EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/223/04

Kawża C-301/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obersten Gerichtshofs (l-Awstrija) fis- 26 ta' Ġunju 2007 — PAGO International GmbH vs Tirolmilch registrierte Genossenschaft mbH

ĠU C 223, 22.9.2007, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.9.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obersten Gerichtshofs (l-Awstrija) fis-26 ta' Ġunju 2007 — PAGO International GmbH vs Tirolmilch registrierte Genossenschaft mbH

(Kawża C-301/07)

(2007/C 223/04)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: PAGO International GmbH.

Konvenuta: Tirolmilch registrierte Genossenschaft mbH.

Domandi preliminari

1)

Trade mark Komunitarja hija protetta fil-Komunità kollha bħala “trade mark [li] għandha reputazzjoni” skond l-Artikolu 9(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (iktar 'il-quddiem l-“RTK”) (1), meta din tkun “għandha reputazzjoni” biss fi Stat Membru wieħed?

2)

F'każ ta' risposta negattiva għall-ewwel domanda, trade mark li hija “magħrufa” fi Stat Membru wieħed biss hija protetta f'dan l-Istat Membru bis-saħħa ta' l-Artikolu 9(1)(ċ) ta' l-RTK, b'mod li tista' tiġi ordnata projbizzjoni limitata għal dan l-Istat l-Istat Membru?


(1)  ĠU L 11, p. 1.


Top