EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R1354

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1354/2013 tas- 17 ta’ Diċembru 2013 li jeskludi s-Subdiviżjonijiet 27 u 28.2 tal-ICES minn ċerti limitazzjonijiet tal-isforz tas-sajd għall-2014, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 li jistabbilixxi pjan multiannwali għall-istokkijiet tal-bakkaljaw fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet

ĠU L 341, 18.12.2013, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/1354/oj

18.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/34


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1354/2013

tas-17 ta’ Diċembru 2013

li jeskludi s-Subdiviżjonijiet 27 u 28.2 tal-ICES minn ċerti limitazzjonijiet tal-isforz tas-sajd għall-2014, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 li jistabbilixxi pjan multiannwali għall-istokkijiet tal-bakkaljaw fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 tat-18 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 779/97 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 29(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1098/2007 jistipula d-dispożizzjonijiet għall-istabbiliment ta’ limitazzjonijiet tas-sajd għall-istokkijiet tal-bakkaljaw fil-Baħar Baltiku.

(2)

Abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007, l-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1180/2013 (2) stabbilixxa limitazzjonijiet għall-isforz tas-sajd għall-2014 fil-Baħar Baltiku.

(3)

Skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007, il-Kummissjoni tista’ teskludi s-Subdiviżjonijiet 27 u 28.2 tal-ICES mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ ċerti limitazzjonjiet tal-isforz tas-sajd meta l-qabdiet tal-bakkaljaw kienu taħt ċertu livell limitu fl-aħħar perjodu ta’ rappurtar.

(4)

Fid-dawl tar-rapporti mressqa mill-Istati Membri u tal-parir tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku, u Ekonomiku għas-Sajd, fl-2014 is-Subdiviżjonijiet 27 u 28.2 tal-ICES għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawk il-limitazzjonjiet tal-isforz tas-sajd.

(5)

Ir-Regolament (UE) Nru 1180/2013 se jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2014. Biex tkun żgurata l-koerenza ma’ dak ir-Regolament, dan ir-Regolament għandu japplika retroattivament mill-1 ta’ Jannar 2014.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8(1)(b), (3), (4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 ma għandhomx japplikaw għas-Subdiviżjonijiet 27 u 28.2 tal-ICES fis-sena 2014.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 248, 22.9.2007, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1180/2013 tad-19 ta’ Novembru 2013 li jiffissal-opportunitajiet tas-sajd għall-2014 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku (ĠU L 313, 22.11.2013, p. 4).


Top