This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R1088
Commission Regulation (EU) No 1088/2013 of 4 November 2013 amending Regulation (EC) No 1005/2009 of the European Parliament and of the Council with regard to applications for import and export licences of products and equipment containing or relying on halons for critical uses in aircraft
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1088/2013 tal- 4 ta’ Novembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam ma’ applikazzjonijiet għal liċenzi ta’ importazzjoni u esportazzjoni ta’ tagħmir li fih jew li jiddipendi mill-aloni għall-użi kritiċi f’inġenji tal-ajru
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1088/2013 tal- 4 ta’ Novembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam ma’ applikazzjonijiet għal liċenzi ta’ importazzjoni u esportazzjoni ta’ tagħmir li fih jew li jiddipendi mill-aloni għall-użi kritiċi f’inġenji tal-ajru
ĠU L 293, 5.11.2013, p. 29–30
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 10/03/2024; Impliċitament imħassar minn 32024R0590
5.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 293/29 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1088/2013
tal-4 ta’ Novembru 2013
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam ma’ applikazzjonijiet għal liċenzi ta’ importazzjoni u esportazzjoni ta’ tagħmir li fih jew li jiddipendi mill-aloni għall-użi kritiċi f’inġenji tal-ajru
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 18(9) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta’ prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddipendu mill-aloni għall-użi kritiċi f’inġenji tal-ajru stabbiliti fil-punti minn 4.1 sa 4.6 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, huma soġġetti għal liċenzji. |
(2) |
L-Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, jistipula l-lista ta’ oġġetti li għandhom jiġu inklużi f’applikazzjoni għal liċenzja. Il-livell ta’ dettall ta’ dik il-lista jeħtieġ, fil-prattika, liċenzja separata għal kull esportazzjoni u kull importazzjoni. |
(3) |
F’każ ta’ prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddipendu mill-aloni għall-użi kritiċi f’inġenji tal-ajru stabbiliti fil-punti minn 4.1 sa 4.6 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, l-obbligu li jkollhom liċenzja separata għal kull esportazzjoni u importazzjoni qajjem xi dubji minħabba kwistjonijiet ta’ skedar speċifiku għas-settur tal-avjazzjoni, peress li f’xi każijiet, il-liċenzji huma meħtieġa fi żmien qasir ħafna biex jiġi evitat li xi titjiriet jitwaqqfu. Meta mqabbel ma’ setturi oħra ta’ użi kritiċi tal-aloni, is-settur tal-avjazzjoni min-natura tiegħu jimporta u jesporta b’mod aktar frekwenti u l-proċess huwa ripetittiv ħafna. |
(4) |
L-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta’ prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddipendu mill-aloni għall-użi kritiċi f’inġenji tal-ajru stabbiliti fil-punti minn 4.1 sa 4.6 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, mhumiex suġġetti għal limiti kwantitattivi, u għalhekk ma jeħtiġux li l-liċenzji separati għal kull esportazzjoni u importazzjoni jiġu kontrollati kontra l-limiti kwantitattivi. |
(5) |
Is-sistemi tat-tifi tan-nar abbord l-inġenji tal-ajru huma regolati permezz tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili li tistabbilixxi standards komuni minimi għall-operat ta’ inġenji tal-ajru u l-affidabbiltà li jittajru l-inġenji tal-ajru fl-Anness 6 u l-Anness 8 tagħha, u permezz tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u t-twaqqif tal-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza fl-Avjazzjoni (2). |
(6) |
Għalhekk, għall-każ speċifiku ta’ prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddipendu mill-aloni għall-użi kritiċi f’inġenji tal-ajru stabbiliti fil-punti minn 4.1 sa 4.6 tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, il-lista ta’ entrati meħtieġa fl-applikazzjoni għal-liċenzja għandhom jiġu simplifikati sabiex jippermettu l-ħruġ ta’ liċenzji ġenerali aktar milli liċenzji separati għal kull importazzjoni u esportazzjoni. |
(7) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(8) |
Il-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, żdied il-punt (j) kif ġej:
“(j) |
permezz ta’ deroga mill-punti minn (a) sa (h), fil-każ ta’ importazzjonijiet u esportazzjonijiet ta’ prodotti u tagħmir li fihom jew li jiddipendu mill-aloni għall-użi kritiċi f’inġenji tal-ajru stabbiliti fil-punti minn 4.1 sa 4.6 tal-Anness VI:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1.