Vælg de eksperimentelle funktioner, som du ønsker at prøve

Dette dokument er et uddrag fra EUR-Lex

Dokument 62022CN0105

Kawża C-105/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fil-15 ta’ Frar 2022 – P.M. vs Dyrektor Izby Administracji Skarbowej w Warszawie

ĠU C 207, 23.5.2022, s. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 207, 23.5.2022, s. 13–14 (GA)

23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fil-15 ta’ Frar 2022 – P.M. vs Dyrektor Izby Administracji Skarbowej w Warszawie

(Kawża C-105/22)

(2022/C 207/20)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: P.M.

Konvenut: Dyrektor Izby Administracji Skarbowej w Warszawie

Domanda preliminari

L-Artikolu 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-prinċipju li t-taxxa tas-sisa, bħala taxxa fuq il-konsum fattwali, tinġabar fi stadju wieħed u l-prinċipju ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 107(1) tal-Ustawa z dnia 6 grudnia 2008 r. o podatku akcyzowym (il-Liġi tas-6 ta’ Diċembru 2008 dwar it-Taxxa tas-Sisa) inkwantu ma tippermettix ir-rimbors, lill-persuna taxxabbli, tat-taxxa tas-sisa fuq l-esportazzjoni ta’ karozza tal-passiġġieri rreġistrata, ikkalkolata proporzjonalment għall-perijodu tal-użu tagħha fit-territorju nazzjonali?


Op