Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0736

Kawża T-736/22: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2022 – Campofrio Food Group vs EUIPO – Cerioti Holding (SNACK MI)

ĠU C 24, 23.1.2023, p. 69–69 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/69


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2022 – Campofrio Food Group vs EUIPO – Cerioti Holding (SNACK MI)

(Kawża T-736/22)

(2023/C 24/95)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Campofrio Food Group, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Erdozain López u M. Del Río Aragó, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cerioti Holding SA (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea SNACK Magnetrol International – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 201 028

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Awwissu 2022 fil-Każ R 59/2022-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lil Cerioti Holding SA, fil-każ# li din tal-aħħar tintervjeni fil-kawża, għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top