjoni li huma sostanzjalment kuntratti ta’ servizzi relatati mal-investiment skont liema entità twiegħed redditu fuq l-investiment ibbażat fuq l-entrati sottostanti. B’hekk, huma definiti bħala kuntratti tal-assigurazzjoni li għalihom:
|
B102 |
Entità għandha tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet fil-paragrafu B101 humiex issodisfati billi tuża l-aspettattivi tagħha fil-bidu tal-kuntratt u ma għandhiex tirrivaluta l-kundizzjonijiet wara, sakemm il-kuntratt ma jiġix immodifikat, bl-applikazzjoni tal-paragrafu 72. |
B103 |
Safejn il-kuntratti tal-assigurazzjoni fi grupp jaffettwaw il-flussi ta’ flus lid-detenturi tal-poloz ta’ kuntratti fi gruppi oħrajn (ara l-paragrafi B67-B71), entità għandha tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet fil-paragrafu B101 humiex issodisfati billi tikkunsidra l-flussi ta’ flus li l-entità tistenna li tħallas lid-detenturi tal-poloz iddeterminati bl-applikazzjoni tal-paragrafi B68-B70. |
B104 |
Il-kundizzjonijiet fil-paragrafu B101 jiżguraw li l-kuntratti tal-assigurazzjoni b’karatteristiċi diretti ta’ parteċipazzjoni jkunu kuntratti li taħthom l-obbligu tal-entità lejn id-detentur ta’ polza jkun nett minn:
|
B105 |
Sehem imsemmi fil-paragrafu B101(a) ma jipprekludix l-eżistenza tad-diskrezzjoni tal-entità li tvarja l-ammonti mħallsin lid-detentur ta’ polza. Madankollu, ir-rabta mal-entrati sottostanti trid tkun infurzabbli (ara l-paragrafu 2). |
B106 |
Il-pula ta’ entrati sottostanti msemmija fil-paragrafu B101(a) tista’ tinkludi kwalunkwe entrata, pereżempju portafoll ta’ assi ta’ referenza, l-assi netti tal-entità, jew subsett speċifikat tal-assi netti tal-entità, sakemm ikunu identifikati b’mod ċar mill-kuntratt. Entità ma għandhiex bżonn iżżomm il-pula identifikata ta’ entrati sottostanti. Madankollu, ma tkunx teżisti pula identifikata b’mod ċar ta’ entrati sottostanti meta:
|
B107 |
Il-paragrafu B101(b) jirrikjedi li l-entità tistenna li sehem sostanzjali mir-redditi bil-valur ġust fuq l-entrati sottostanti jitħallas lid-detentur ta’ polza u l-paragrafu B101(c) jirrikjedi li l-entità tistenna li proporzjon sostanzjali ta’ kwalunkwe bidla fl-ammonti li jridu jitħallsu lid-detentur ta’ polza jkun ivarja skont il-bidla fil-valur ġust tal-entrati sottostanti. Entità għandha:
|
B108 |
Pereżempju, jekk l-entità tistenna li tħallas sehem sostanzjali mir-redditi bil-valur ġust fuq l-entrati sottostanti, soġġetta għal garanzija ta’ redditu minimu, ikun hemm xenarji li fihom:
Il-valutazzjoni mill-entità tal-varjabbiltà fil-paragrafu B101(c) għal dan l-eżempju se tkun tirrifletti medja ponderata għall-probabbiltà skont il-valur attwali ta’ dawn ix-xenarji kollha. |
B109 |
Il-kuntratti ta’ riassigurazzjoni maħruġa u l-kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma ma jistgħux ikunu kuntratti tal-assigurazzjoni b’karatteristiċi diretti ta’ parteċipazzjoni għall-finijiet tal-IFRS 17. |
B110 |
Għall-kuntratti tal-assigurazzjoni b’karatteristiċi diretti ta’ parteċipazzjoni, il-marġini kuntrattwali tas-servizz jiġi aġġustat sabiex ikun jirrifletti n-natura varjabbli tat-tariffa. B’hekk, il-bidliet fl-ammonti stabbiliti fil-paragrafu B104 jiġu ttrattati kif stabbilit fil-paragrafi B111–B114. |
B111 |
Il-bidliet fl-obbligu li d-detentur ta’ polza jitħallas ammont ugwali għall-valur ġust tal-entrati sottostanti (il-paragrafu B104(a)) ma jirrigwardjawx servizz futur u ma jaġġustawx il-marġini kuntrattwali tas-servizz. |
B112 |
Il-bidliet fl-ammont tas-sehem tal-entità tal-valur ġust tal-entrati sottostanti (il-paragrafu B104(b)(i)) jirrigwardjaw servizz futur u jaġġustaw il-marġini kuntrattwali tas-servizz, bl-applikazzjoni tal-paragrafu 45(b). |
B113 |
Il-bidliet fil-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni li ma jvarjawx skont ir-redditi fuq l-entrati sottostanti (il-paragrafu B104(b)(ii)) jinkludu:
|
B114 |
Entità mhijiex meħtieġa li tidentifika l-aġġustamenti għall-marġini kuntrattwali tas-servizz meħtieġa mill-paragrafi B112 u B113 separatament. Minflok, jista’ jiġi ddeterminat ammont ikkombinat għal uħud mill-aġġustamenti jew għalihom kollha. |
Mitigazzjoni tar-riskji
B115 |
Safejn entità tissodisfa l-kundizzjonijiet fil-paragrafu B116, hija tista’ tagħżel li ma tirrikonoxxix bidla fil-marġini kuntrattwali tas-servizz sabiex tirrifletti wħud mill-bidliet jew il-bidliet kollha fl-effett tal-valur taż-żmien tal-flus u r-riskju finanzjarju fuq:
|
B116 |
Sabiex tapplika l-paragrafu B115, entità jrid ikollha għan u strateġija ta’ ġestjoni tar-riskji ddokumentati qabel biex ittaffi r-riskju finanzjarju kif deskritt fil-paragrafu B115. Fl-applikazzjoni ta’ tali għan u strateġija:
|
B117 |
L-entità għandha tiddetermina l-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni fi grupp li għalih japplika l-paragrafu B115 b’mod konsistenti f’kull perjodu ta’ rapportar. |
B117 A |
Jekk l-entità ttaffi l-effett tar-riskju finanzjarju bl-użu ta’ strumenti finanzjarji derivattivi jew nonderivattivi mkejla skont il-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf, hija għandha tinkludi l-introjtu jew l-ispejjeż ta’ finanzjament tal-assigurazzjoni għall-perjodu li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-paragrafu B115 fi profitt jew telf. Jekk l-entità ttaffi l-effett tar-riskju finanzjarju bl-użu tal-kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma, hija għandha tapplika l-istess politika kontabilistika għall-preżentazzjoni tal-introjtu jew l-ispejjeż ta’ finanzjament tal-assigurazzjoni li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-paragrafu B115 hekk kif l-entità tapplika għall-kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma bl-applikazzjoni tal-paragrafi 88 u 90. |
B118 |
Jekk, u biss jekk, xi waħda mill-kundizzjonijiet fil-paragrafu B116 ma tibqax issodisfata, entità għandha tieqaf tapplika l-paragrafu B115 minn dik id-data. Entità ma għandha tagħmel ebda aġġustament għall-bidliet rikonoxxuti qabel fi profitt jew telf. |
Rikonoxximent tal-marġini kuntrattwali tas-servizz fi profitt jew telf
B119 |
Ammont tal-marġini kuntrattwali tas-servizz għal grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni huwa rikonoxxut fi profitt jew telf f’kull perjodu sabiex ikun jirrifletti s-servizzi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni pprovduti taħt il-grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni f’dak il-perjodu (ara l-paragrafi 44(e), 45(e) u 66(e)). L-ammont jiġi ddeterminat permezz ta’:
|
B119 A |
Sabiex jiġi applikat il-paragrafu B119, il-perjodu ta’ servizz ta’ redditu fuq l-investiment jew ta’ servizz relatat mal-investiment jintemm fid-data jew qabel id-data li fiha jkunu tħallsu l-ammonti kollha dovuti lid-detenturi tal-poloz attwali relatati ma’ dawk is-servizzi, mingħajr ma jiġu kkunsidrati l-pagamenti lid-detenturi tal-poloz futuri inklużi fil-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni bl-applikazzjoni tal-paragrafu B68. |
B119B |
Il-kuntratti tal-assigurazzjoni mingħajr karatteristiċi diretti ta’ parteċipazzjoni jistgħu jipprovdu servizz ta’ redditu fuq l-investiment jekk, u biss jekk:
|
Kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma—rikonoxximent tal-irkupru tat-telf fuq kuntratti tal-assigurazzjoni sottostanti (il-paragrafi 66 A – 66B)
B119C |
Il-paragrafu 66 A japplika jekk, u biss jekk, il-kuntratt ta’ riassigurazzjoni miżmum jiġi konkluż qabel jew fl-istess żmien li jiġu rikonoxxuti l-kuntratti tal-assigurazzjoni sottostanti onerużi. |
B119D |
Sabiex tapplika l-paragrafu 66 A, entità għandha tiddetermina l-aġġustament għall-marġini kuntrattwali tas-servizz ta’ grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma u l-introjtu li jirriżulta billi timmultiplika:
|
B119E |
Bl-applikazzjoni tal-paragrafi 14-22, entità tista’ tinkludi, fi grupp oneruż ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni, kemm kuntratti tal-assigurazzjoni onerużi koperti minn grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma, kif ukoll kuntratti tal-assigurazzjoni onerużi mhux koperti mill-grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma. Sabiex tapplika l-paragrafi 66(c)(i)-(ii) u l-paragrafu 66 A f’każijiet bħal dawn, l-entità għandha tapplika metodu sistematiku u razzjonali ta’ allokazzjoni biex tiddetermina l-porzjon tat-telf rikonoxxut fuq il-grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li jirrigwardja l-kuntratti tal-assigurazzjoni koperti mill-grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma. |
B119F |
Wara li entità tkun stabbilixxiet komponent ta’ rkupru tat-telf bl-applikazzjoni tal-paragrafu 66B, l-entità għandha taġġusta l-komponent ta’ rkupru tat-telf biex ikun jirrifletti l-bidliet fil-komponent tat-telf ta’ grupp oneruż ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni sottostanti (ara l-paragrafi 50-52). L-ammont riportat tal-komponent ta’ rkupru tat-telf ma għandux jaqbeż il-porzjon tal-ammont riportat tal-komponent tat-telf tal-grupp oneruż ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni sottostanti li l-entità tistenna li tirkupra mill-grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma. |
