EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0610

Kawża T-610/21: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2021 – L’Oréal vs EUIPO – Heinze (K K WATER)

ĠU C 481, 29.11.2021, p. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/34


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2021 – L’Oréal vs EUIPO – Heinze (K K WATER)

(Kawża T-610/21)

(2021/C 481/48)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: L’Oréal (Pariġi, Franza) (rappreżentant: T. de Haan, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Arne-Patrik Heinze (Hamburg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea K K WATER – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 092 777

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Ġunju 2021 fil-Każ R 2327/2020-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjent għall-ispejjeż, inklużi dawk inkorsi mir-rikorrenti quddiem it-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top