Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0122

    Kawża C-122/22 P: Appell ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2022 minn Dyson Ltd, Dyson Technology Ltd, Dyson Operations Pte Ltd, Dyson Manufacturing Sdn Bhd, Dyson Spain, SL, Dyson Austria GmbH, Dyson sp. z o.o., Dyson Ireland Ltd, Dyson GmbH, Dyson, Dyson Srl, Dyson Sweden AB, Dyson Denmark ApS, Dyson Finland Oy, Dyson BVmis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-8 ta’ Dicembru 2021 fil-Kawża T-127/19, Dyson et vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 207, 23.5.2022, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 207, 23.5.2022, p. 16–17 (GA)

    23.5.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 207/17


    Appell ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2022 minn Dyson Ltd, Dyson Technology Ltd, Dyson Operations Pte Ltd, Dyson Manufacturing Sdn Bhd, Dyson Spain, SL, Dyson Austria GmbH, Dyson sp. z o.o., Dyson Ireland Ltd, Dyson GmbH, Dyson, Dyson Srl, Dyson Sweden AB, Dyson Denmark ApS, Dyson Finland Oy, Dyson BVmis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-8 ta’ Dicembru 2021 fil-Kawża T-127/19, Dyson et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża C-122/22 P)

    (2022/C 207/24)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Appellanti: Dyson Ltd, Dyson Technology Ltd, Dyson Operations Pte Ltd, Dyson Manufacturing Sdn Bhd, Dyson Spain, SL, Dyson Austria GmbH, Dyson sp. z o.o., Dyson Ireland Ltd, Dyson GmbH, Dyson, Dyson Srl, Dyson Sweden AB, Dyson Denmark ApS, Dyson Finland Oy, Dyson BV (rappreżentanti: E. Batchelor, T. Selwyn Sharpe u M. Healy, solicitors u avukati)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    L-appellanti jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

    tannulla s-sentenza appellata fl-intier tagħha;

    tiddikjara li l-Kummissjoni wettqet ksur suffiċjentement serju tad-dritt tal-Unjoni Ewropea u tirrinvija r-rikors għad-danni quddiem il-Qorti Ġenerali;

    tikkundanna lill-Kummissjoni kemm għall-ispejjeż tagħha, kif ukoll għall-ispejjeż ta’ Dyson marbuta ma’ dawn il-proċeduri u mal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    L-ewwel, il-Qorti Ġenerali kklassifikat b’mod żbaljat il-motivi ta’ Dyson u naqset milli tagħti l-motivazzjoni tagħha. Il-motiv ta’ Dyson kien jirrigwarda biss l-iżball serju u manifest tal-Kummissjoni fl-għażla tal-uniku metodu ta’ ttestjar li kien b’mod ċar lil hinn mid-diskrezzjoni tagħha, jiġifieri l-ittestjar mingħajr ebda trab. Il-Qorti Ġenerali ma eżaminatx dan il-motiv;

    It-tieni, il-Qorti Ġenerali żbaljat fl-applikazzjoni tal-ġurisprudenza fuq ksur suffiċjentement serju, meta naqset milli tagħti piż determinanti għall-konklużjoni tagħha li l-Kummissjoni kisret rekwiżit mhux diskrezzjonali skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva Bażi;

    It-tielet, il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat il-liġi dwar ksur suffiċjentement serju u applikat klassifikazzjoni legali żbaljata tal-provi meta kkonkludiet li l-ispeċifikazzjoni “matul l-użu” inkluża fid-Direttiva Bażi tat lok għal diffikultajiet ta’ interpretazzjoni;

    Ir-raba’, il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat il-liġi dwar ksur suffiċjentement serju u applikat klassifikazzjoni legali żbaljata tal-provi meta kkonkludiet li l-ispeċifikazzjoni “matul l-użu” inkluża fid-Direttiva Bażi tat lok għal kumplessità regolatorja;

    Il-ħames, il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat il-liġi dwar ksur suffiċjentement serju meta kkonkludiet li ma kienx hemm żball serju u manifest f’dak li jirrigwarda l-ksur mill-Kummissjoni tal-prinċipju fundamentali ta’ ugwaljanza fit-trattament;

    Is-sitt, il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat il-liġi dwar ksur suffiċjentement serju meta kkonkludiet li ma kienx hemm żball serju u manifest f’dak li jirrigwarda l-ksur mill-Kummissjoni tal-prinċipji fundamentali ta’ amministrazzjoni tajba u/jew ta’ diliġenza;

    Is-seba’, il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat il-liġi dwar ksur suffiċjentement serju meta kkonkludiet li ma kienx hemm żball serju u manifest f’dak li jirrigwarda l-ksur mill-Kummissjoni tal-prinċipju fundamentali ta’ dritt għal twettiq ta’ negozju jew kummerċ.


    Top