EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0723

Kawża T-723/22: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2022 – Sonasurf Internacional et vs Il-Kummissjoni

ĠU C 24, 23.1.2023, p. 62–63 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 24/62


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2022 – Sonasurf Internacional et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-723/22)

(2023/C 24/86)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Sonasurf Internacional – Shipping Lda (Zona Franca da Madeira) (Funchal, il-Portugall), Mastshipping – Shipping, Sociedade Unipessoal Lda (Zona Franca da Madeira) (Funchal), Latin Quarter – Serviços Marítimos Internacionais Lda (Zona Franca da Madeira) (Funchal) (rappreżentanti: R. Bordalo Junqueiro, S. Fernandes de Almeida, R. F. Costa u P. G. Marques, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tirrikonoxxi l-interess leġittimu tar-rikorrenti li jippreżentaw dan ir-rikors għal annullament skont l-Artikolu 263 TFUE;

tikkunsidra li dan ir-rikors għal annullament ġie ppreżentat b’mod regolari u huwa ammissibbli skont l-Artikolu 263 TFUE;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata skont l-Artikolu 264 TFUE;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża u għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1414 tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex-2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM) – Reġim III (notifikata bid-dokument C(2020) 8550) (ĠU 2022, L 217, p. 49), ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi li, essenzjalment, huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-718/22, Eutelsat Madeira vs Il-Kummissjoni.


Top