Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0179

    Kawża T-179/22: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2022 – Farco-Pharma vs EUIPO – Infarco (FARCO)

    ĠU C 207, 23.5.2022, p. 54–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 207, 23.5.2022, p. 38–39 (GA)

    23.5.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 207/54


    Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2022 – Farco-Pharma vs EUIPO – Infarco (FARCO)

    (Kawża T-179/22)

    (2022/C 207/72)

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: Farco-Pharma GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: V. Schoene, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Infarco, SA (Madrid, Spanja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea FARCO bil-kuluri aħmar, abjad u iswed – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 838 178

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Jannar 2022 fil-Każ R 172/2021-4

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata, li permezz tagħha l-Bord tal-Appell ikkonferma li l-oppożizzjoni Nru B 3 054 342 kontra t-trade mark figurattiva Nru 17 838 178 intlaqgħet, u tibgħat lura l-każ quddiem l-EUIPO għal eżami mill-ġdid.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top