EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0057

Kawża C-57/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší soud České republiky (ir-Repubblika Ċeka) fit-28 ta’ Jannar 2022 – YQ vs Ředitelství silnic a dálnic ČR

ĠU C 207, 23.5.2022, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 207, 23.5.2022, p. 10–11 (GA)

23.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 207/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší soud České republiky (ir-Repubblika Ċeka) fit-28 ta’ Jannar 2022 – YQ vs Ředitelství silnic a dálnic ČR

(Kawża C-57/22)

(2022/C 207/16)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší soud České republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: YQ

Konvenut: Ředitelství silnic a dálnic ČR

Domanda preliminari

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi ġurisprudenza nazzjonali li tgħid li ħaddiem li jkun tkeċċa b’mod illegali, u li sussegwentement ikun ġie rreintegrat skont id-dritt nazzjonali b’konsegwenza tat-tkeċċija tiegħu bis-saħħa ta’ deċiżjoni ġudizzjarja, ma huwiex intitolat għal-leave annwali bil-ħlas għall-perijodu mid-data tat-tkeċċija sad-data tar-reintegrazzjoni minħabba l-fatt li, matul dak il-perijodu, dak il-ħaddiem ma wettaqx effettivament xogħol għall-persuna li timpjegah, u dan anki fil-każ fejn, skont id-dritt nazzjonali, il-ħaddiem imkeċċi illegalment, li mingħajr dewmien u bil-miktub informa lill-persuna li timpjegah li huwa jinsab lest jaħdem għaliha, ikun intitolat għal ekwivalenti fi flus għall-ammont tar-remunerazzjoni medja mill-jum li fih informa lill-persuna li timpjegah li huwa lest jaħdem għaliha sal-jum li fih il-persuna li timpjega ppermettietlu jkompli jaħdem jew sal-jum tat-terminazzjoni effettiva tar-relazzjoni ta’ xogħol?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381.


Top