EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0417

Kawża T-417/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta' Ottuburu 2021 – Esteves Lopes Granja vs EUIPO – IVDP (PORTWO GIN) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea PORTWO GIN – Denominazzjoni ta’ oriġini preċedenti ‘Porto’ – Kunċetti ta’ użu u ta’ sfruttament ta’ denominazzjoni ta’ oriġini protetta – Artikolu 103(2)(a)(ii) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013”)

ĠU C 481, 29.11.2021, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 481/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta' Ottuburu 2021 – Esteves Lopes Granja vs EUIPO – IVDP (PORTWO GIN)

(Kawża T-417/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea PORTWO GIN - Denominazzjoni ta’ oriġini preċedenti ‘Porto’ - Kunċetti ta’ użu u ta’ sfruttament ta’ denominazzjoni ta’ oriġini protetta - Artikolu 103(2)(a)(ii) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013”)

(2021/C 481/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Joaquim José Esteves Lopes Granja (Vila Nova de Gaia, il-Portugall) (rappreżentant: O. Santos Costa, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Instituto dos Vinhos do Douro e do Porto, IP (IVDP) (Peso da Régua, il-Portugall) (rappreżentant: P. Sousa e Silva, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ April 2020 (Każ R 993/2019-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Instituto dos Vinhos do Douro e do Porto, IP u Joaquim Jósé Esteves Lopes Granja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Joaquim José Esteves Lopes Granja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 279, 24.8.2020.


Top