Dħul mill-assigurazzjoni (il-paragrafi 83 u 85)
B120 |
Id-dħul totali tal-assigurazzjoni għal grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni huwa l-korrispettiv għall-kuntratti, jiġifieri l-ammont ta’ primjums imħallsin lill-entità:
|
B121 |
Il-paragrafu 83 jirrikjedi li l-ammont ta’ dħul mill-assigurazzjoni rikonoxxut f’perjodu jkun juri t-trasferiment tas-servizzi mwiegħda f’ammont li jkun jirrifletti l-korrispettiv li għalih l-entità mistennija tkun intitolata bi skambju għal dawk is-servizzi. Il-korrispettiv totali għal grupp ta’ kuntratti jkopri l-ammonti li ġejjin:
|
B122 |
Id-dħul mill-assigurazzjoni għal perjodu li jirrigwardja l-ammonti deskritti fil-paragrafu B121(a) jiġi ddeterminat kif stabbilit fil-paragrafi B123-B124. Id-dħul mill-assigurazzjoni għal perjodu li jirrigwardja l-ammonti deskritti fil-paragrafu B121(b) jiġi ddeterminat kif stabbilit fil-paragrafu B125. |
B123 |
Bl-applikazzjoni tal-IFRS 15, meta entità tipprovdi servizzi, hija tirtira r-rikonoxximent tal-obbligu ta’ prestazzjoni għal dawk is-servizzi u tirrikonoxxi d-dħul. B’mod konsistenti, bl-applikazzjoni tal-IFRS 17, meta entità tipprovdi servizzi f’perjodu, hija tnaqqas l-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal għas-servizzi pprovduti u tirrikonoxxi d-dħul mill-assigurazzjoni. It-tnaqqis fl-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal, li jwassal għal dħul mill-assigurazzjoni, jeskludi l-bidliet fl-obbligazzjoni li ma jirrigwardjawx is-servizzi li mistennija jiġu koperti mill-korrispettiv riċevut mill-entità. Dawk il-bidliet huma:
|
B123 A |
Safejn entità tirtira r-rikonoxximent ta’ assi għall-flussi ta’ flus minbarra l-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni fid-data tar-rikonoxximent inizjali ta’ grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni (ara l-paragrafi 38(c)(ii) u B66 A), hija għandha tirrikonoxxi d-dħul mill-assigurazzjoni u l-ispejjeż tal-assigurazzjoni għall-ammont li għalih ġie rtirat ir-rikonoxximent f’dik id-data. |
B124 |
Konsegwentement, id-dħul mill-assigurazzjoni għall-perjodu jista’ jiġi analizzat ukoll bħala t-total tal-bidliet fl-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal fil-perjodu li jirrigwardja s-servizzi li għalihom l-entità tistenna li tirċievi korrispettiv. Dawk il-bidliet huma:
|
B125 |
Entità għandha tiddetermina d-dħul mill-assigurazzjoni relatat mal-flussi tal-flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni billi talloka l-porzjon tal-primjums li jirrigwardjaw l-irkupru ta’ dawk il-flussi ta’ flus għal kull perjodu ta’ rapportar b’mod sistematiku fuq il-bażi tal-mogħdija taż-żmien. Entità għandha tirrikonoxxi l-istess ammont bħala spejjeż tas-servizz ta’ assigurazzjoni. |
B126 |
Meta entità tapplika l-approċċ tal-allokazzjoni ta’ primjum imsemmi fil-paragrafi 55-58, id-dħul mill-assigurazzjoni għall-perjodu jkun l-ammont ta’ primjum li mistenni jiġi riċevut (minbarra kwalunkwe komponent ta’ investiment u aġġustat sabiex ikun jirrifletti l-valur taż-żmien tal-flus u l-effett tar-riskju finanzjarju, jekk ikun applikabbli, bl-applikazzjoni tal-paragrafu 56) allokat għall-perjodu. L-entità għandha talloka l-irċevuti tal-primjum mistennija għal kull perjodu tas-servizzi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni:
|
B127 |
Entità għandha tbiddel il-bażi tal-allokazzjoni bejn il-paragrafi B126(a) u B126(b), kif meħtieġ, jekk jinbidlu l-fatti u ċ-ċirkostanzi. |
Introjtu jew spejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni (il-paragrafi 87-92)
B128 |
Il-paragrafu 87 jirrikjedi li entità tinkludi fl-introjtu jew l-ispejjeż ta’ finanzjament tal-assigurazzjoni l-effett tal-valur taż-żmien tal-flus u tar-riskju finanzjarju u l-bidliet fihom. Għall-finijiet tal-IFRS 17:
|
B129 |
Il-paragrafi 88-89 jirrikjedu li entità tagħmel għażla ta’ politika kontabilistika dwar jekk tiddiżaggregax l-introjtu jew l-ispejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni għall-perjodu bejn profitt jew telf u introjtu komprensiv ieħor. Entità għandha tapplika l-għażla tal-politika kontabilistika tagħha għall-portafolli ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni. Fil-valutazzjoni tal-politika kontabilistika xierqa għal portafoll ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni, bl-applikazzjoni tal-paragrafu 13 tal-IAS 8 Politiki Kontabilistiċi, Bidliet fl-Estimi Kontabilistiċi u Żbalji, l-entità għandha tikkunsidra, għal kull portafoll, l-assi li żżomm l-entità u kif hija tikkontabilizza dawk l-assi. |
B130 |
Jekk japplika l-paragrafu 88(b), entità għandha tinkludi fi profitt jew telf ammont iddeterminat permezz ta’ allokazzjoni sistematika tal-introjtu jew l-ispejjeż tal-finanzjament totali mistennija matul id-durata tal-grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni. F’dan il-kuntest, allokazzjoni sistematika hija allokazzjoni tal-introjtu jew l-ispejjeż tal-finanzjament totali mistennija ta’ grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni matul id-durata tal-grupp li:
|
B131 |
Għal gruppi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li l-bidliet għalihom fis-suppożizzjonijiet li jirrigwardjaw riskju finanzjarju ma jkollhom ebda effett sostanzjali fuq l-ammonti li jitħallsu lid-detentur tal-polza, l-allokazzjoni sistematika tiġi ddeterminata bl-użu tar-rati ta’ skont speċifikati fil-paragrafu B72(e)(i). |
B132 |
Għal gruppi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li l-bidliet għalihom fis-suppożizzjonijiet li jirrigwardjaw riskju finanzjarju ma jkollhom ebda effett sostanzjali fuq l-ammonti li jitħallsu lid-detenturi tal-poloz:
|
B133 |
Fl-applikazzjoni tal-approċċ tal-allokazzjoni ta’ primjum għall-kuntratti tal-assigurazzjoni deskritti fil-paragrafi 53-59, entità tista’ tkun meħtieġa, jew tista’ tagħżel, li tnaqqas l-obbligazzjoni għall-pretensjonijiet imġarrba. F’każijiet bħal dawn, hija tista’ tagħżel li tiddiżaggrega l-introjtu jew l-ispejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni billi tapplika l-paragrafu 88(b). Jekk l-entità tagħmel din l-għażla, hija għandha tiddetermina l-introjtu jew l-ispejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni fi profitt jew telf billi tuża r-rata ta’ skont speċifikata fil-paragrafu B72(e)(iii). |
B134 |
Il-paragrafu 89 japplika jekk entità, b’għażla tagħha jew minħabba li tkun meħtieġa tagħmel hekk, iżżomm l-entrati sottostanti għall-kuntratti tal-assigurazzjoni b’karatteristiċi diretti ta’ parteċipazzjoni. Jekk entità tagħżel li tiddiżaggrega l-introjtu jew l-ispejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni billi tapplika l-paragrafu 89(b), hija għandha tinkludi fi profitt jew telf l-introjtu jew l-ispejjeż li jaqblu eżattament mal-introjtu jew l-ispejjeż inklużi fi profitt jew telf għall-entrati sottostanti, li jirriżultaw fl-effett nett tal-entrati ppreżentati separatament bħala żero. |
B135 |
Entità tista’ tikkwalifika għall-għażla ta’ politika kontabilistika fil-paragrafu 89 f’xi perjodi, iżda mhux f’oħrajn, minħabba bidla f’jekk iżżommx l-entrati sottostanti. Jekk isseħħ bidla bħal din, l-għażla tal-politika kontabilistika disponibbli għall-entità tinbidel minn dik stabbilita fil-paragrafu 88 għal dik stabbilita fil-paragrafu 89, jew viċi versa. B’hekk, entità tista’ tbiddel il-politika kontabilistika tagħha bejn dik stabbilita fil-paragrafu 88(b) u dik stabbilita fil-paragrafu 89(b). Meta tagħmel bidla bħal din, entità għandha:
|
B136 |
Meta tapplika l-paragrafu B135(a), entità ma għandhiex tikkalkula mill-ġdid l-ammont akkumulat li kien diġà inkluż f’introjtu komprensiv ieħor daqs li kieku d-diżaggregazzjoni l-ġdida kienet applikata dejjem; u s-suppożizzjonijiet użati għar-riklassifikazzjoni f’perjodi futuri ma għandhomx jiġu aġġornati wara d-data tal-bidla. |
L-effett tal-estimi kontabilistiċi magħmula f’rapporti finanzjarji interim
B137 |
Jekk entità tħejji rapporti finanzjarji interim billi tapplika l-IAS 34 Rapportar Finanzjarju Interim, l-entità għandha tagħmel għażla ta’ politika kontabilistika dwar jekk tbiddilx it-trattament tal-estimi kontabilistiċi li jkunu saru f’rapporti finanzjarji interim preċedenti meta tapplika l-IFRS 17 f’rapporti finanzjarji interim sussegwenti u fil-perjodu ta’ rapportar annwali. L-entità għandha tapplika l-għażla tal-politika kontabilistika tagħha għall-gruppi kollha ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni maħruġa minnha u għall-gruppi ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma minnha. |
(1) CU tirrappreżenta l-unità monetarja.
