Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0672

Kawża T-672/22: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2022 – López Ibor Aliño vs EUIPO – Dimensión Estratégica Quality Research (LOPEZ-IBOR ABOGADOS)

ĠU C 7, 9.1.2023, p. 41–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/41


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2022 – López Ibor Aliño vs EUIPO – Dimensión Estratégica Quality Research (LOPEZ-IBOR ABOGADOS)

(Kawża T-672/22)

(2023/C 7/50)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Alfonso López-Ibor Aliño (Madrid, Spanja) (rappreżentant: A. Vela Ballesteros, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Dimensión Estratégica Quality Research SL (Madrid)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea LOPEZ-IBOR ABOGADOS – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 190 205

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Settembru 2022 fil-Każ R 500/2022-1

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara s-sospensjoni ta’ dawn il-proċeduri sakemm tingħata deċiżjoni definittiva fil-proċedimenti ta’ revoka kontra t-trade mark tal-Unjoni Ewropea 009566291 ESTUDIO JURÍDICO INTERNACIONAL LÓPEZ-IBOR MAYOR & ASOCIADOS, proċedimenti 000053919 C quddiem l-EUIPO;

tilqa’ r-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni kkontestata, billi tawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea li għaliha saret applikazzjoni, u billi tikkundanna lill-parti l-oħra għall-ispejjeż;

tikkundanna għall-ispejjeż lill-EUIPO u lill-parti l-oħra, fil-każ li din tintervjeni f’dawn il-proċeduri.

Motivi invokati

evalwazzjoni indebita tal-prova tal-użu skont l-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

ksur tal-Artikolu 18(1)(b) u tal-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top