EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R1673

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1673 tat-23 ta’ Lulju 2019 li jissostitwixxi l-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/788 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej

C/2019/5402

ĠU L 257, 8.10.2019, p. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/1673/oj

8.10.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 257/1


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1673

tat-23 ta’ Lulju 2019

li jissostitwixxi l-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/788 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/788 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (UE) 2019/788 jipprevedi li waħda mill-kundizzjonijiet tal-validità ta’ inizjattiva hija li f’mill-inqas kwart tal-Istati Membri, l-għadd ta’ firmatarji ikun tal-anqas daqs l-għadd minimu ta’ ċittadini stabbilit fl-Anness I, meta tiġi rreġistrata l-inizjattiva taċ-ċittadini proposta. L-għadd minimu jikkorrispondi mal-għadd ta’ Membri tal-Parlament Ewropew eletti f’kull Stat Membru, multiplikat bl-għadd totali ta’ Membri tal-Parlament Ewropew.

(2)

Fid-29 ta’ Marzu 2017, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (“ir-Renju Unit”) ippreżenta n-notifika tal-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(3)

Fit-28 ta’ Ġunju 2018 il-Kunsill Ewropew adotta d-Deċiżjoni Ewropew (UE) 2018/937 li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew (2). Din id-Deċiżjoni, li daħlet fis-seħħ fit-3 ta’ Lulju 2018, tistipula n-numru ta’ rappreżentanti fil-Parlament Ewropew eletti f’kull Stat Membru għal-leġiżlatura 2019-2024, li tibda fit-2 ta’ Lulju 2019.

(4)

Fis-22 ta’ Marzu 2019, bid-Deċiżjoni (UE) 2019/476 (3), il-Kunsill Ewropew bi qbil mar-Renju Unit iddeċieda li jestendi l-perjodu b’konformità mal-Artikolu 50(3) tat-TUE sat-22 ta’ Mejju 2019 fil-każ li l-House of Commons tapprova l-Ftehim dwar il-Ħruġ sad-29 ta’ Marzu 2019 jew, jekk dan ma jkunx il-każ, sat-12 ta’ April 2019. Il-House of Commons ma approvax il-Ftehim dwar il-Ħruġ sad-29 ta’ Marzu 2019. Fil-11 ta’ April 2019 il-Kunsill Ewropew, permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2019/584 (4) u bi ftehim mar-Renju Unit, iddeċieda li jestendi ulterjorment dak il-perjodu sal-31 ta’ Ottubru 2019.

(5)

Sabiex jiġu riflessi dawn ir-regoli li jinsabu fid-Deċiżjoni (UE) 2018/937 fir-rigward tal-għadd minimu ta’ firmatarji stabbilit fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/788, huwa xieraq li l-Anness I jiġi ssostitwit mir-Regolament (UE) 2019/788. Din l-emenda jenħtieġ li tibda tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2019/788, jiġifieri mill-1 ta’ Jannar 2020. Madankollu, jekk ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea wara dik id-data, l-emenda tidħol fis-seħħ dwar l-ħruġ.

(6)

Għaldaqstant l-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/788 jenħtieġ li jiġi sostitwit,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2019/788 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2020 jew mill-jum wara dak li fih it-Trattati jieqfu japplikaw għar-Renju Unit skont l-Artikolu 50(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, skont liema data tkun l-aktar tard.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Lulju 2019.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 130, 17.5.2019, p. 55.

(2)  ĠU L 165 I, 2.7.2018, p. 1.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/476 meħuda bi qbil mar-Renju Unit, tat-22 ta' Marzu 2019 li testendi l-perijodu taħt l-Artikolu 50(3) TUE (ĠU L 80I , 22.3.2019, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2019/584 meħuda bi qbil mar-Renju Unit tal-11 ta' April 2019 li testendi l-perijodu taħt l-Artikolu 50(3) TUE (ĠU L 101, 11.4.2019, p. 1).


ANNESS

“ANNESS I

GĦADD MINIMU TA’ FIRMATARJI GĦAL KULL STAT MEMBRU

Il-Belġju

14 805

Il-Bulgarija

11 985

Iċ-Ċekja

14 805

Id-Danimarka

9 870

Il-Ġermanja

67 680

L-Estonja

4 935

L-Irlanda

9 165

Il-Greċja

14 805

Spanja

41 595

Franza

55 695

Il-Kroazja

8 460

L-Italja

53 580

Ċipru

4 230

Il-Latvja

5 640

Il-Litwanja

7 755

Il-Lussemburgu

4 230

L-Ungerija

14 805

Malta

4230

In-Netherlands

20 445

L-Awstrija

13 395

Il-Polonja

36 660

Il-Portugall

14 805

Ir-Rumanija

23 265

Is-Slovenja

5 640

Is-Slovakkja

9 870

Il-Finlandja

9 870

L-Iżvezja

14 805


Top