Appendiċi C
Data effettiva u tranżizzjoni
Dan l-appendiċi huwa parti integrali mill-IFRS 17 Kuntratti tal-Assigurazzjoni.
Data effettiva
C1 |
Entità għandha tapplika l-IFRS 17 għall-perjodi ta’ rapportar annwali li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2023 jew wara. Jekk entità tapplika l-IFRS 17 aktar kmieni, hija għandha tiddivulga dak il-fatt. L-applikazzjoni bikrija hija permessa għall-entitajiet li japplikaw l-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji fid-data tal-applikazzjoni inizjali tal-IFRS 17 jew qabel. |
C2 |
Għall-finijiet tar-rekwiżiti ta’ tranżizzjoni fil-paragrafi C1 u C3–C33:
|
Tranżizzjoni
C3 |
Sakemm ma jkunx imprattikabbli li tagħmel hekk, jew jekk japplika l-paragrafu C5 A, entità għandha tapplika l-IFRS 17 b’mod retrospettiv, ħlief li:
|
C4 |
Sabiex tapplika l-IFRS 17 b’mod retrospettiv, entità għandha fid-data ta’ tranżizzjoni:
|
C5 |
Jekk, u biss jekk, ikun imprattikabbli għal entità li tapplika l-paragrafu C3 għal grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni, entità għandha tapplika l-approċċi li ġejjin minflok tapplika l-paragrafu C4(a):
|
C5 A |
Minkejja l-paragrafu C5, entità tista’ tagħżel li tapplika l-approċċ tal-valur ġust imsemmi fil-paragrafi C20-C24B għal grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni b’karatteristiċi diretti ta’ parteċipazzjoni li għalihom tista’ tapplika l-IFRS 17 b’mod retrospettiv jekk, u biss jekk:
|
C5B |
Jekk, u biss jekk, ma jkunx prattikabbli għal entità li tapplika l-paragrafu C4(aa) għal assi għall-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni, l-entità għandha tapplika l-approċċi li ġejjin biex tkejjel l-assi għall-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni:
|
Approċċ retrospettiv immodifikat
C6 |
L-għan tal-approċċ retrospettiv immodifikat huwa li jinkiseb l-eqreb eżitu possibbli għal applikazzjoni retrospettiva billi tintuża l-informazzjoni raġonevoli u appoġġabbli disponibbli mingħajr kost jew sforz bla bżonn. Għaldaqstant, fl-applikazzjoni ta’ dan l-approċċ, entità għandha:
|
C7 |
Il-paragrafi C9-C19 A jistabbilixxu l-modifiki permessi għall-applikazzjoni retrospettiva fl-oqsma li ġejjin:
|
C8 |
Sabiex tilħaq l-għan tal-approċċ retrospettiv immodifikat, entità hija permessa li tuża kull modifika fil-paragrafi C9-C19 A biss sal-punt li ma jkollhiex informazzjoni raġonevoli u appoġġabbli sabiex tapplika approċċ retrospettiv. |
Valutazzjonijiet fil-bidu jew rikonoxximent inizjali
C9 |
Safejn ikun permess mill-paragrafu C8, entità għandha tiddetermina l-kwistjonijiet li ġejjin bl-użu tal-informazzjoni disponibbli fid-data tat-tranżizzjoni:
|
C9 A |
Safejn huwa permess mill-paragrafu C8, entità għandha tikklassifika bħala obbligazzjoni għall-pretensjonijiet imġarrba obbligazzjoni għas-saldu tal-pretensjonijiet imġarrba qabel kien akkwiżit kuntratt tal-assigurazzjoni fi trasferiment ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li ma jifformawx negozju jew f’kombinament ta’ negozji fl-ambitu tal-IFRS 3. |
C10 |
Safejn ikun permess mill-paragrafu C8, entità ma għandhiex tapplika l-paragrafu 22 sabiex taqsam il-gruppi f’dawk li ma jinkludux kuntratti maħruġa aktar minn sena ’l bogħod minn xulxin. |
Id-determinazzjoni tal-marġini kuntrattwali tas-servizz jew tal-komponent tat-telf għal gruppi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni mingħajr karatteristiċi diretti ta’ parteċipazzjoni
C11 |
Safejn ikun permess mill-paragrafu C8, għal kuntratti mingħajr karatteristiċi diretti ta’ parteċipazzjoni, entità għandha tiddetermina l-marġini kuntrattwali tas-servizz jew il-komponent tat-telf tal-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal (ara l-paragrafi 49-52) fid-data ta’ tranżizzjoni bl-applikazzjoni tal-paragrafi C12-C16C. |
C12 |
Safejn ikun permess mill-paragrafu C8, entità għandha testima l-flussi futuri ta’ flus fid-data tar-rikonoxximent inizjali ta’ grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni bħala l-ammont tal-flussi futuri ta’ flus fid-data tat-tranżizzjoni (jew f’data aktar kmieni, jekk il-flussi futuri ta’ flus f’dik id-data aktar kmieni jkunu jistgħu jiġu stabbiliti b’mod retrospettiv, bl-applikazzjoni tal-paragrafu C4(a)), aġġustati bil-flussi ta’ flus li huma magħrufa li seħħew bejn id-data tar-rikonoxximent inizjali ta’ grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni u d-data tat-tranżizzjoni (jew data aktar kmieni). Il-flussi ta’ flus li huma magħrufa li seħħew jinkludu l-flussi ta’ flus li jirriżultaw mill-kuntratti li ma baqgħux jeżistu qabel id-data tat-tranżizzjoni. |
C13 |
Safejn ikun permess mill-paragrafu C8, entità għandha tiddetermina r-rati ta’ skont li applikaw fid-data tar-rikonoxximent inizjali ta’ grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni (jew sussegwentement):
|
C14 |
Safejn ikun permess mill-paragrafu C8, entità għandha tiddetermina l-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju fid-data tar-rikonoxximent inizjali ta’ grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni (jew sussegwentement) billi taġġusta l-aġġustament tar-riskju għal riskju mhux finanzjarju fid-data ta’ tranżizzjoni permezz tal-ħelsien mir-riskju mistenni qabel id-data tat-tranżizzjoni. Il-ħelsien mir-riskju mistenni għandu jiġi ddeterminat permezz ta’ referenza għall-ħelsien mir-riskju għal kuntratti tal-assigurazzjoni simili li l-entità toħroġ fid-data ta’ tranżizzjoni. |
C14 A |
Billi tapplika l-paragrafu B137, entità tista’ tagħżel li ma tbiddilx it-trattament tal-estimi kontabilistiċi magħmula f’rapporti finanzjarji interim preċedenti. Safejn ikun permess mill-paragrafu C8, tali entità għandha tiddetermina l-marġini kuntrattwali tas-servizz jew il-komponent tat-telf fid-data ta’ tranżizzjoni daqs li kieku l-entità ma kinitx ħejjiet rapporti finanzjarji interim qabel id-data ta’ tranżizzjoni. |
C14B |
Safejn ikun permess mill-paragrafu C8, entità għandha tuża l-istess metodu sistematiku u razzjonali li hija tistenna li tuża wara d-data ta’ tranżizzjoni meta tapplika l-paragrafu 28 A biex talloka kwalunkwe flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni mħallsa (jew li għalihom tkun ġiet rikonoxxuta obbligazzjoni bl-applikazzjoni ta’ Standard tal-IFRS ieħor) qabel id-data ta’ tranżizzjoni (eskluż kwalunkwe ammont li jirrigwardja kuntratti tal-assigurazzjoni li ma baqgħux jeżistu qabel id-data ta’ tranżizzjoni) għal:
|
C14C |
Il-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni li jitħallsu qabel id-data ta’ tranżizzjoni li huma allokati għal grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni rikonoxxuti fid-data ta’ tranżizzjoni jaġġustaw il-marġini kuntrattwali tas-servizz ta’ dak il-grupp, safejn il-kuntratti tal-assigurazzjoni li mistennija jkunu fil-grupp ikunu ġew rikonoxxuti f’dik id-data (ara l-paragrafi 28C u B35C). Flussi ta’ flus oħrajn mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni li jkunu tħallsu qabel id-data ta’ tranżizzjoni, inklużi dawk allokati għal grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li huma mistennija jiġu rikonoxxuti wara d-data ta’ tranżizzjoni, huma rikonoxxuti bħala assi, bl-applikazzjoni tal-paragrafu 28B. |
C14D |
Jekk entità ma jkollhiex informazzjoni raġonevoli u appoġġabbli biex tapplika l-paragrafu C14B, l-entità għandha tiddetermina l-ammonti li ġejjin bħala żero fid-data ta’ tranżizzjoni:
|
C15 |
Jekk l-applikazzjoni tal-paragrafi C12-C14D tirriżulta f’marġini kuntrattwali tas-servizz fid-data tar-rikonoxximent inizjali, sabiex tiddetermina l-marġini kuntrattwali tas-servizz fid-data ta’ tranżizzjoni, entità għandha:
