Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TB0550

    Kawża T-550/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Marzu 2022 – Kalypso Media Group vs EUIPO (COMMANDOS) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Revoka tad-deċiżjoni kkontestata – Tmiem tal-iskop tat-tilwima – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

    ĠU C 207, 23.5.2022, p. 42–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 207, 23.5.2022, p. 27–27 (GA)

    23.5.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 207/42


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Marzu 2022 – Kalypso Media Group vs EUIPO (COMMANDOS)

    (Kawża T-550/21) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Revoka tad-deċiżjoni kkontestata - Tmiem tal-iskop tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

    (2022/C 207/57)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: Kalypso Media Group GmbH (Worms, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Boddien, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Lulju 2021 (Każ R 1864/2020-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali COMMANDOS bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

    Dispożittiv

    1)

    Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

    2)

    L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Kalypso Media Group GmbH.


    (1)  ĠU C 431, 25.10.2021.


    Top