This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CA0069
Case C-69/21: Judgment of the Court (Grand Chamber) of 22 November 2022 (request for a preliminary ruling from the Rechtbank Den Haag — the Netherlands) — X v Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid (Reference for a preliminary ruling — Area of freedom, security and justice — Articles 4, 7 and 19 of the Charter of Fundamental Rights of the European Union — Prohibition of inhuman or degrading treatment — Respect for private and family life — Protection in the event of removal, expulsion or extradition — Right of residence on medical grounds — Common standards and procedures in Member States for returning illegally staying third-country nationals — Directive 2008/115/EC — Third-country national who is suffering from a serious illness — Medical treatment for pain relief — Treatment is not available in the country of origin — Conditions under which removal must be postponed)
Kawża C-69/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Den Haag – il-Pajjiżi l-Baxxi) – X vs Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Artikoli 4, 7 u 19 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Projbizzjoni ta’ trattamenti inumani jew degradanti – Rispett tal-ħajja privata u tal-familja – Protezzjoni fil-każ ta’ tneħħija, ta’ tkeċċija u ta’ estradizzjoni – Dritt ta’ residenza għal raġunijiet mediċi – Standards u proċeduri komuni applikabbli fl-Istati Membri għar-ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu irregolarment – Direttiva 2008/115/KE – Ċittadin ta’ pajjiż terz li jbati minn marda gravi – Kura medika maħsuba sabiex jitnaqqas l-uġigħ – Kura indisponibbli fil-pajjiż tal-oriġini – Kundizzjonijiet li taħthom it-tneħħija għandha tiġi posposta)

ĠU C 24, 23.1.2023, p. 4–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 24/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Den Haag – il-Pajjiżi l-Baxxi) – X vs Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid
(Kawża C-69/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Artikoli 4, 7 u 19 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Projbizzjoni ta’ trattamenti inumani jew degradanti - Rispett tal-ħajja privata u tal-familja - Protezzjoni fil-każ ta’ tneħħija, ta’ tkeċċija u ta’ estradizzjoni - Dritt ta’ residenza għal raġunijiet mediċi - Standards u proċeduri komuni applikabbli fl-Istati Membri għar-ritorn taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu irregolarment - Direttiva 2008/115/KE - Ċittadin ta’ pajjiż terz li jbati minn marda gravi - Kura medika maħsuba sabiex jitnaqqas l-uġigħ - Kura indisponibbli fil-pajjiż tal-oriġini - Kundizzjonijiet li taħthom it-tneħħija għandha tiġi posposta)
(2023/C 24/05)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Den Haag
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: X
Konvenuta: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, moqri flimkien mal-Artikoli 1 u 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 19(2) tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li: jipprekludi li deċiżjoni ta’ ritorn jew miżura ta’ tneħħija tittieħed fir-rigward ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz, li jirrisjedi irregolarment fit-territorju ta’ Stat Membru u li jsofri minn marda gravi, meta jkunu jeżistu raġunijiet serji u kkonfermati sabiex wieħed jemmen li l-persuna kkonċernata ser tiġi esposta, fil-pajjiż terz li lejh tkun ser titneħħa, għal riskju reali ta’ żieda sinjifikattiva, irremedjabbli u rapida tal-uġigħ tagħha, fil-każ ta’ ritorn, minħabba l-projbizzjoni, f’dan il-pajjiż, tal-unika kura analġeżika effettiva. Stat Membru ma jistax jipprevedi terminu strett li matulu tali żieda għandha timmaterjalizza ruħha sabiex tkun tista’ tiġi ostakolata din id-deċiżjoni ta’ ritorn jew din il-miżura ta’ tneħħija. |
2) |
L-Artikolu 5 u l-Artikolu 9(1)(a) tad-Direttiva 2008/115, moqrija flimkien mal-Artikoli 1 u 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali kif ukoll l-Artikolu 19(2) tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li: jipprekludu li l-konsegwenzi tal-miżura ta’ tneħħija, fil-veru sens tal-kelma, fuq l-istat ta’ saħħa ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz jittieħdu inkunsiderazzjoni mill-awtorità nazzjonali kompetenti biss sabiex jiġi eżaminat jekk dan huwiex fi stat li jivvjaġġa. |
3) |
Id-Direttiva 2008/115, moqrija flimkien mal-Artikoli 7, kif ukoll l-Artikoli 1 u 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, għandha tiġi interpretata fis-sens li:
|