Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0174

    Kawża T-174/22: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2022 – Novartis vs EUIPO – AstraZeneca (BREZTREV)

    ĠU C 207, 23.5.2022, p. 52–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 207, 23.5.2022, p. 37–37 (GA)

    23.5.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 207/52


    Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2022 – Novartis vs EUIPO – AstraZeneca (BREZTREV)

    (Kawża T-174/22)

    (2022/C 207/69)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Novartis AG (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentant: A. Nordemann-Schiffel, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: AstraZeneca AB (Södertälje, l-Isvezja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni “BREZTREV” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 088 373

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Jannar 2022 fil-Każ R 738/2021-2

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top