EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0652

Kawża T-652/21: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ottubru 2021 – L. Oliva Torras vs EUIPO – Mecánica del Frío (Tagħmir ta’ gganċjar għall-vetturi)

ĠU C 481, 29.11.2021, p. 42–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/42


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Ottubru 2021 – L. Oliva Torras vs EUIPO – Mecánica del Frío (Tagħmir ta’ gganċjar għall-vetturi)

(Kawża T-652/21)

(2021/C 481/57)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: L. Oliva Torras, SA (Manresa, Spanja) (rappreżentant: E. Sugrañes Coca, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mecánica del Frío, SL (Cornellá de Llobregat, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni (Tagħmir ta’ gganċjar għall-vetturi) – Disinn tal-Unjoni Nru 002217588-0001

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Awwissu 2021 fil-Każ R 1306/2020-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata; jew

temenda d-deċiżjoni kkontestata; u

tikkundanna lill-parti li titlef għall-ispejjeż, jekk il-parti l-oħra tkun talbet dan.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 4(2) u (3) u tal-Artikolu 8(1) u (2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikoli 5, 6 u7 tar-Regolament Nru 6/2002.


Top