|
C16 |
Jekk l-applikazzjoni tal-paragrafi C12-C14D tirriżulta f’komponent ta’ telf tal-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal fid-data tar-rikonoxximent inizjali, entità għandha tiddetermina kwalunkwe ammont allokat għall-komponent tat-telf qabel id-data ta’ tranżizzjoni billi tapplika l-paragrafi C12-C14D u billi tuża bażi sistematika ta’ allokazzjoni. |
C16 A |
Għal grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma li jipprovdi kopertura għal grupp oneruż ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni u li jkun ġie konkluż qabel jew fl-istess ħin li nħarġu l-kuntratti tal-assigurazzjoni, entità għandha tistabbilixxi komponent ta’ rkupru tat-telf tal-assi għal kopertura li jifdal fid-data ta’ tranżizzjoni (ara l-paragrafi 66 A-66B). Safejn ikun permess mill-paragrafu C8, entità għandha tiddetermina l-komponent ta’ rkupru tat-telf billi timmultiplika:
|
C16B |
Bl-applikazzjoni tal-paragrafi 14-22, fid-data ta’ tranżizzjoni, entità tista’ tinkludi, fi grupp oneruż ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni, kemm kuntratti tal-assigurazzjoni onerużi koperti minn grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma, kif ukoll kuntratti tal-assigurazzjoni onerużi mhux koperti mill-grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma. Sabiex tapplika l-paragrafu C16 A f’każijiet bħal dawn, entità għandha tuża bażi sistematika u razzjonali ta’ allokazzjoni biex tiddetermina l-porzjon tal-komponent tat-telf tal-grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li jirrigwardja l-kuntratti tal-assigurazzjoni koperti mill-grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma. |
C16C |
Jekk entità ma jkollhiex informazzjoni raġonevoli u appoġġabbli biex tapplika l-paragrafu C16 A, l-entità ma għandhiex tidentifika komponent ta’ rkupru tat-telf għall-grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma. |
Id-determinazzjoni tal-marġini kuntrattwali tas-servizz jew tal-komponent tat-telf għal gruppi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni b’karatteristiċi diretti ta’ parteċipazzjoni
C17 |
Safejn ikun permess mill-paragrafu C8, għall-kuntratti b’karatteristiċi diretti ta’ parteċipazzjoni, entità għandha tiddetermina l-marġini kuntrattwali tas-servizz jew il-komponent tat-telf tal-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal fid-data tat-tranżizzjoni bħala:
|
C17 A |
Safejn ikun permess mill-paragrafu C8, entità għandha tapplika l-paragrafi C14B-C14D biex tirrikonoxxi assi għall-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni, u kwalunkwe aġġustament fil-marġini kuntrattwali tas-servizz ta’ grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni b’karatteristiċi diretti ta’ parteċipazzjoni għall-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni (ara l-paragrafu C17(c)(iv)). |
Introjtu jew spejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni
C18 |
Għal gruppi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li, bl-applikazzjoni tal-paragrafu C10, jinkludu kuntratti maħruġa aktar minn sena ’l bogħod minn xulxin:
|
C19 |
Għal gruppi ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li ma jinkludux kuntratti maħruġa aktar minn sena ’l bogħod minn xulxin:
|
C19 A |
Billi tapplika l-paragrafu B137, entità tista’ tagħżel li ma tbiddilx it-trattament tal-estimi kontabilistiċi magħmula f’rapporti finanzjarji interim preċedenti. Safejn ikun permess mill-paragrafu C8, tali entità għandha tiddetermina l-ammonti relatati mal-introjtu jew l-ispejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni fid-data ta’ tranżizzjoni daqs li kieku ma kinitx ħejjiet rapporti finanzjarji interim qabel id-data ta’ tranżizzjoni. |
Approċċ tal-valur ġust
C20 |
Sabiex tapplika l-approċċ tal-valur ġust, entità għandha tiddetermina l-marġini kuntrattwali tas-servizz jew il-komponent tat-telf tal-obbligazzjoni għall-kopertura li jifdal fid-data tat-tranżizzjoni bħala d-differenza bejn il-valur ġust ta’ grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni f’dik id-data u l-flussi ta’ flus tal-eżekuzzjoni mkejla f’dik id-data. Fid-determinazzjoni ta’ dak il-valur ġust, entità ma għandhiex tapplika l-paragrafu 47 tal-IFRS 13 Kejl tal-Valur Ġust (li jirrigwardja l-aspetti ta’ ġbid bla avviż). |
C20 A |
Għal grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni li għalihom japplikaw il-paragrafi 66 A-66B (mingħajr il-ħtieġa li tiġi ssodisfata l-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu B119C), entità għandha tiddetermina l-komponent ta’ rkupru tat-telf tal-assi għall-kopertura li jifdal fid-data ta’ tranżizzjoni billi timmultiplika:
|
C20B |
Bl-applikazzjoni tal-paragrafi 14-22, fid-data ta’ tranżizzjoni, entità tista’ tinkludi, fi grupp oneruż ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni, kemm kuntratti tal-assigurazzjoni onerużi koperti minn grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma, kif ukoll kuntratti tal-assigurazzjoni onerużi mhux koperti mill-grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma. Sabiex tapplika l-paragrafu C20 A f’każijiet bħal dawn, entità għandha tuża bażi sistematika u razzjonali ta’ allokazzjoni biex tiddetermina l-porzjon tal-komponent tat-telf tal-grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li jirrigwardja l-kuntratti tal-assigurazzjoni koperti mill-grupp ta’ kuntratti ta’ riassigurazzjoni miżmuma. |
C21 |
Fl-applikazzjoni tal-approċċ tal-valur ġust, entità tista’ tapplika l-paragrafu C22 sabiex tiddetermina:
|
C22 |
Entità tista’ tagħżel li tiddetermina l-kwistjonijiet fil-paragrafu C21 bl-użu ta’:
|
C22 A |
Fl-applikazzjoni tal-approċċ tal-valur ġust, entità tista’ tagħżel li tikklassifika bħala obbligazzjoni għall-pretensjonijiet imġarrba obbligazzjoni għas-saldu tal-pretensjonijiet imġarrba qabel kien akkwiżit kuntratt tal-assigurazzjoni fi trasferiment ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni li ma jifformawx negozju jew f’kombinament ta’ negozji fl-ambitu tal-IFRS 3. |
C23 |
Fl-applikazzjoni tal-approċċ tal-valur ġust, entità mhijiex meħtieġa li tapplika l-paragrafu 22 u tista’ tinkludi fi grupp il-kuntratti maħruġa aktar minn sena ’l bogħod minn xulxin. Entità għandha taqsam il-gruppi biss f’dawk li jinkludu biss kuntratti maħruġa fi żmien sena (jew inqas) jekk hija jkollha informazzjoni raġonevoli u appoġġabbli sabiex tagħmel il-qasma. Irrispettivament minn jekk entità tapplikax il-paragrafu 22, hija permessa li tiddetermina r-rati ta’ skont fid-data tar-rikonoxximent inizjali ta’ grupp speċifikat fil-paragrafi B72(b)-B72(e)(ii) u r-rati ta’ skont fid-data tal-pretensjoni mġarrba speċifikata fil-paragrafu B72(e)(iii) fid-data tat-tranżizzjoni, minflok fid-data tar-rikonoxximent inizjali jew tal-pretensjoni mġarrba. |
C24 |
Fl-applikazzjoni tal-approċċ tal-valur ġust, jekk entità tagħżel li tiddiżaggrega l-introjtu jew l-ispejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni bejn profitt jew telf u introjtu komprensiv ieħor, hija permessa li tiddetermina l-ammont kumulattiv tal-introjtu jew l-ispejjeż tal-finanzjament tal-assigurazzjoni rikonoxxuti f’introjtu komprensiv ieħor fid-data tat-tranżizzjoni:
|
Assi għall-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni
C24 A |
Fl-applikazzjoni tal-approċċ tal-valur ġust għal assi għall-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni (ara l-paragrafu C5B(b)), fid-data ta’ tranżizzjoni, entità għandha tiddetermina assi għall-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni f’ammont ugwali għall-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni li l-entità ġġarrab fid-data ta’ tranżizzjoni għad-drittijiet sabiex jinkisbu:
