EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/223/14

Kawża T-252/06 P: Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 12 ta' Lulju 2007 — Beau vs Il-Kummissjoni ( Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Mard ikkawżat mix-xogħol — Appell manifestament inammissibbli — Appell manifestament infondat )

ĠU C 223, 22.9.2007, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/10


Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Lulju 2007 — Beau vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-252/06 P) (1)

(“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Mard ikkawżat mix-xogħol - Appell manifestament inammissibbli - Appell manifestament infondat’)

(2007/C 223/14)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Marie-Yolande Beau (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Parti oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u K. Herrmann, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tat-28 ta' Ġunju 2006, Beau vs Il-Kummissjoni (F-39/05, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra) li jitlob l-annullament ta' din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Is-Sinjura Beau tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 281, 18.11.2006.


Top