EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0279

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' April 2002 li temenda d-Deċiżjoni 2000/666/KE u d-Deċiżjoni 2001/106/KE rigward l-istabbiliment ta' mudell għal listi ta' faċilitajiet jew ċentri approvati għall-kwarantina għall-importazzjoni ta' għasafar fl-Istati Membri (innotifikata taħt in-numru tad-dokument K (2002) 1402)Test b'rilevanza għaż-ŻEE

OJ L 99, 16.4.2002, p. 17–21 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 035 P. 389 - 393
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 035 P. 389 - 393
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 035 P. 389 - 393
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 035 P. 389 - 393
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 035 P. 389 - 393
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 035 P. 389 - 393
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 035 P. 389 - 393
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 035 P. 389 - 393
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 035 P. 389 - 393
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 041 P. 209 - 213
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 041 P. 209 - 213

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 18/12/2007; Impliċitament imħassar minn 32007D0846

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/279/oj

32002D0279



Official Journal L 099 , 16/04/2002 P. 0017 - 0021


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-12 ta' April 2002

li temenda d-Deċiżjoni 2000/666/KE u d-Deċiżjoni 2001/106/KE rigward l-istabbiliment ta' mudell għal listi ta' faċilitajiet jew ċentri approvati għall-kwarantina għall-importazzjoni ta' għasafar fl-Istati Membri

(innotifikata taħt in-numru tad-dokument K (2002) 1402)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2002/279/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju 1992 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet mitluba tas-saħħa ta' l-annimali li jikkontrollaw il-kummerċ u l-importazzjoni lejn il-Komunità ta' annimali, sperma, bajd u embrijoni li m'humiex suġġetti għall-kondizzjonijiet mitluba tas-saħħa ta' l-annimali stabbiliti f'regoli speċifiċi tal-Komunità msemmija fl-Anness A (I) tad-Direttiva 90/425/KEE [1], kif ġiet l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/176/KE [2], u b'mod partikolari bl-Artikolu 17(3)(ċ) u bir-raba' inċiż ta' l-Artikolu 18(1) fiha msemmija,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/666/KE [3], kif ġiet emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2001/383/KE [4], stabbilixxiet il-kondizzjonijiet mitluba tas-saħħa ta' l-annimali u taċ-ċertifikazzjoni għall-importazzjoni ta' għasafar minbarra tjur, u l-kondizzjonijiet tal-kwarantina tagħhom.

(2) Diversi Stati Membri għaddew minn problemi prattiċi fl-implimentazzjoni tal-kondizzjonijiet mitluba ta' l-importazzjoni msemmija hawn fuq, b'mod partikolari bil-proċedura fil-post ta' l-ispezzjoni fuq il-fruntiera minħabba n-nuqqas ta' tagħrif fuq il-faċilitajiet jew ċentri approvati għall-kwarantina fi Stati Membri oħra.

(3) Għalhekk hemm bżonn li titfassal lista ta' faċilitajiet u ċentri approvati għall-kwarantina mill-Istati Membri, li għandha tkun ikkomunikata lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.

(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/106/KE [5] stabbilixxiet mudell għal listi ta' ċentri ta' ġbir ta' l-annimali ħajjin, ċentri ta' ġbir ta' sperma u timijiet li jiġbru embrijoni fi Stati Membri u l-mod tat-trasmissjoni ta' dawn il-listi; huwa xieraq u konvenjenti li jitwessa' l-iskop ta' dik id-Deċiżjoni sabiex ikunu inklużi l-faċilitajiet jew ċentri approvati għall-kwarantina għall-għasafar importati minbarra tjur.

(5) Id-Deċiżjonijiet 2000/666/KE u 2001/106/KE għandhom ikunu emendati kif mitlub miċ-ċirkostanzi.

(6) Il-miżuri provduti f'din id-Deċiżjoni jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa tal-Bhejjem,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2000/666/KE hija emendata kif ġej:

1. It-test fl-Artikolu 2(4) se jkun sostitwit b'li ġej:

"L-għasafar huma trasportati lejn faċilità jew ċentru approvat għall-kwarantina li jidher fil-lista kif stabbilita fl-Artikolu 2(5) u l-importatur ipprovda informazzjoni miktuba fil-lingwa ta' l-Istat Membru tad-dħul mill-persuna responsabbli għall-faċilità jew ċentru għall-kwarantina li l-għasafar se jkunu aċċettati għall-kwarantina. Din l-informazzjoni se turi b'mod ċar l-isem u l-indirizz u n-numru ta' l-approvazzjoni tal-faċilità jew ċentru għall-kwarantina u se tilħaq il-post ta' l-ispezzjoni fuq il-fruntiera b'e-mail jew fax qabel il-wasla tal-kunsinna fil-post ta' l-ispezzjoni fuq il-fruntiera jew se tkun ippreżentata mill-importatur jew l-aġent tiegħu qabel ma' l-għasafar ikunu merħija mill-post ta' l-ispezzjoni fuq il-fruntiera."

2. Fl-Artikolu 2 dan li ġej se jkun miżjud bħala punt 5:

"5. L-Istati Membri jikkomunikaw il-lista tan-numri ta' l-approvazzjoni tal-faċilitajiet jew ċentri approvati għall-kwarantina u l-isem u n-numru-ANIMO taċ-Ċentru Veterinarju Lokali responsabbli lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni kif ukoll bidliet f'dik il-lista, skond il-provvedimenti tad-Deċiżjoni 2001/106/KE."

3. Fl-Artikolu 3(4) is-sentenza li ġejja se tkun miżjuda:

"Din l-approvazzjoni se titneħħa meta dawn il-kondizzjonijiet ma jibqgħux jintlaħqu."

4. Fl-Artikolu 4(2) il-kliem "mhux inqas minn sebat ijiem u mhux iżjed minn" se jkunu sostitwiti bil-kelmiet "fi żmien".

5. L-Anness A tad-Deċiżjoni 2000/666/KE se jkun sostitwit bl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2001/106/KE hija emendata kif ġej:

1. It-titlu huwa sostitwit bit-test li ġej:

"Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi mudell għal-listi ta' entitajiet approvati mill-Istati Membri skond provvedimenti varji tal-leġislazzjoni veterinarja tal-Komunità, u r-regoli li japplikaw għat-trasmissjoni ta' dawn il-listi lill-Kummissjoni."

2. F'l-Anness I punt ġdid 4 huwa miżjud:

"4. Faċilitajiet jew ċentri għall-kwarantina ta' l-għasafar approvati skond ir-raba' inċiż ta' l-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 92/65/KEE u d-Deċiżjoni 2000/666/KE."

3. F'l-Anness II punt ġdid IV huwa miżjud:

+++++ TIFF +++++

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fit-12 ta' April 2002.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, pġ. 54.

[2] ĠU L 117, ta’ l-24.5.1995, pġ. 23.

[3] ĠU L 278, tal-31.10.2000, pġ. 26.

[4] ĠU L 137, tad-19.5.2001, pġ. 28.

[5] ĠU L 39, tad-9.2.2001, pġ. 39.

--------------------------------------------------

ANNESS

"

ANNESS A

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

"

--------------------------------------------------

Top