|
C24B |
Fid-data ta’ tranżizzjoni, l-entità għandha teskludi mill-kejl ta’ kwalunkwe grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni l-ammont ta’ kwalunkwe assi għall-flussi ta’ flus mill-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni. |
Informazzjoni komparattiva
C25 |
Minkejja r-referenza għall-perjodu ta’ rapportar annwali immedjatament qabel id-data tal-applikazzjoni inizjali fil-paragrafu C2(b), entità tista’ tippreżenta wkoll informazzjoni komparattiva aġġustata billi tapplika l-IFRS 17 għal kwalunkwe perjodu preċedenti ppreżentat, iżda ma tkunx meħtieġa tagħmel dan. Jekk entità tippreżenta informazzjoni komparattiva aġġustata għal kwalunkwe perjodu preċedenti, ir-referenza għal “il-bidu tal-perjodu ta’ rapportar annwali immedjatament qabel id-data tal-applikazzjoni inizjali” fil-paragrafu C2(b) għandha tinqara bħala “il-bidu tal-aktar perjodu komparattiv aġġustat kmieni ppreżentat”. |
C26 |
Entità mhijiex meħtieġa tipprovdi d-divulgazzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 93-132 għal kwalunkwe perjodu ppreżentat qabel il-bidu tal-perjodu ta’ rapportar annwali immedjatament qabel id-data tal-applikazzjoni inizjali. |
C27 |
Jekk entità tippreżenta informazzjoni komparattiva mhux aġġustata u divulgazzjonijiet għal kwalunkwe perjodu preċedenti, hija għandha tidentifika b’mod ċar l-informazzjoni li ma ġietx aġġustata, tiddivulga li din tħejjiet fuq bażi differenti u tispjega dik il-bażi. |
C28 |
Entità ma għandhiex bżonn tiddivulga l-informazzjoni li ma kinitx ippubblikata qabel dwar l-iżvilupp tal-pretensjonijiet li seħħ aktar kmieni minn ħames snin qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar annwali li fih hija tapplika l-IFRS 17 għall-ewwel darba. Madankollu, jekk entità ma tiddivulgax dik l-informazzjoni, hija għandha tiddivulga dak il-fatt. |
Speċifikazzjoni mill-ġdid tal-assi finanzjarji
C29 |
Fid-data tal-applikazzjoni inizjali tal-IFRS 17, entità li tkun applikat l-IFRS 9 għall-perjodi ta’ rapportar annwali qabel l-applikazzjoni inizjali tal-IFRS 17:
|
C30 |
Entità għandha tapplika l-paragrafu C29 abbażi tal-fatti u ċ-ċirkostanzi li jeżistu fid-data tal-applikazzjoni inizjali tal-IFRS 17. Entità għandha tapplika dawk l-ispeċifikazzjonijiet u l-klassifikazzjonijiet b’mod retrospettiv. Meta tagħmel dan, l-entità għandha tapplika r-rekwiżiti ta’ tranżizzjoni rilevanti fl-IFRS 9. Id-data tal-applikazzjoni inizjali għal dak l-għan għandha titqies bħala li hija d-data tal-applikazzjoni inizjali tal-IFRS 17. |
C31 |
Entità li tapplika l-paragrafu C29 mhijiex meħtieġa tiddikjara mill-ġdid il-perjodi preċedenti sabiex tirrifletti dawn il-bidliet fl-ispeċifikazzjonijiet jew fil-klassifikazzjonijiet. L-entità tista’ tiddikjara mill-ġdid il-perjodi preċedenti biss jekk dan ikun possibbli mingħajr l-użu ta’ dak li sar magħruf wara. Jekk entità tiddikjara mill-ġdid il-perjodi preċedenti, ir-rapporti finanzjarji ddikjarati mill-ġdid iridu jirriflettu r-rekwiżiti kollha tal-IFRS 9 għal dawk l-assi finanzjarji affettwati. Jekk entità ma tiddikjarax mill-ġdid il-perjodi preċedenti, l-entità għandha tirrikonoxxi, fil-qligħ imfaddal tal-ftuħ (jew komponent ieħor ta’ ekwità, kif ikun xieraq) fid-data tal-applikazzjoni inizjali, kwalunkwe differenza bejn:
|
C32 |
Meta entità tapplika l-paragrafu C29, hija għandha tiddivulga f’dak il-perjodu ta’ rapportar annwali għal dawk l-assi finanzjarji skont il-klassi:
|
C33 |
Meta entità tapplika l-paragrafu C29, l-entità għandha tiddivulga f’dak il-perjodu ta’ rapportar annwali informazzjoni kwalitattiva li tippermetti lill-utenti ta’ rapporti finanzjarji jifhmu:
|
Irtirar ta’ Standards IFRS oħrajn
C34 |
L-IFRS 17 jissostitwixxi l-IFRS 4 Kuntratti tal-Assigurazzjoni, kif emendat fl-2020. |
Appendiċi D
Emendi għal Standards IFRS oħrajn
Dan l-appendiċi jistabbilixxi l-emendi għal Standards oħra li b’konsegwenza li l-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità ħareġ l-IFRS 17 Kuntratti tal-Assigurazzjoni. Entità għandha tapplika dawn l-emendi meta tapplika l-IFRS 17.
Entità mhijiex permessa li tapplika l-IFRS 17 qabel ma tapplika l-IFRS 9 Strumenti Finanzjarji u l-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti ma’ Klijenti (ara l-paragrafu C1). Konsegwentement, sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor, l-emendi f’dan l-appendiċi huma ppreżentati abbażi tat-test tal-Istandards li huma effettivi fl-1 ta’ Jannar 2017 kif emendat bl-IFRS 9 u l-IFRS 15.
IFRS 1 Adozzjoni għall-ewwel darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju
Jiżdied il-paragrafu 39AE.
Data effettiva
...
39AE |
L-IFRS 17 Kuntratti tal-Assigurazzjoni, maħruġ f’Mejju 2017, emenda l-paragrafi B1 u D1, ħassar l-intestatura qabel il-paragrafu D4 u l-paragrafu D4, u wara l-paragrafu B12 żied intestatura u l-paragrafu B13. Entità għandha tapplika dawn l-emendi meta tapplika l-IFRS 17.
Fl-Appendiċi B, il-paragrafu B1 huwa emendat. Wara l-paragrafu B12, jiżdiedu intestatura u l-paragrafu B13. |
Appendiċi B
Eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni retrospettiva ta’ IFRSs oħra
...
B1 |
Entità għandha tapplika l-eċċezzjonijiet li ġejjin:
... |
Kuntratti tal-Assigurazzjoni
B13 |
Entità għandha tapplika d-dispożizzjonijiet tat-tranżizzjonijiet fil-paragrafi C1—C24 u C28 fl-Appendiċi C tal-IFRS 17 għall-kuntratti li jaqgħu fl-ambitu tal-IFRS 17. Ir-referenzi f’dawk il-paragrafi fl-IFRS 17 għad-data ta’ tranżizzjoni għandhom jinqraw bħala d-data tat-tranżizzjoni lejn l-IFRSs.
Fl-Appendiċi D, il-paragrafu D1 huwa emendat u l-paragrafu D4 u l-intestatura relatata tiegħu jitħassru. |
Appendiċi D
Eżenzjonijiet minn IFRSs oħra
...
D1 |
Entità tista’ tagħżel li tuża waħda jew aktar minn dawn l-eżenzjonijiet:
|
D4 |
[Imħassar] |
IFRS 3 Kombinamenti ta’ Negozji
Il-paragrafi 17, 20, 21 u 35 huma emendati. Wara l-paragrafu 31, jiżdiedu intestatura u l-paragrafu 31 A. Il-paragrafu 64N huwa miżjud.
Klassifikazzjoni jew deżinjazzjoni tal-assi identifikabbli akkwistati u tal-obbligazzjonijiet meħuda f’kombinament ta’ negozji
...
17. |
Dan l-IFRS jipprovdi eċċezzjoni għall-prinċipju fil-paragrafu 15:
L-akkwirent għandu jikklassifika dawk il-kuntratti fuq il-bażi tat-termini kuntrattwali u fatturi oħrajn fil-bidu tal-kuntratt (jew, jekk it-termini tal-kuntratt ikunu ġew immodifikati b’mod li jbiddlu l-klassifikazzjoni tiegħu, fid-data tal-modifika, li tista’ tkun id-data tal-akkwiżizzjoni). ... |
Prinċipju ta’ kejl
...
20. |
Il-paragrafi 24–31 A jispeċifikaw it-tipi ta’ assi u obbligazzjonijiet identifikabbli li jinkludu l-entrati li għalihom dan l-IFRS jipprovdi eċċezzjonijiet limitati għall-prinċipju tal-kejl. |
Eċċezzjonijiet għall-prinċipji tar-rikonoxximent jew tal-kejl
21. |
Dan l-IFRS jipprovdi eċċezzjonijiet limitati għall-prinċipji tiegħu tar-rikonoxximent u tal-kejl. Il-paragrafi 22–31 A jispeċifikaw kemm l-entrati li għalihom huma pprovduti eċċezzjonijiet kif ukoll in-natura ta’ dawk l-eċċezzjonijiet. L-akkwirent għandu jikkontabbilizza dawk l-entrati billi japplika r-rekwiżiti fil-paragrafi 22–31 A, bir-riżultat li xi entrati jiġu:
... |
Kuntratti tal-Assigurazzjoni
31 A |
L-akkwirent għandu jkejjel grupp ta’ kuntratti fl-ambitu tal-IFRS 17 Kuntratti tal-Assigurazzjoni akkwistati f’kombinament ta’ negozji, u kwalunkwe assi għall-flussi ta’ flus għall-akkwiżizzjoni tal-assigurazzjoni ta’ kif definit fl-IFRS 17, bħala obbligazzjoni jew assi skont il-paragrafi 39 u B93 — B95F tal-IFRS 17, fid-data tal-akkwiżizzjoni.
... |
Xiri bi prezz innegozjat
...
35. |
Xiri bi prezz innegozjat jista’ jseħħ, pereżempju, f’kombinament ta’ negozji li jkun bejgħ sfurzat li fih il-bejjiegħ ikun kostrett jaġixxi. Madankollu, l-ċċezzjonijiet tar-rikonoxximent jew tal-kejl għal entrati partikolari diskussi fil-paragrafi 22–31 A jistgħu jirriżultaw ukoll fir-rikonoxximent ta’ qligħ (jew bidla fl-ammont tal-qligħ rikonoxxut) fuq xiri bi prezz innegozjat.
... |
Data effettiva
...
64N |
L-IFRS 17, maħruġ f’Mejju 2017, emenda l-paragrafi 17, 20, 21, 35 u B63, u wara l-paragrafu 31 żied intestatura u l-paragrafu 31 A. L-emendi fl-IFRS 17, maħruġa f’Ġunju 2020, emendaw il-paragrafu 31 A. Entità għandha tapplika l-emendi tal-paragrafu 17 għall-kombinamenti ta’ negozji b’data tal-akkwiżizzjoni wara d-data tal-applikazzjoni inizjali tal-IFRS 17. Entità għandha tapplika l-emendi l-oħra meta tapplika l-IFRS 17.
Fl-Appendiċi B, il-paragrafu B63 huwa emendat. |
IFRSs oħrajn li jipprovdu gwida dwar il-kejl u kontabbiltà sussegwenti (applikazzjoni tal-paragrafu 54)
B63 |
Eżempji ta’ IFRSs oħra li jipprovdu gwida dwar il-kejl u l-kontabbiltà sussegwenti tal-assi akkwiżiti u l-obbligazzjonijiet meħuda jew inġarrba f’kombinament ta’ negozji jinkludu:
|
IFRS 5 Assi mhux kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li ma tkomplewx
Il-paragrafu 5 huwa emendat. Jiżdied il-paragrafu 44M.
Ambitu
...
5. |
Id-dispożizzjonijiet tal-kejl ta’ dan l-IFRS [nota f’qiegħ il-paġna nieqsa] ma japplikawx għall-assi li ġejjin, li huma koperti mill-IFRSs elenkati, jew bħala assi individwali jew bħala parti minn grupp tad-disponiment:
... |
Data effettiva
...
44M |
L-IFRS 17, maħruġ f’Mejju 2017, emenda l-paragrafu 5. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 17. |
IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Divulgazzjonijiet
Il-paragrafi 3, 8 u 29 huma emendati. Il-paragrafu 30 huwa mħassar. Jiżdied il-paragrafu 44DD.
Ambitu
3. |
Dan l-IFRS għandu jiġi applikat mill-entitajiet kollha għal kull tip ta’ strument finanzjarju, minbarra:
|
Kategoriji ta’ assi finanzjarji u ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji
8. |
L-ammonti riportati ta’ kull waħda mill-kategoriji li ġejjin, kif speċifikat fl-IFRS 9, għandhom jiġu ddivulgati jew fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja jew fin-noti:
|
Valur ġust
...
29. |
Divulgazzjoni tal-valur ġust mhix meħtieġa:
|
30. |
[Imħassar]
... |
Data effettiva u tranżizzjoni
...
44DD |
L-IFRS 17, maħruġ f’Mejju 2017, emenda l-paragrafi 3, 8, u 29 u ħassar il-paragrafu 30. L-emendi fl-IFRS 17, maħruġa f’Ġunju 2020, emendaw aktar il-paragrafu 3. Entità għandha tapplika dawn l-emendi meta tapplika l-IFRS 17. |
IFRS 9 Strumenti Finanzjarji:
Il-paragrafu 2.1 huwa emendat. Il-paragrafi 3.3.5 u 7.1.6 huma miżjuda.
Kapitolu 2 — Kamp ta’ applikazzjoni
2.1. |
Dan l-IFRS għandu jiġi applikat mill-entitajiet kollha għal kull tip ta’ strument finanzjarju, minbarra:
... |
(e) |
drittijiet u obbligi li jinħolqu minn kuntratt tal-assigurazzjoni kif definit fl-IFRS 17 Kuntratti tal-Assigurazzjoni jew kuntratti ta’ investiment b’aspetti ta’ parteċipazzjoni diskrezzjonarja fl-ambitu tal-IFRS 17. Madankollu, dan l-Istandard japplika għal:
|
(f) |
... |
...
3.3. IRTIRAR TAR-RIKONOXXIMENT TAL-OBBLIGAZZJONIJIET FINANZJARJI
...
3.3.5. |
Xi entitajiet joperaw, internament jew esternament, fond ta’ investiment li jipprovdi lill-investituri b’benefiċċji determinati mill-unitajiet fil-fond u jirrikonoxxu obbligazzjonijiet finanzjarji għall-ammonti li jridu jitħallsu lil dawk l-investituri. Bl-istess mod, xi entitajiet joħorġu gruppi ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni b’aspetti ta’ parteċipazzjoni diretta u dawk l-entitajiet iżommu l-entrati sottostanti. Xi fondi jew entratai sottostanti bħal dawn jinkludu l-obbligazzjoni finanzjarja tal-entità (pereżempju bond korporattiv maħruġ). Minkejja r-rekwiżiti l-oħra f’dan l-Istandard għall-irtirar tar-rikonoxximent ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji, entità tista’ tagħżel li ma tirtirax l-obbligazzjoni finanzjarja tagħha li hija inkluża f’tali fond jew li hija entrata sottostanti meta, u biss meta, l-entità terġa’ tixtri mill-ġdid l-obbligazzjoni finanzjarja tagħha għal dawn l-iskopijiet. Minflok, l-entità tista’ tagħżel li tkompli tikkontabbilizza dak l-istrument bħala obbligazzjoni finanzjarja u li tikkontabilizza l-istrument mixtri mill-ġdid bħallikieku l-istrument kien assi finanzjarju, u tkejlu bil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf skont dan l-Istandard. Din l-għażla hija irrevokabbli u ssir fuq bażi ta’ strument strument. Għall-finijiet ta’ din l-għażla, il-kuntratti tal-assigurazzjoni jinkludu kuntratti ta’ investiment b’aspetti ta’ parteċipazzjoni diskrezzjonali. (ara l-IFRS 17 għat-termini użati f’dan il-paragrafu li huma definiti f’dak l-Istandard)
... |
Kapitolu 7 Data effettiva u tranżizzjoni
7.1 DATA EFFETTIVA
...
7.1.6. |
L-IFRS 17, maħruġ f’Mejju 2017, emenda l-paragrafi 2.1, B2.1, B2.4, B2.5 u B4.1.30 u żied il-paragrafu 3.3.5. L-emendi fl-IFRS 17, maħruġa f’Ġunju 2020, komplew jemendaw il-paragrafu 2.1. u żiedu l-paragrafi 7.2.36–7.2.42. Entità għandha tapplika dawn l-emendi meta tapplika l-IFRS 17.
Fl-Appendiċi B, il-paragrafi B2.1, B2.4, B2.5 u B4.1.30 huma emendati. |
7.2 TRANŻIZZJONI
...
Tranżizzjoni lejn l-IFRS 17 kif emendat f’Ġunju 2020
7.2.36. |
Entità għandha tapplika l-emendi għall-IFRS 9 magħmula mill-IFRS 17 kif emendat f’Ġunju 2020 b’mod retrospettiv skont l-IAS 8, ħlief kif speċifikat fil-paragrafi 7.2.37–7.2.42. |
7.2.37. |
Entità li tapplika għall-ewwel darba l-IFRS 17 kif emendata f’Ġunju 2020 fl-istess ħin li tapplika għall-ewwel darba dan l-Istandard għandha tapplika l-paragrafi 7.2.1–7.2.28 minflok il-paragrafi 7.2.38–7.2.42. |
7.2.38. |
Entità li tapplika għall-ewwel darba l-IFRS 17 kif emendat f’Ġunju 2020 wara li tapplika għall-ewwel darba dan l-Istandard għandha tapplika l-paragrafi 7.2.39–7.2.42. L-entità għandha wkoll tapplika r-rekwiżiti oħra tat-tranżizzjoni f’dan l-Istandard meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dawn l-emendi. Għal dak il-għan, kull referenza għad-data tal-applikazzjoni inizjali għandha tinqara bħala li tirreferi għall-bidu tal-perjodu ta’ rapportar li fih entità tapplika għall-ewwel darba dawn l-emendi (id-data tal-applikazzjoni inizjali ta’ dawn l-emendi). |
7.2.39. |
Fir-rigward tad-deżinjazzjoni ta’ obbligazzjoni finanzjarja kif imkejla bil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf, entità:
Tali deżinjazzjoni u irtirar għandhom isiru abbażi tal-fatti u ċ-ċirkostanzi li jeżistu fid-data tal-applikazzjoni inizjali ta’ dawn l-emendi. Dik il-klassifikazzjoni għandha tiġi applikata retrospettivament. |
7.2.40. |
Entità mhijiex meħtieġa li tirrapporta mill-ġdid il-perjodi preċedenti biex tirrifletti l-applikazzjoni ta’ dawn l-emendi. L-entità tista’ tirrapporta mill-ġdid il-perjodi preċedenti biss jekk dan ikun possibbli mingħajr l-użu ta’ dak li sar magħruf wara. Jekk entità tirrapporta mill-ġdid il-perjodi preċedenti, ir-rapporti finanzjarji rapportati mill-ġdid iridu jirriflettu r-rekwiżiti kollha f’dan l-Istandard għall-istrumenti finanzjarji affettwati. Jekk entità ma terġax tirrapporta l-perjodi preċedenti, l-entità għandha tirrikonoxxi kwalunkwe differenza bejn l-ammont riportat preċedenti u l-ammont riportat fil-bidu tal-perjodu annwali tar-rapportar li jinkludi d-data tal-applikazzjoni inizjali ta’ dawk l-emendi fil-qligħ imfaddal tal-ftuħ (jew f’komponent ieħor ta’ ekwità, kif ikun xieraq) tal-perjodu annwali ta’ rapportar li jinkludi d-data tal-applikazzjoni inizjali ta’ dawn l-emendi. |
7.2.41. |
Fil-perjodu ta’ rapportar li jinkludi d-data tal-applikazzjoni inizjali ta’ dawn l-emendi, entità mhijiex meħtieġa tippreżenta l-informazzjoni kwantitattiva meħtieġa mill-paragrafu 28(f) tal-IAS 8. |
7.2.42. |
Fil-perjodu ta’ rapportar li jinkludi d-data tal-applikazzjoni inizjali ta’ dawn l-emendi, l-entità għandha tiddivulga l-informazzjoni li ġejja f’dik id-data tal-applikazzjoni inizjali għal kull klassi ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji li kienu affettwati minn dawn l-emendi:
|
Kamp ta’ applikazzjoni (Kapitolu 2)
B2.1 |
Xi kuntratti jeħtieġu pagament ibbażat fuq varjabbli klimatiċi, ġeoloġiċi jew fiżiċi oħra. (dawk ibbażati fuq varjabbli klimatiċi xi kultant jissejħu “derivattivi tat-temp”.) Jekk dawk il-kuntratti ma jkunux fl-ambitu tal-IFRS 17 Kuntratti tal-Assigurazzjoni, jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-Istandard
... |
B2.4 |
Dan l-Istandard japplika għall-assi finanzjarji u għall-obbligazzjonijiet finanzjarji tal-assiguraturi, għajr id-drittijiet u l-obbligi li l-paragrafu 2.1(e) jeskludi minħabba li jirriżultaw minn kuntratti fl-ambitu tal-IFRS 17. |
B2.5 |
Kuntratti ta’ garanziji finanzjarji jistgħu jieħdu diversi forom ġuridiċi, bħal dik ta’ garanzija, xi tipi ta’ ittri ta’ kreditu, kuntratt ta’ inadempjenza tal-kreditu jew kuntratt tal-assigurazzjoni. It-trattament kontabbilistiku tagħhom ma jiddependix fuq l-għamla ġuridika tagħhom. Dawn huma xi eżempji tat-trattament xieraq (ara l-paragrafi 2.1 (e)):
|
Deżinjazzjoni telimina jew tnaqqas b’mod sinjifikanti spariġġ kontabilistiku
...
B4.1.30 |
L-eżempji li ġejjin juru meta din il-kundizzjoni tista’ tintlaħaq. Fil-każijiet kollha, entità tista’ tuża din il-kundizzjoni biex tiddeżinja assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji bil-valur ġust permezz permezz ta’ profitt jew telf biss jekk hija tissodisfa l-prinċipju fil-paragrafu 4.1.5 jew 4.2.2 (a):
|
L-IFRS 15 Dħul minn Kuntratti ma’ Klijenti
Il-paragrafu 5 huwa emendat.
Ambitu
5. |
Entità għandha tapplika dan l-Istandard għall-kuntratti kollha mal-klijenti, ħlief dawn li ġejjin:
Fl-Appendiċi C, il-paragrafu C1C huwa miżjud. |
Data effettiva
...
C1C |
L-IFRS 17, maħruġ f’Mejju 2017, emenda l-paragrafu 5. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 17. |
IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji
Il-paragrafi 7, 54 u 82 huma emendati. Jiżdied il-paragrafu 139R.
Definizzjonijiet
7. |
...
Introjtu ieħor komprensiv jinkludi entrati ta’ introjtu u spiża (inklużi aġġustamenti tar-riklassifikazzjoni) li ma jkunux rikonoxxuti fi profitt jew telf kif meħtieġ jew permess minn IFRSs oħrajn. Il-komponenti ta’ introjtu ieħor komprensiv jinkludu:
... |
Informazzjoni li trid tiġi ppreżentata fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja
54. |
Ir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja għandu jinkludi entrati f’linja li jippreżentaw l-ammonti li ġejjin:
|
Informazzjoni li trid tiġi ppreżentata fit-taqsima tal-profitt jew tat-telf jew ir-rapport tal-profitt jew tat-telf
82. |
Minn barra l-entrati meħtieġa minn IFRSs oħra, it-taqsima tal-profit jew tat-telf jew ir-rapport tal-profitt jew tat-telf għandu jinkludi entrati taf’linja li jippreżentaw l-ammonti li ġejjin għall-perjodu:
|
Tranżizzjoni u data effettiva
...
139R |
L-IFRS 17, maħruġ f’Mejju 2017, emenda l-paragrafi 7, 54 u 82. L-emendi fl-IFRS 17, maħruġa f’Ġunju 2020, emendaw aktar il-paragrafu 54. Entità għandha tapplika dawn l-emendi meta tapplika l-IFRS 17.
... |
L-IAS 7 Rapport tal-Flussi tal-Flus
Il-paragrafu 14 huwa emendat. Il-paragrafu 61 huwa miżjud.
Attivitajiet operattivi
...
14. |
Flussi ta’ flus minn attivitajiet tal-operat huma derivati primarjament mill-attivitajiet prinċipali tal-entità li jipproduċu dħul. Għaldaqstant, dawn ġeneralment jirriżultaw mit-tranżazzjonijiet u minn eventi oħra li jidħlu fil-kalkolu tal-profitt jew it-telf. Eżempji ta’ flussi ta’ flus minn attivitajiet tal-operat huma:
|
Data effettiva
...
61. |
L-IFRS 17, Kuntratti tal-assigurazzjoni maħruġ f’Mejju 2017, emenda l-paragrafu 14. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 17. |
IAS 16 Proprjetà, Impjant u Tagħmir
Il-paragrafi 29 A, 29B u 81M huma miżjuda.
Kejl wara r-rikonoxximent
...
29 A |
Xi entitajiet joperaw, internament jew esternament, fond ta’ investiment li jipprovdi lill-investituri b’benefiċċji determinati mill-unitajiet fil-fond. Bl-istess mod, xi entitajiet joħorġu gruppi ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni b’aspetti ta’ parteċipazzjoni diretta u jżommu l-entrati sottostanti. Xi fondi bħal dawn jew entrati sottostanti jinkludu proprjetà okkupata mis-sid. L-entità tapplika l-IAS 16 għall-proprjetajiet okkupati mis-sid li huma inklużi f’tali fond jew huma entrati sottostanti. Minkejja l-paragrafu 29, l-entità tista’ tagħżel li tkejjel dawn il-proprjetajiet billi tuża l-mudell tal-valur ġust skont l-IAS 40. Għall-finijiet ta’ din l-għażla, il-kuntratti tal-assigurazzjoni jinkludu kuntratti ta’ investiment b’aspetti ta’ parteċipazzjoni diskrezzjonali. (Ara l-IFRS 17 Kuntratti tal-assigurazzjoni għat-termini użati f’dan il-paragrafu li huma definiti f’dak l-Istandard) |
29B |
Entità għandha tittratta l-proprjetà okkupata mis-sid imkejla bl-użu tal-mudell tal-valur ġust tal-proprjetà għall-investiment bl-applikazzjoni tal-paragrafu 29 A bħala klassi separata ta’ proprjetà, impjant u tagħmir.
... |
Data effettiva
...
81M |
L-IFRS 17, maħruġ f’Mejju 2017, emenda l-paragrafi 29 A u 29B. Entità għandha tapplika dawn l-emendi meta tapplika l-IFRS 17. |
L-IAS 19 Benefiċċji tal-Impjegati
In-nota f’qiegħ il-paġna għall-paragrafu 8 hija emendata. Il-paragrafu 178 huwa miżjud.
Polza kwalifikattiva tal-assigurazzjoni mhijiex neċessarjament kuntratt tal-assigurazzjoni, kif iddefinit fl-IFRS 17 Kuntratti tal-Assigurazzjoni.
...
Tranżizzjoni u data effettiva
...
178. |
L-IFRS 17, maħruġ f’Mejju 2017, emenda l-paragrafu 8. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 17. |
IAS 28 Investimenti f’Kumpaniji Assoċjati u Impriżi Konġunti
Il-paragrafu 18 huwa emendat. Jiżdied il-paragrafu 45F.
Eżenzjonijiet mill-applikazzjoni tal-metodu tal-ekwità
...
18. |
Meta investiment f’kumpanija assoċjata jew impriża konġunta jkun miżmum minn, jew ikun miżmum indirettament permezz ta’ entità li tkun organizzazzjoni ta’ kapital ta’ riskju, jew fond mutwu, fiduċjarja ta’ unitajiet jew entitajiet simili fosthom fondi tal-assigurazzjoni marbuta mal-investiment, l-entità tista’ tagħżel li tkejjel dak l-investiment bil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf skont l-IFRS 9. Eżempju ta’ fond ta’ assigurazzjoni marbut mal-investiment huwa fond miżmum minn entità bħala l-entrati sottostanti għal grupp ta’ kuntratti tal-assigurazzjoni b’aspetti ta’ parteċipazzjoni diretta. Għall-finijiet ta’ din l-għażla, il-kuntratti tal-assigurazzjoni jinkludu kuntratti ta’ investiment b’aspetti ta’ parteċipazzjoni diskrezzjonali. Entità għandha twettaq din l-għażla separatament għal kull kumpanija assoċjata jew impriża konġunta, fir-rikonoxximent inizjali tal-kumpanija assoċjata jew tal-impriża konġunta. (ara l-IFRS 17 Kuntratti tal-assigurazzjoni għat-termini użati f’dan il-paragrafu li huma definiti f’dak l-Istandard)
... |
Data effettiva u tranżizzjoni
...
45F |
L-IFRS 17, maħruġ f’Mejju 2017, emenda l-paragrafu 18. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 17. |
IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni
Il-paragrafu 4 huwa emendat. Il-Paragrafi 33 A u 97T huma miżjuda.
Ambitu
4. |
Dan l-IFRS għandu jiġi applikat mill-entitajiet kollha għal kull tip ta’ strument finanzjarju, minbarra:
|
Ishma tat-teżor (ara wkoll il-paragrafu AG36)
...
33 A |
Xi entitajiet joperaw, internament jew esternament, fond ta’ investiment li jipprovdi lill-investituri b’benefiċċji determinati mill-unitajiet fil-fond u jirrikonoxxu obbligazzjonijiet finanzjarji għall-ammonti li jridu jitħallsu lil dawk l-investituri. Bl-istess mod, xi entitajiet joħorġu gruppi ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni b’aspetti ta’ parteċipazzjoni diretta u dawk l-entitajiet iżommu l-entrati sottostanti. Xi fondi bħal dawn jew entrati sottostanti jinkludu l-ishma tat-teżor tal-entità. Minkejja l-paragrafu 33, entità tista’ tagħżel li ma tnaqqasx mill-ekwità sehem tat-teżor li huwa inkluż f’tali fond jew li huwa entrata sottostanti meta, u biss meta, entità takkwista mill-ġdid l-istrument ta’ ekwità tagħha stess għal dawn l-iskopijiet. Minflok, l-entità tista’ tagħżel li tkompli tikkontabbilizza dak is-sehem mit-teżor u li tikkontabbilizza l-istrument mixtri mill-ġdid bħallikieku l-istrument kien assi finanzjarju, u tkejlu bil-valur ġust permezz ta’ profitt jew telf skont l-IFRS 9. Din l-għażla hija irrevokabbli u ssir fuq bażi ta’ strument strument. Għall-finijiet ta’ din l-għażla, il-kuntratti tal-assigurazzjoni jinkludu kuntratti ta’ investiment b’aspetti ta’ parteċipazzjoni diskrezzjonali. (ara l-IFRS 17 għat-termini użati f’dan il-paragrafu li huma definiti f’dak l-Istandard)
... |
Data effettiva u tranżizzjoni
...
97T |
L-IFRS 17, maħruġ f’Mejju 2017, emenda l-paragrafi 4, AG8, u AG36 u żied il-paragrafu 33 A. L-emendi fl-IFRS 17, maħruġa f’Ġunju 2020, emendaw aktar il-paragrafu 4. Entità għandha tapplika dawn l-emendi meta tapplika l-IFRS 17.
Fil-Gwida tal-Applikazzjoni, il-paragrafu AG8 huwa emendat. |
Assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji
...
AG8 |
Il-kapaċità li jiġi eżerċitat dritt kuntrattwali jew il-bżonn li jiġi ssodisfat obbligu kuntrattwali jistgħu jkunu assoluti, jew jistgħu jkunu kontinġenti fuq is-seħħ ta’ event fil-futur. Pereżempju, garanzija finanzjarja hi dritt kuntrattwali tas-sellief biex jirċievi flus mingħand il-garanti, u obbligu kuntrattwali korrispondenti tal-garanti biex iħallas lis-sellief, jekk min jissellef jonqos milli jħallas. Id-dritt u l-obbligu kuntrattwali jeżistu minħabba tranżazzjoni jew event li seħħ fil-passat (preżunzjoni tal-garanzija), anki jekk il-ħila tas-sellief biex jeżerċita d-dritt tiegħu u l-ħtieġa tal-garanti biex iħallas taħt l-obbligu tagħha, huma t-tnejn kontinġenti fuq att futur ta’ nuqqas ta’ pagament mis-sellief. Dritt u obbligu kontinġenti jissodisfaw id-definizzjoni ta’ assi finanzjarju u obbligazzjoni finanzjarja, anki jekk dawn l-assi u l-obbligazzjonijiet m’humiex dejjem rikonoxximenti fir-rapporti finanzjarji. Xi wħud minn dawn id-drittijiet u l-obbligi kontinġenti jistgħu jkunu kuntratti fl-ambitu tal-IFRS 17. |
L-IAS 36 Indeboliment tal-Assi
Il-paragrafu 2 huwa emendat. Il-paragrafu 140 N huwa miżjud.
Ambitu
2. |
Dan l-Istandard għandu jkun applikat fil-kontabbiltà tal-indeboliment tal-assi kollha, minbarra:
|
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali u data effettiva
...
140 N |
L-IFRS 17, maħruġ f’Mejju 2017, emenda l-paragrafu 2. L-emendi fl-IFRS 17, maħruġa f’Ġunju 2020, emendaw aktar il-paragrafu 2. Entità għandha tapplika dawn l-emendi meta tapplika l-IFRS 17. |
L-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti
Il-paragrafu 5 huwa emendat. Il-paragrafu 103 huwa miżjud.
Ambitu
...
5. |
Meta Standard ieħor jittratta tip speċifiku ta’ provvediment, obbligazzjoni kontinġenti jew assi kontinġenti, entità tapplika dak l-Istandard minflok dan l-Istandard. Pereżempju, xi tipi ta’ provvedimenti huma indirizzati fl-Istandards dwar:
|
Data effettiva
...
103. |
L-IFRS 17, maħruġ f’Mejju 2017, emenda l-paragrafu 5. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 17. |
L-IAS 38 Assi Intanġibbli
Il-paragrafu 3 huwa emendat. Jiżdied il-paragrafu 130M.
Ambitu
...
3. |
Jekk Standard ieħor jippreskrivi l-ikkontabilizzar għal tip speċifiku ta’ assi intanġibbli, entità tapplika dak l-Istandard minflok dan l-Istandard. Pereżempju, dan l-Istandard ma japplikax għal:
|
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali u data effettiva
...
130M |
L-IFRS 17, maħruġ f’Mejju 2017, emenda l-paragrafu 3. L-emendi fl-IFRS 17, maħruġa f’Ġunju 2020, emendaw aktar il-paragrafu 3. Entità għandha tapplika dawn l-emendi meta tapplika l-IFRS 17. |
L-IAS 40 Proprjetà għall-Investiment
Il-paragrafu 32B huwa emendat. Jiżdied il-paragrafu 85H.
Politika tal-kontabilità
...
32 B |
Xi entitajiet joperaw, internament jew esternament, fond ta’ investiment li jipprovdi lill-investituri b’benefiċċji determinati mill-unitajiet fil-fond. Bl-istess mod, xi entitajiet joħorġu kuntratti ta’ assigurazzjoni b’aspetti ta’ parteċipazzjoni diretta, li għalihom l-entrati sottostanti jinkludu proprjetà għall-investiment. Għall-finijiet tal-paragrafi 32 A-32B biss, il-kuntratti tal-assigurazzjoni jinkludu kuntratti ta’ investiment b’aspetti ta’ parteċipazzjoni diskrezzjonali. Il-paragrafu 32 A ma jippermettix li entità tkejjel proprjetà miżmuma mill-fond (jew proprjetà li hija entrata sottostanti) parzjalment skont il-kost u parzjalment skont il-valur ġust. (ara l-IFRS 17 Kuntratti tal-assigurazzjoni għat-termini użati f’dan il-paragrafu li huma definiti f’dak l-Istandard)
... |
Data effettiva
...
85H |
L-IFRS 17, maħruġ f’Mejju 2017, emenda l-paragrafu 32B. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 17. |
SIC-27 Evalwazzjoni tas-Sustanza tat-Tranżazzjonijiet li Jinvolvu l-Forma Legali ta’ Kuntratt ta’ Kiri
Il-proċess ta’ referenzjar huwa emendat.
Referenzi
...
IFRS 17 Kuntratti tal-Assigurazzjoni
...
Il-paragrafu 7 huwa emendat.
Kunsens
...
7. |
Obbligi oħra ta’ arranġament, inkluż kwalunkwe garanzija pprovduta u obbligu mġarrbin minħabba terminazzjoni bikrija, għandhom jiġu kkontabilizzati skont l-IAS 37, l-IFRS 9 jew l-IFRS 17, skont it-termini.
Il-paragrafu tad-data effettiva huwa emendat. |
Data effettiva
...
L-IFRS 17, maħruġ f’Mejju 2017, emenda l-paragrafu 7. Entità għandha tapplika dik l-emenda meta tapplika l-IFRS 17.